Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
13 kultura IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-palk lest biex jilqa' l-ewwel produzzjoni ta' eatre Chameleon, "Magadalene." Miktuba minn Rachel Flynn u bid-direzzjoni ta' Michael Richardson, din il-prestazzjoni ta' siegħa u nofs se tieħu l-udjenza fuq vjaġġ ta' fidwa u determinazzjoni. "Magdalene" hija l-istorja ta' tfajla gustuża, Vassallo, wara li ħajjitha tinqeleb ta' taħt fuq meta tiltaqa' ma' mexxej reliġjuż. Flimkien ma' ċertu wieħed Emanuel, jadvokaw ħafna għar- rijabilitazzjoni. Flimkien ukoll huma jisfidaw l-istatus quo tas-soċjetà, u jaqbdu avventura sabiex ibiddlu l-isfera politika, filwaqt li jaffaċċjaw bumbardament ta' ostakli. Hekk kif Vassallo tinnaviga fil- kumplessitajiet tal-iskop ġdid tagħha, id-determinazzjoni soda tagħha hija msaħħa bl- appoġġ ta' Emanuel. Titlifx din l-esperjenza teatrali! Ingħaqad ma' eatre Chameleon mit-12 sal-14 ta' April f 'Couvre Porte, il-Birgu. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit elettroniku ta' Shows Happening. Theatre Chameleon jiftħu l-ewwel separju tagħhom b'Magdalene Eċitament kbir ġewwa l-Università hekk kif il-ġimgħa d-dieħla KSU jippreżanta l-produzzjoni tiegħu "Toy Storey." B'wegħda nostalġika, l-imħuħ wara din il-produzzjoni jerġgħu jlaqqgħuna ma' Wudy, Tessie, Bażż, u Benna Bettina. F'Sir Temi Zammit Hall mill-5 ta' April sas-7 ta' April, "Toy Storey" mhux se tkun l-istorja li niakru fi tfulitna. Għalkemm il-karattri uniċi tal-istorja oriġinali se jżuruna xi it, l-adattament xorta se jkun esperjenza unika għal kull jiġi jaraha. Bi prezzijiet bejn €12 u €18, il- biljetti jistgħu jinqatgħu mis-sit elettroniku tal-KSU. Il-bibien jinfetħu fis-7pm. Il-produzzjoni annwali tal-KSU; din is-sena b'Toy Storey "Magdalene" hija l-istorja ta' tfajla wara li ħajjitha tinqeleb ta' taħt fuq meta tiltaqa' ma' mexxej reliġjuż