Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent 73.5: Skema għall-Investimenti Produttivi (Skema Simplifikata, għotja massima ta' €15-il elf) Is-sejħa se tagħlaq fid-19 ta' Ġunju 2024, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti għal proġetti u dokumentazzjoni relevanti huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, tista' tinkiseb mis- sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni nhar: • L-Erbgħa 10 t' April 2024 • It-Tlieta 23 t'April 2024 • L-Erbgħa 24 t' April 2024 • Il-Ħamis 25 t'April 2024 Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew ċempel fuq 2779 7300. Aktar minn 1,600 separazzjoni ta' żwieġ fi 13-il sena Fil-parlament din il-ġimgħa, il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Graziella Attard Previ staqsiet lill-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard fuq kemm kienu rreġistrati separazzjonijiet taż-żwieġ bejn l-2010 u l-2023 f 'Malta. Mill-informazzjoni tal- Ministru, ġie żvelat li matul medda ta' 13-il sena, Malta rreġistrat total ta' 1,632 separazzjoni ta' żwieġ. 1,533 minnhom kienu rreġistrati f 'Malta, filwaqt li 99 minnhom kienu ġew irreġistrati f 'Għawdex. Fl-2023 ġew irreġistrati total ta' 123 separazzjoni, li jagħmilha t-tielet sena fuq medda ta' għaxar snin b'rata għolja. L-iktar sena li fiha kienu rreġistrati separazzjonijiet kienet l-2011, b'total ta' 147 separazzjoni. Din hija segwita bl-2016, fejn kienu ġew irreġistrati total ta' 129 separazzjoni, u fit-tielet post taqa' s-sena 2023 (123 separazzjoni). L-ogħla rata f 'Malta ta' separazzjonijiet kienet fl- 2011 hekk kif kien hemm irreġistrati 134 każ, filwaqt li f 'Għawdex kienet fl-2011 u l-2023 bl-ogħla rata ta' 13-il każ ta' separazzjoni rreġistrat. Mill-banda l-oħra, is-sena 2013 kienet is-sena li fiha ġew irreġistrati 91 każ ta' separazzjoni f 'Malta, filwaqt li f 'Għawdex l-inqas rata kienet fl-2018, b'total ta' żewġ każijiet ta' separazzjonijiet irreġistrati. Bejn l-2010 u l-2023, Malta rreġistrat 1,632 separazzjoni ta' żwieġ Il-poplu Malti inġabar flimkien biex fil-Ġimgħa l-Kbira tinġbar is-somma sabiħa ta' €3,177,135 għaċ-ċkejknin u oħra fi ħdan Puttinu Cares. Il-maratona ta' ġbir ta' fondi rat il-bidu tagħha it ġimgħat ilu, b'kumpnaiji, kommunitajiet u umanitarju jorgannizzaw avvenimenti sabiex jiġbru l-flus. Imbagħad, il-Ġimgħa, fuq l-istazzjonijiet kollha Maltin, bdiet teletona li laqqatna ma' bosta persuni li jagħmlu użu mill- għajnuna li jipprovdu Puttinu Cares. Bejn il-lejl ta' Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, eluf ta' persuni inġabru l-Mellieħa għal mixja annwali sal-Furjana. Ir-rotta ta' din is-sena ħadet il- parteċipanti mix-Xemxija għal San Pawl il-Baħar, il-Mosta, Ħal Lija, Birkirkara, l-Imsida, l-Pietà fejn finalment intemmet fil-Fosos tal- Furjana. Kull persuna tat donazzjoni ta' €10 għall-kawża, u b'kollox inġabru €92,500. Puttinu Cares esprima gratitudni mill-qalb lill-parteċipanti li ħadu sehem fil-mixja tal-karità u lil dawk kollha li taw sehemhom fit-teletona. L-organizzazzjoni enfasizzat li kull donazzjoni, irrispettivament mid-daqs, tagħmel differenza sinifikanti fil-ħajja tal-familji li qed jiġġieldu l-kanċer. Jinġabru iktar €3.1 miljun għal Puttinu Cares Il-maratona ta' ġbir ta' fondi għal Puttinu Cares

