Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
Fl-1958 ħareġ il-film mużikali Gigi li għamel suċċess u li kien ibbażat minn fuq in-novella ta' Colette. Gigi, tfajla spirituża adolexxenti li tgħix f 'Pariġi lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, tkun imrawma minn zijietha bħala korteżana, jiġifieri waħda b'manjieri edukattivi u ħelwin biex takkumpanja lill-irġiel f 'xi attività soċjali, skont it-tradizzjoni tal-familja tagħha. Qabel ma tkun propjament lesta għad-dehriet soċjali tagħha, tiltaqa' mal-għażeb Gaston Lachaille li jaf kif jgħix liberu u tassew taffaxxinah hekk kif hi tittrasforma ruħha bħala sinjorina żagħżugħa ta' qagħda tajba u disponibbli. Il-kittieba Franċiża Colette, imwielda bl-isem sħiħ ta' Sidonia Gabrielle Claudine Colette, f 'Saint- Sauveur-en-Puisage fl-1873, kitbet serje ta' novelli bbażati fuq it-tfulija tagħha stess, dwar l-avventuri ta' tifla li bdew bi Claudette a' l-Ecole (1900) (Claudette fl-Iskola), flimkien mal- ewwel raġel tagħha Henri Gauthier- Villars (Willy), 15-il sena ikbar minnha. Wara li ddivorzjat fl-1906, saret żeffiena fis-swali ewlenin tal- mużika. L-aktar li saret magħrufa huwa għall-istudji ta' karattri simpatiċi jew psikoloġiċi ggwidati mill-istinti tagħhom stess. Bejn l-1907 u l-1945, is-sena ta' meta ppubblikat Gigi (lestietu fl-1944), hi baqgħet imsemmija, fost oħrajn, għal mhux inqas minn tmien novelli. Waħda minnhom Cheri nħadmet ġo film Franċiż fl-2009. Colette mietet fl-1954 ta' 81 sena. Colette għamluha membru tal-Akkademja Rjali tal-Belġju (1935) u l-Akkademja Franċiża ta' Goncourt (1945) u Uffiċjala Grandjuża tal- Legion of Honour Franċiż – 3 unuri rarament mogħtija lil xi persuna tas- sess femminili. Fl-1948 kien hemm produzzjoni ċinematografika Gigi, imma mhux film mużikali bl-attriċi ewlenija Daniele Delorme li ħadmet f 'żewġ xogħlijiet oħra bbażati minn fuq stejjer ta' din il-kittieba. Ta' min isemmi li l-produzzjoni oriġinali fuq il-palk ta' Broadway ta' Edwin Lester fl-1973 kellha traġitt diżappuntanti b'103 wirjiet biss, però xorta waħda rebħet l-unur Tony għall-aħjar mużika. Produzzjoni ġdida ta' dan ix-xogħol mużikali addattata minn Heidi omas u diretta minn Eric D. Schaeffer kellha l-premiere tagħha fil-Kennedy Center ta' Washington D.C. f 'Jannar 2015 u ntweriet fuq Broadway mit-8 ta' April sal-21 ta' Ġunju 2015 fit-teatru Neil Simon. Fl-1948 ħareġ il-film Franċiż Gigi u tliet snin wara Anita Loos addattat din in-novella għall-palk. Fil-produzzjoni ta' Gigi fi Broadway dehret fil-parti prinċipali Audrey Hepburn, fl-ewwel irwol maġġur tagħha. Seba' snin wara, waqt li My Fair Lady kien qed isir fuq il-palk ta' Philadelphia qabel fetaħ fuq Broadway, Arthur Freed resaq lejn Alan Jay Lerner dwar il-possibilità li jinħadem film mużikali. Il-mużiċist Frederick Loewe kien determinat li qatt iżjed ma' jaħdem għall-films, imma tant inkaram meta qara l-ktieb li aċċetta li jikkollabora fuq dan il- proġett. Il-film Gigi tal-1958 kien suċċess, kemm kummerċjali u kemm kritikament, u spiċċa biex kienet l-iżjed produzzjoni li rebħet Oscars sa dik is-sena fl-istorja taċ-ċinema. Edwin Lester, il-fundatur tal-Los Angeles Civic Light Opera talab għall-verżjoni għall-palk tal-film Gigi u Lerner u Loewe wara kitbu dan il- musical għall-palk. Huma żiedu erba' kanzunetti u ballet. Din il-verżjoni saret l-ewwel f 'San Francisco nhar il-15 ta' Mejju 1973 u wara għamlet dawra mal-pajjiż għal sitt xhur sħaħ. Fil-West End ta' Londra kien fit- teatru Lyric li beda din il-wirja fis-17 ta' Settembru 1985 fejn damet issir għal seba' xhur. First Night Records ħarġu album ta' dan ix-show tal-palk bl-atturi tal-kast Ingliż. Il-produzzjoni ta' dan il-musical, b'adattament ġdid ta' Heidi omas, dirett minn Eric D. Schaeffer u bil-koreografija ta' Josh Bergasse, fetħet fiċ-ċentru Kennedy, teatru Eisenhower mis-16 ta' Jannar sat-12 ta' Frar 2015. L-attriċi tal-films Vanessa Hudgens ħadmet il-parti tal- protagonista Gigi. 14 films IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali "Gigi" (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA