Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
08 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum aħbarijiet LUIGI SGHENDO Fil-Ġimgħa l-Kbira knejjes madwar il-pajjiż jagħmlu tiira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej li matulha jiddomina s-skiet u l-ġabra, bil-għan li l-Insara jirriflettu u jipparagunaw ħajjithom mat-tbatija ta' Ġesù. Żort il-Kolleġġjata ta' San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi fejn iltqajt ma' Claudio Spiteri, reffiegħ b'esperjenza ta' 16-il sena li għarrafni fuq il- ħidma u s-sagrifiċċju li jitwettaq kull sena biex ir-raħal jingħaqad u jirrifletti. Staqsejtu minn fejn inkisbet il- passjoni li jkun reffiegħ. Spiteri jispjega kif minn dejjem jiakar jimita r-reffiegħa, flimkien ma' ħuh. Huwa spjega kif nannuh kien jgħallimhom u kien ta' ispirazzjoni, tant li fi tfulitu jiakar lil nannuh iqiegħed żewġ lasti tal-injam bi statwa ċkejkna fuqhom biex jipprattikaw. "Hawnhekk għandna tradizzjoni li t-tfal minn età żgħira ndarruhom, kemm subien u bniet. Fil- purċissjoni tat-tfal joħorġu bil-vari u jkun hemm il-bniet, iżda fil-festi tal-irfigħ tal-Ġimgħa l-kbira u festi oħrajn ikun hemm irġiel biss." U kif beda' jerfa'? Spiteri jirrakkonta kif darba fost l-oħrajn żar l-istatwa tar-Redentur ġewwa San Vinċens De Paul u ċeda għat- tentazzjoni li jipprova jerfagħha. Minn hemm għaraf li jixtieq ikompli din it-tradizzjoni u ltaqa' mar-Rettur (il-mexxej tal- Fratellanza) u minn hemm aċċettah biex jingħaqad. Spiteri spjegali l-iskaluni li wieħed għandu jitla' biex attwalment isir reffiegħ. "Biex tintgħażel għal reffiegħ jirrikjedi li tagħmel minimu ta' sentejn servizz mingħajr ma' terfa', u b'kollox irid ikollok attendenza ta' mhux inqas minn 51%" spjega Spiteri. Il-mistoqsija li baqgħet tidwi f 'moħħi kienet ir-raġuni, il- motivazzjoni li tipperswadi individwu li jagħżel li jerfa'. Spiteri sostna li tkun ġo fik u jekk ma tkunx dilettant, ma terfax, u għalhekk hija importanti li tinbet fik id-determinazzjoni. Filwaqt li ammetta li bħal kulħadd mhux l-ewwel darba li ħasibha hekk ikunx reffiegħ, huwa f 'lejlet l-avveniment li kull darba jerġa' jinħakem mill- ħajra li jkun reffiegħ. "Għalina l-pożizzjoni ta' reffiegħ ma tintiritx, imma tagħmilha għax tħobb ir-refgħa u aħna l-Qriema msemmijin, tant li ġieli mmorru ngħinu f 'avvenimenti oħra." Spiteri kompla jispjega kif il- fratellanzi jagħżlu gajjiet, grupp ta' ħamsa b'tul simili, imbagħad jimxu b'sistema ta' roster fejn kull vara tintrefa' minn żewġ gajjiet. "Fil-każ tagħna jiġi l-kumitat tas- sagrament, jagħżel gaj u jgħidilna liema vara se nġorru. Finalment jistaqsuk jekk taċċettax li ġġorr tali vara," temm jispjega Spiteri. Il-Ġimgħa l-Kbira tikkonsisti f 'għadd ta' purċissjonijiet b'numru ta' vari li joħorġu minn diversi knejjes li jfakkruna fit-tbatija li għadda minnha Kristu. Għal Spiteri, il-Ġimgħa l-Kbira hija l-iktar festa importanti, iktar minn San Ġorġ, il-festa ċċelebrata mill- parroċċa fejn jgħix Spiteri. Spiteri sostna l-importanza tal- kejl tat-tul, mhux biss għall-ħwejjeġ iżda wkoll biex isiru l-arranġamenti neċessarji biex ilkoll ikunu kemm jista' ikun tal-istess tul. Fost l-arraġamenti hemm, li jilbsu bħal feles fiż-żarbun biex wieħed jitwal. Il-feles huwa biċċa njama li tkun maqtugħa mill-oħxon għax-xejn f 'għamla ta' żurżieqa. Rigward ilbies huwa spjega kif il- Konfrattija f 'Ħal Qormi San Ġorġ tkun maħsula bil-lamtu, il-kappa tkun bajda, kurdun abjad, kalzetti suwed u żarbun iswed. Punt li sibt interessanti waqt l-intervista ma' Spiteri kien il- livell ta' professjonalità li jidħol f 'avvenimenti bħal dawn fejn saħansitra kemm il-kulur u t-tip ta' uri li jitpoġġew fuq il-vari jiġu deċiżi minn qabel. "Għandek il-vjola u l-abjad, idealment jintużaw il-uri tal- qronfol," spjegali Spiteri. Barra minn hekk Spiteri semma d-dawl li wkoll jilgħab irwol fil-vara fejn jintuża biex idawwal il-uri, kif ukoll wiċċ il-persuni tal-istatwa li tenfasizzalhom l-emozzjonijiet. Finalment Spiteri għalaq u semma wħud mill-fatturi li jiddinstingwihom minn ħaddieħor. F'Ħal Qormi spjega li għandhom il-vara tal-aħħar ċena, unika għall- parroċċi f 'Malta. Din hija waħda mill-itqal statwi. Hemm ukoll id- Duluri li din is-sena hu kien qed jerfa'. Fl-aħħar, Spiteri elenka l-isfidi meta t-toqol jirbaħ fuq l-isfidi fit- triq, bħall-inżul u t-tlajja' fit-toroq, wires tad-dawl, meta t-triq tikser f 'daqqa, u l-agħar, meta jibda l-uġigħ tal-injama taqsam il-laħam fuq spalltek. Delizzji Maltin: Il-misteru tal-fidi tar-reffiegħa Fil-qalb dak li jagħmilna Maltin hemm tapizzerija ta' delizzji u eku ta' tradizzjonalità. Fl- ewwel installazzjoni minn din is-sensiela ġdida, Luigi Sghendo jitkellem ma' Claudio Spiteri, reffiegħ fil- Ġimgħa l-Kbira.