MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517227

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MARZU 2024 • illum aħbarijiet AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 1 – It-titjib tal-impjegabbiltà u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol Għan Speċifiku: 4.3 - Suq tax-xogħol b'parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri Is-sejħa tagħlaq fis-6 ta' Mejju 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal- Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 9 t'April, 2024 mis-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Prijorità 1 – It-titjib tal-impjegabbiltà u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol Għan Speċifiku: 4.3 - Suq tax-xogħol b'parteċipazzjoni bbilanċjata bejn il-ġeneri Is-sejħa tagħlaq fis-6 ta' Mejju 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal- Eliġibbilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall- proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta, 9 t'April, 2024 mis-14:30 sal-17:30, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir-Repubblika, Valletta. Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt. ELAINE CAMILLERI F'konferenza stampa mix-Xemxija, is- Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Alfred Grima ltaqa' flimkien ma' diversi NGOs u residenti sabiex ileħħnu t-tħassib tagħhom dwar l-iżvilupp propost ta' 13-il sular fuq sit naturali arkeoloġiku fix-Xemxija. L-iżvilupp se jinvolvi t-tħaffir ta' 6,643 metru kwadru quddiem Triq il-Maqdes Neolitiku sabiex jinbena parkeġġ ta' żewġ sulari taħt l-art. Waqt il-konferenza stampa, Grima qal li "ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm qbil, għaddiet il-liġi Nature Restoration Law". Huwa kompla jgħid li "kull min qiegħed f 'pożizzjoni li jiddeċiedi, qabel ma jiddeċiedi u jkun ċert jara li dak li qed jiddeċiedi huwa fl-aħjar interess tal- pajjiż, fl-aħjar interess tal-lokalità u fl- aħjar interess għalina lkoll." L-applikazzjoni kienet ippreżentata minn Tony Gauci f 'isem Chetgau Ltd u Francis Gauci. Alfred sostna li "fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni dejjem l-ogħla prijorità hija s-saħħa tar-resident... iżda dan l-iżvilupp propost se jħalli impatt negattiv fuq ir- residenti." Grima kompla jgħid li ma' dan l-iżvilupp qed "nantiċipa li jiżdiedu 500 karozza" filwaqt li semma lista ta' diversi affarijiet li se jaffettwaw lir-residenti fosthom tniġġis fl-arja, storbju ta' karozzi, u impatt negattiv fuq is-saħħa tal-persuna mit-trabijiet u anke mid- drenaġġ, ilma u saħansitra dawl. Fuq is-sit propost ukoll żvilupp kummerċjali inkluż ristoranti u ħwienet fil-livell tal-pjan terran filwaqt li qed jiġu proposti 282 appartament. Parti mis-sit hija indikata bħala Żona ta' Importanza Arkeoloġika minħabba l-preżenza ta' raddi mal-art – kanali mħaffra fl-art. Il-pjanti sottomessi jirreferu għal fdalijiet arkeoloġiċi fiż- żona li se jiġu ppreservati. Il-kumpanija m'għandhiex is-sit kollu iżda ddikjarat li għandha permess mis- sidien biex tiżviluppa l-art. Iżda sitt sidien li jsostnu li għandhom nofs l-art, diġà kkontestaw din id- dikjarazzjoni. Huma ċaħdu li taw il-kunsens għall-iżvilupp, u talbu formalment lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tneħħi l-art tagħhom mill- applikazzjoni. Fl-aħħar tal-konferenza stampa, Grima sejjaħ lill-awtoritajiet biex jimxu pari passu u jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. L-iżvilupp ta' 13-il sular qed jiġi propost ftit 'il bogħod minn proġett ieħor propost mill-iżviluppatur Charles Camilleri. Dan l-iżvilupp huwa propost li jinbena fis-sit ta' dak li qabel kien raħal Corinthia Mistra. Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm diversi NGOs fosthom Moviment Graffitti, Għawdix, Friends of the Earth u oħrajn. Sindku Laburist fi protesta kontra żvilupp propost fix-Xemxija MCCAA: 'Il-konsumatur għandu dritt jinsisti li jħallas il-prezz indikat' MINN LUIGI SGHENDO Francette Camilleri qasmet uħud mill-iktar diżgwiti li l-MCCAA tiltaqa' magħhom filwaqt li pprovdiet numru ta' pariri f 'każ li klijent jinqabad f 'diżgwid mal-bejjiegħ Il-konsumatur għandu d-dritt li jinsisti li jħallas il-prezz indikat. Dan id-dritt fundamentali tal- konsumatur jinsab f 'sitwazzjonijiet fejn jinqalgħu diskrepanzi bejn il- prezz immarkat u dak mitlub fil- bejgħ. Sostniet dan Francette Camilleri mill-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) fejn spjegat lill-ILLUM dwar l-importanza tal-ħarsien tal- konsumatur. Francette Camilleri qasmet uħud mill-iktar każijiet li jiltaqgħu magħhom jirrelataw ma' xiri ta' oġġetti bħal għamara, apparat tad- dar u xiri ta' karozzi ġodda jew użati. Dawn l-ilmenti normalment jikkonsistu f 'diżgwit fuq difetti fl- oġġetti jew prodotti mhux provduti skont il-ehim tax-xiri. "Nirċievu wkoll diversi lmenti rigward servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi marbuta ma' xogħlijiet li jsiru fid- djar, u anke servizzi relatati ma' tiġijiet u vjaġġar fejn minnhom frekwentement ikunu marbuta mad-drittijiet tal-passiġġiera tal- ajru." Hija qalet li idealment meta konsumatur jiltaqa' ma' problema waqt ix-xiri tiegħu, l-ewwel jagħmel kuntatt ma' min xtara l-prodott jew servizz. Sabiex ikun ċert, wieħed jista' jagħmel użu mis-sit elettroniku jew iċempel fuq 8007 4400 biex jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar id- drittijiet legali tiegħu. F'każ li l-konsumatur ma jirnexxilux jilħaq ehim mal- bejjiegħ, il-pass li jmiss ikun li l-konsumatur jiaħ ilment uffiċjali mal-Uffiċċju tal-Konsumatur sabiex jibda proċess ta' konċiljazzjoni. "Waqt dan il-proċess nippruvaw nilħqu ehim bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ b'mod amikevoli" sostniet Camilleri filwaqt li qalet li jekk iż- żewġ partijiet xorta ma jaslux għal ehim, il-konsumatur imbagħad jingħata l-possibbiltà li jieħu l-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għat- Talbiet tal-Konsumaturi, jekk il-valur ma jaqbiżx l-€10,000 u quddiem il-Qorti meta dan il-valur jinqabeż. Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Alfred Grima, flimkien ma' diversi NGOs u residenti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 March 2024