Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530
07 intervista illum • IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 apprezzat f'ċerta ħidma soċjali li wettaq' Kelli każijiet oħra li jirrelataw mal- blue badge. Darba segwejt każ fejn qalu li bniedem ma japplikax għall-blue badge minkejja li huwa bis-siġġu tar-roti. Dawn huma każijiet li ġew investigati u min verament kellu r-raġun, ħadu. Attwalment jista' jkun missieri jew oħti. Jekk m'għandux dritt, m'għandux raġun. TAĦSEB LI GĦALL-ELEZZJONI SE JKUN HEMM ASTENSJONI SPEĊJALMENT FOST IL- PARTITARJI LABURISTI? Naħseb li għad fadal żmien. L-elezzjoni tal-MEP qisha elezzjoni f 'nofs leġiżlatura. In-nies jgħidulek "ejja ntuh naqra tbeżbiża lill-partit" u ma nemminx li huwa tajjeb. Naħseb li s-setturi tal-kostruzzjoni u t-temping agencies, minkejja li mixjin b'ritmu tajjeb, għandu jkollhom iktar regoli stretti bl-għan li jnaqqsu l-abbuż. Mid-diskors tal-Prim jidher li se jkun qed jaħdem fuqha l-Gvern u nemmen li se ġġib magħha l-ġid. Il-Partit Laburista għamel ħafna tajjeb; żieda fil-pensjonijiet, il-kontijiet tad-dawl, l-ilma u l-prezzijiet tal-fuels li baqgħu stabbli, childcare b'xejn li baqa' jissaħħaħ, carers grant.... Iva dawn kollha ħżiena? Nemmen li l-PL ma ġiex apprezzat f 'ċerti politiki soċjali li wettaq. M'iniex ngħidlek li ma kienx hemm żbalji – mhux ovvja li saru ċerti żbalji! – min ma jagħmel xejn u joqgħod gallerija jħares ukoll qed jagħmel żball li qed jaħli l-ħin anzi u ara jekk tkun qed tagħmel ix- xogħol. Il-PL irid jibqa' jfakkar ix-xogħol kbir li għamel u ma joqgħodx jinħela fuq narrattivi biex jirribatti affarijiet li ma jkunux minnhom. Importanti li nżommu t-trasparenza u l-governanza soda però governanza b'saħħitha trid tiġi miż-żewġ naħat. Naqbel li l-Partit Nazzjonalista jippubblika l-kontijiet tiegħu, mhux basta ngħajtu għat-trasparenza u mbagħad tkun int li qed tonqos. Fejn tidħol it-tmexxija ta' Robert Abela, l-affarijiet li ddaħħlu favur governanza b'saħħitha, ħadd ma jista' jmerihom. Kien hemm il-grey listing, ħadem fuqha u ħriġna minnha fi żmien qasir ħafna u nemmen li wettaq xogħol tajjeb. MA TAĦSIBX LI META TQABBEL IL-POLITIKA TA' DIFIŻA TAL-EPP MAL-KILBA GĦALL-ARMI TAL- ĠERMANJA TAT-30IJIET, QIEGĦED TUŻA L-ISTESS ELEMENTI TA' PROPAGANDA RUSSA LI TQABBILHOM MAN-NAŻISTI TA' DAK IŻ-ŻMIEN? Le, ma nemminx. Ħa nagħmilha ċara. Dawk li qabdu biċċa minn artiklu sħiħ u qalu li jien qed inxebbahhom mal-affarijiet tan-Nażi, ma kienx il-każ. Ejja mmorru lura fl-istorja. Jekk dawn kellhom din l-istorja ma jfissirx neċessarjament li qed inqabbilhom magħhom. Jien kulma għedt huwa li dak iż-żmien kien hemm il-ġlieda biex jarmaw għax kienu qed jikkompetu mal- Franċiżi li tawhom umiljazzjoni bit-trattat ta' Versailles. Kulħadd jaa l-istorja tal- Ġermanja u li noqogħdu naħbu l-istorja hija ħażina. Jien għedt li hemm nostalġija biex jerġgħu jarmaw. Fejn tidħol l-EPP, il-kwistjoni hi fuq jekk iridux jarmaw minħabba difiża (fosthom b'armi nukleari) jew qed jarmaw minħabba l-biża' li jitla' Donald Trump bħala President tal-Istati Uniti. In-NATO ġiet maħluqa biex l-Amerikani jkollhom sigurtà fl-Ewropa filwaqt li jaqilgħu 'l barra l-Unjoni Sovjetika u l-Ġermaniżi jżommuhom 'l isfel. Ma kinitx Ewropa li kienet qed tarma wara t-Tieni Gwerra Dinjija, anzi kien hemm il-kunċett li jżarmaw l-armi. Jekk qed nara dik l-imbuttatura biex jarmaw, jien ħa nkun onest ma niħux pjaċir nara lill-Ġermaniżi jarmaw ruħhom. Jiġifieri l-idea kienet ejja nqumu minn hemm. Jien mhux qed nikkritika lill-Punent. Jien qed nikkritika l-inkompetenza tal- President tal-Kummissjoni Ewropea. Għandna rappreżentant għoli Josep Borrell u kellu jkun hu li jinnegozja. Il-Kummissjoni Ewropea qalgħet 'il barra r-Rappreżentant Għoli Joseph Borrell u minflok ħarbtet il- proċess kollu u marret tinnegozja. Clint Azzopardi Flores intervistat mill-Gazzetta ILLUM