Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517915
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' MARZU 2024 Fl-aħħar għaxar snin, f 'Malta, skont ir-reġistru tal-POYC, saru total ta' 613-il operazzjoni ta' amputazzjoni maġġuri 'l fuq jew taħt l-irkoppa. Fl-2023, bejn Jannar u Novembru saru total ta' 50 operazzjoni maġġuri, filwaqt li fl- 2022 saru 47. Matul l-għaxar snin, l-ogħla rata ta' operazzjonijiet maġġuri kienet fl-2013 b'total ta' 82 operazzjoni. L-inqas rata mbagħad kienet fl-2019 b'total ta' 30 operazzjoni maġġuri. Jippreżenta din l-istatistika lill-mejda tal-Kamra, il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela, kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Il-mistoqsija oriġinali ta' Buttigieg talbet ukoll għan-nefqa totali ta' dawn l-operazzjonijiet bejn l-2013 u l-2023, iżda Abela ma tkellem xejn dwar dan fir- risposta tiegħu. Mill-istess mistoqsija parlamentari ġie żvelat li bejn l-2019 u l-2021, 101 operazzjoni ta' amputazzjoni maġġuri tal- irkoppa seħħew għaliex kienu b'relazzjoni mad-dijabete. L-ogħla rata kienet fl-2021 b'total ta' 38 operazzjoni maġġuri, filwaqt li l-inqas rata kienet fl- 2019 b'total ta' 20. Mill-banda l-oħra, fl-2020 ġew irreġistrati total ta' 43 operazzjoni maġġuri. Minn mistoqsija oħra, mill- istess MP, għall-Ministru Abela, ġie żvelat li bejn l-2013 u l-2023 saru total ta' 4,073 operazzjoni minuri. Is-sena li għaddiet, bejn Jannar u Frar biss, seħħew total ta' 314-il operazzjoni minuri, filwaqt li fis- sena ta' qabel (2022) saru total ta' 367 operazzjoni minuri. L-ogħla rata ta' amputazzjonijiet minuri rreġistrati mill-POYC kienet fl-2017 b'total ta' 457 operazzjoni. Mill-banda l-oħra, l-inqas rata rreġistrata kienet fl-2020, b'total ta' 280 operazzjoni minuri. Mill-istess informazzjoni ġie żvelat li bejn l-2019 u l-2021 saru total ta' 879 operazzjoni, kawża ta' dijabete. Fl-2019 saru total ta' 340 operazzjoni, 250 saru fl-2020 u total ta' 289 fl-2021. 613-il persuna kellhom amputazzjoni fl-aħħar għaxar snin Skont ir-reġistru tal-POYC fl-2023, bejn Jannar u Novembru saru total ta' 50 operazzjoni maġġuri tal-irkoppa u total ta' 4,073 operazzjoni minuri ta' amputazzjoni tas-sieq jew tas-swaba' Amputazzjonijiet fl-aħħar 10 snin