Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
02 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa fejn trid twettaq b'aktar attenzjoni il-miri tiegħek. Agħraf wettaq biss dak li int taħseb li tista' tasal għalih, waqt li dak li taf li ma tistax ghalih, għalissa aħjar twarrbu. Il-Kibx huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Taurus se tkun ġimgħa li torganizza aħjar il-ħin liberu tiegħek. Taf kemm il-karriera qed toħodlok ħin u bħal qisu ma baqagħlek xejn aktar madwarek. Għalhekk wettaq skeda għal ħin għalik u rrilassa. It-Tawr huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Leo se tkun ġimgħa li fiha turi l-kuraġġ tiegħek. Dejjem żammejt lura għax ħassejt li mhux il-waqt, imma issa huwa l-mument li ssib il-kuraġġ u tersaq lejn id-deċiżjoni li tant tixtieq twettaq. Id-Durbies huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li tanalizza l-karriera u l-imħabba. Taf li trid iżomm bilanċ sabiex iżżomm kollox magħqud u għalhekk tajjeb tieqaf it u fejn qed tħossok żbilanċjat irranġah qabel ikun tard wisq. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li int tagħraf u tanalizza sewwa dak li hemm madwarek. Ma tistax tibqa' f 'salib it-toroq. Issa huwa l-waqt għal dik id-direzzjoni lejn l-istabbiltà meħtieġa. Il-Qaws huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. Nixtieq lill-qarrejja ta' din il-paġna l-Għid it-Tajjeb. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Aries Mill-Ħadd 31 ta' Marzu sas-Sibt 6 ta' April Ingħalqu l-kontijiet finanzjarji għas-sena li għaddiet u l-konklużjonijiet ewlenin juru li l-Gvern nefaq kważi biljun ewro fi proġetti kapitali. Fl-istess ħin, id-defiċit kien inqas minn dak imbassar fid-diskors tal-budget għas-sena ta' qabel, biex il-Gvern laħaq il-miri finanzjarji tiegħu. Dan joħroġ minn figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn jirriżulta li s-sena li għaddiet il-Gvern kważi nefaq biljun ewro fi proġetti kapitali. L-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika indika li l-investiment kapitali fis-saħħa rdoppja meta mqabbel mal-2022, filwaqt li dak fuq l-ambjent qabeż il- €150 miljun għall-ewwel darba fl-istorja. Fl-edukazzjoni u fis-sigurtà, il-proġetti kapitali ammontaw għal kważi kwart aktar mis-sena ta' qabel. B'kollox, l-allokazzjoni kapitali totali kienet aktar minn terz akbar. Minkejja dan, jirriżulta li d-defiċit fuq il-Fond Konsolidat naqas minn €885 miljun fl- 2022 għal €808 miljun is-sena li għaddiet. Dan minkejja li kien hemm spiża ta' kważi mitt miljun aktar fuq benefiċċji soċjali, filwaqt li kien hemm spiża akbar ta' €23 miljun minħabba t-trasport pubbliku b'xejn. Barra minn hekk id-defiċit kien ferm anqas minn dak imbassar fid-diskors tal-Budget meta kien maħsub li seta' jlaħħaq id-€969 miljun. Dan ifisser li l-Gvern mar 17% aħjar milli previst. Mentri l-previżjoni fejn jirrigwardja dħul li sar fil-Baġit kienet ferm viċin dak li fil-fatt kien miġbur mill- Gvern, tant li l-ispiża kienet kważi kwart ta' biljun anqas milli kien mistenni. L-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika li l-akbar spiża tal-Gvern is-sena li għaddiet kienet fuq protezzjoni soċjali, bl-allokazzjoni titla' għal aktar minn €2.2 biljun, żieda ta' kważi 10% fuq l-2022. Fuq is- saħħa, il-Gvern nefaq għall-ewwel darba fl-istorja aktar minn biljun ewro, b'żieda ta' 11% fuq is-sena ta' qabel. Anke fl-edukazzjoni kien hemm żieda ta' 10% fl-ispiża pubblika, tant li din laħqet kważi €850 miljun. Fejn jidħol dħul, l-akbar żieda kienet mill-Income Tax fejn il- Gvern kważi ġabar €2.5 biljun ewro, jew madwar terz ta' biljun aktar mis-sena ta' qabel. Kien hemm żieda qawwija wkoll fid- dħul mill-bolla, fejn inġabru aktar minn mitt miljun ewro aktar. B'kuntrast għall-ewwel darba, il-Gvern ma kellu l-ebda dħul mill-Bank Ċentrali. Dan jidher li kien ikkawżat mill-fatt li l-Bank Ċentrali kellu jħallas imgħaxijiet għolja lill-banek kummerċjali għad-depositi li jagħmlu miegħu, liema pagamenti kienu fattur ewlieni wara l-profitti rekord li rrappurtaw il-banek lokali. Żieda fin-nefqa kapitali u defiċit aħjar milli mbassar Fl-edukazzjoni u fis-sigurtà, il-proġetti kapitali ammontaw għal kważi kwart aktar mis-sena ta' qabel