MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 tal-mument, nemmen li mhuwiex ir-realtà' voldieri mhux qed nirreferi biss għad- donazzjonijiet. Anke pereżempju għaliex hemm il-perjodu meta wieħed jagħmel l-audits. Hemm affarijiet diversi, li forsi nistgħu nerġgħu nħarsu lejhom. Iżda l-liġi qiegħda hemm għal kulħadd, u sal-lum il-Partit Nazzjonalista mhux qed jimxi magħha. Irridu ngħidu wkoll li huma kienu favur din il-liġi, u kienu huma li kienu jimponu li għandna bżonnha ... riedu l-liġi imma ma jridux jonorawha. GĦALIEX IMPORTANTI LI NIDDUSKUTU L-MANIFEST TAL-EPP U L-PROPOSTI TIEGĦU GĦALL-POLITIKA TAD-DIFIŻA? Jiena naħseb bir-rispett kollu, meta qegħdin insemmu l-proposta tal-EPP, irridu nżommu f 'moħħna li l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, pronunċjat ruħha fis-7 ta' Ottubru meta ddeċidiet tmur Iżrael minn jeddha u allura nesiet kull klawsola li hemm fil- kostituzzjoni tagħna li għandha x'taqsam man-newtralità. JIĠIFIERI, QABEL ANKE NASLU GĦAL PROPOSTA, IRRIDU NGĦIDU, JEW IN-NEWTRALITÀ ĦA TGĦODD GĦAL KULĦADD JEW INKELLA MA TGĦODD GĦAL ĦADD. GĦALIEX X'JIĠIFIERI, LI WAĦDA MINNA, LI GĦANDHA POŻIZZJONI TANT GĦOLJA FIL- PARLAMENT EWROPEW, TMUR IŻRAEL, META MBAGĦAD NAFU X'ĠARA F'GAŻA? Importanti nimu li aħna Gvern li rridu l-paċi u allura bl-ebda mod u manjiera ma rridu li jkollna x'naqsmu ma' xiri ta' armamenti u xiri li, irridu ngħidu, dawn iridu li l-Ewropa kważi kważi f 'forza militari. Dan hu propju li ma rridux aħna. 45 sena ilu ħdimna għall-ħelsien, u biex il-barrani ma jkollu xejn x'jaqsam magħna. Ħdimna għan-newtralità, u hemm fejn għandna nibqgħu nsostnu favur Malta. IS-SONDAĠĠI JURU LI GĦAD HEMM NUMRU KBIR TA' PERSUNI LI MHUX SE JIVVUTAW. TIBŻA' MINNHA DIN LI NUMRU TA' PARTITARJI LABURISTI MA JOĦORĠUX JIVVUTAW? Nemmen li sondaġġ hu ritratt tal- mument, nemmen li mhuwiex ir-realtà. Ir- riżultat tal-elezzjoni jsir fit-8 ta' Ġunju. Il- kaxxa tinfetaħ fid-9 ta' Ġunju, u ovvjament aħna qed naħdmu ħafna. Hemm barra jafu bir-riformi li saru minn Gvern Laburista tul l-aħħar 10 snin, mill-inizjattivi li qed igawdi minnhom kulħadd. Imma ċertament li jimu wkoll in-neċessità tal-elezzjonijiet tat-8 ta' Ġunju. Jiena nemmen li għandna mhux biss noħorġu nivvotaw, imma għandna nagħżlu l-kandidati li rridu jirrappreżentaw lil pajjiżna b'mod denju. X'QED TAGĦMEL INTI PERSONALMENT BIEX DAWN IN-NIES TIPPERSWADIHOM JIVVOTAWLEK? Jien qed indur il-lokalitajiet kollha. Il- maġġoranza tan-nies li qed nitkellem magħhom, niem x'inhuma l-ħsibijiet tagħhom. Nisma', u niem, għax hekk titlob il-kariga tiegħi wkoll. Ovvjament meta nibdew nitkellmu u nispjegaw dak kollu li għamel pajjiżna, u dak li għamilna fil-Covid, issa fl-istabbilità, ovvjament in-nies jibdew jirrikonoxxu x-xogħol kbir li għamel Gvern Laburista. ILLUM QED NAGĦMLU L-INTERVISTA FIL-ĠURNATA LI JITTIEĦED IL-VOT FUQ IN- NOMINA TA' MYRIAM SPITERI DEBONO. X'TAĦSEB MINN DAN KOLLU? Jiena ttini kuraġġ kbir għax nemmen li kien pass kuraġġuż li permezz tar-riforma li għamilna, il-Prim Ministru m'għadux jagħmel lilu nnifsu president imma llum il-ġurnata kien hemm qbil min-naħa tal-Gvern u l-oppożizzjoni. Naħseb li tawgura ħafna tajjeb. Nemmen li issa, sa fl-aħħar, hemm affarijiet li qed naqblu fuqhom. Nemmen li bħalma ġara f 'dan il-każ – u rridu ngħid li għandha kredenzjali mill-aqwa biex tmexxi dan il- pajjiż – nemmen issa wkoll li allura għandna nsibu l-Oppożizzjoni ponn man-naħa tal- Gvern sabiex nimxu 'l quddiem fuq suġġetti oħra. Huwa tajjeb ħafna li qegħdin naraw mara għal darb'oħra għal din il-kariga għax inħoss li issa qegħdin nuru biċ-ċar kemm nixtiequ li jkollna aktar nisa f 'dawn il- karigi prominenti f 'pajjiżna. Nemmen li sondaġġ hu ritratt tal-mument, nemmen li mhuwiex ir-realtà. Ir-riżultat tal-elezzjoni jsir fit- 8 ta' Ġunju. Il-kaxxa tinfetaħ fid-9 ta' Ġunju, u ovvjament aħna qed naħdmu ħafna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 March 2024