Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Minn nuqqas ta' ehim, għal raġel li jitlef il-qalziet, dak kollu li timmaġina f 'farsa qiegħed f 'din. "Farcicals" ta' Alan Ayckbourn, taħt id-direzzjoni ta' Rachel Galea, hija prestazzjoni ta' żewġ farsiet qosra. Il-bravissimi atturi Kate De Cesare, Aldo Zammit, Kim Woods u Gordon Watson, jilqgħu lill-udjenza fl- MADC Playhouse Santa Venera għal Chloë With Love u e Kidderminster Affair. Chloë With Love – Iż-żwieġ ta' Teddy ma' Lottie għaddej minn perjodu diffiċli. Teddy għadu jħobb lil Lottie? Lottie għadha tħobbu lura? Sejra għand il-ġirien Penny u Reggie biex isalvawha. Penny tixtieq li tgħin lil Lottie u lil Reggie jirrisolvi ruħu li jgħin lill- aqwa ħabib tiegħu biex jirreżisti t-tentazzjoni. Iżda bil-wasla tas- sabiħa Chloë kull pjan li kellhom jitqiegħed għall-prova. e Kidderminster Affair – Intrigu sesswali f 'barbecue organizzat fil-ġnien ta' Teddy. Il- konfoffa mal-ġar tiegħu, Penny, se tinkixef ? Il-mara tiegħu Lottie se ssir taf bis-sigriet ikrah ta' Kidderminster? U x'se jagħmel ir-raġel ta' Penny ... l-ikbar ħabib ta' Teddy? Ħa jaħraq kollox? Jew tabilħaqq isolvi l-misteru bil- mod? Ibbukkja issa għal serata ta' kummiedja. Ara li ma titlifx postok billi żżur is-sit elettroniku tal-MADC www.madc.com.mt. Il-biljetti huma €25 u l-produzzjoni hi adattata għal udjenzi minn 14-il sena 'l fuq. Din il-produzzjoni ta' "Farcicals" hija ppreżentata b'arranġament ma' Concord eatricals Ltd. f 'isem Samuel French Ltd. www. concordtheatricals.co.uk. Erba' karattri, żewġ farsiet: Farcicals Ipprepara biex tintilef fit-toroq ta' Londra bil- produzzjoni tant mistennija ta' Masquerade, "Oliver Twist". Sa mid-debutt tiegħu fl-1960, dan l-adattament tar- rakkont klassiku ta' Charles Dickens seraq il-qlub tal- udjenzi madwar id-dinja, u kiseb 10 nominazzjonijiet għall-Premju Tony u sitt Premjijiet tal-Akkademja għall-adattament tal-films indimentikabbli tiegħu. Immexxija minn atturi bravissimi fosthom Dorothy Bezzina (Nancy), omas Camilleri (Fagin), Mikhail Basmadjian (Bill Sikes), Cliff Zammit Stevens (Mr. Bumble), Kateriana Fenech (Widow Corney), Paul Portelli (Mr. Sowerberry), u Katherine Brown (Mrs. Sowerberry). Ehh bilħaqq! U kif nistgħu ninsew lil Matthias Zarb u Jamie Sciberras fil-parti ta' Oliver flimkien ma' Gianluca Cilia (Dodger). Titlifx iċ-ċans li tesperjenza l-maġija ta' "Oliver Twist" live fuq il-palk. Ikseb il-biljetti tiegħek issa għal lejla ta' divertiment indimentikabbli, mis-sit www.showshappening.com għal prezz ta' €25. Il-produzzjoni se ssir bejn il-Ġimgħa 5 ta' April u l-Ħadd 14 ta' April f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi. 'Oliver! The Musical' lura fuq il-palk ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi "Farcicals" ta' Alan Ayckbourn, taħt id-direzzjoni ta' Rachel Galea, hija prestazzjoni ta' żewġ farsiet qosra