Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Għaxar snin ilu, Malta rat wieħed mill-akbar skandli taż-żejt, bil- protagonist ta' kollox ikun George Farrugia. B'maħfra presidenzjali fil-but, Farrugia beda jmexxi d-dipartiment kummerċjali tal-enerġija fi ħdan il- kumpanija Bonnici brothers. Kien bis-saħħa tiegħu li din il- ġimgħa setgħu jħabbru li rebħu tender imdaqqas ta' madwar 37 miljun biex jibnu power station ta' emerġenza għall-Enemalta. George Farrugia kien ġie arrestat mill-Pulizija f 'Jannar tal-2013 wara storja li dehret fil-gazzetta oħt MaltaToday fejn kien intwera li dan kien ċentrali biex tenders għaż-żejt jintrebħu ma' ditti barranin mal- Enemalta. Dakinhar kienu ġew żvelati emails fejn persuni kellhom mhux biss kuntatti ma' diriġenti kbar taż-żejt imma wkoll ingħataw flejjes kbar f 'kontijiet bankarji barra mill-pajjiż. Farruga kien il-moħħ ta' dan kollu, u apparti li kien jagħmel l-arranġamenti ta' kollox, kien ħeba kollox minn ħutu li kienu magħrufin bħala ta' John's Garage u kien ħoloq kumpanija minn wara daharhom fejn kien qed jirċievi flejjes kbar mill- kumpaniji barranin taż-żejt fosthom it-Total. Il-każ kollu kien ċentrali qabel l-elezzjoni tal-2013 fejn il-Kap tal- Partit Laburista ta' dak iż-żmien Joseph Muscat kien għamel festa kbira biex ipinġi l-oppożizzjoni Nazzjonalista bħala waħda korrotta. Numru ta' konsulenti kbar kienu ġew mressqin bi frodi u ħasil tal- flus, u dawn kienu jinkludu lil Ċikku Portelli, il-Kap tal-Virtù Ferries, Tancred Tabone, is-sid tal-Forestals, u Frank Sammut, konsulent fix-xiri taż-żejt. Il-każ tagħhom, minkejja l-gravità tiegħu, għadu pendenti quddiem il-Qorti u t-tlieta li huma għadhom joperaw friski daqs ħassa fil-kamp tal-kummerċ. George Farrugia kien evita proċeduri kontrih għax kien ingħata maħfra presidenzjali fuq l-insistenza ta' Lawrence Gonzi, dakinhar Prim Ministru. Il-mara ta' Farrugia kienet segretarja ta' Gonzi meta kien jaħdem ma' ditta privata meta kien għadha speaker. Imma ħadd qatt ma bassar li Farrugia kien se jkollu l-ardir biex jirritorna f 'xogħol marbut ma' l-Enemalta. Fil-frattemp, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, minkejja d-diskors nobbli dwar il-kontabbilità, hija siekta fuq każ ċelebri bħal dan. DWAR IT-TENDER UNEC Ltd., propjetà ta' Bonnici Brothers, ingħatat tender mill- Enemalta biex tibni impjant tal- enerġija ta' emerġenza ta' €37 miljun f 'Delimara. L-UNEC Ltd kienet waħda mill- erba' kumpaniji li ressqu offerta għat- tender, u kienet l-unika kumpanija Maltija li għamlet dan. Il-kumpaniji l-oħra għandhom sal-15 ta' April biex jippreżentaw oġġezzjoni. Aktar kmieni din is-sena, il- MaltaToday irrapportat kif iċ- Chairman tal-Enemalta Ryan Fava wissa li l-kumpanija ma tkunx f 'pożizzjoni li tiggarantixxi lill-pajjiż "sigurtà tal-provvista tal-enerġija" matul ix-xhur tas-sajf, mingħajr "impjant ta' emerġenza" ġdid ta' 60MW "temporanju" li jaħdem bid- diesel f 'Delimara. L-UNEC Ltd hija obbligata tibni l-faċilità ta' emerġenza li taħdem bid-diesel f 'Delimara, li tibda topera mhux aktar tard mill- bidu ta' Lulju, u li tmexxi l-operat tagħha għal sentejn, sakemm jiġi stabbilit interconnector taħt il-baħar sekondarju bejn Malta u Sqallija. L-impjant il-ġdid, li jista' jintuża għal massimu ta' 500 siegħa fis-sena, se jikkonsisti f 'żewġ ġeneraturi li jaħdmu biż-żejt tal-gass f 'kontejners li jinsabu fil-konfini tal-power station eżistenti ta' Delimara. L-impjant mistenni jiswa lill- Enemalta €46 miljun fuq perjodu ta' 27 xahar. Id-deċiżjoni li jinvesti fl-impjant il-ġdid temporanju tħabbret pubblikament mill-Ministru tal- Enerġija Miriam Dalli f 'Novembru 2023, meta qalet li l-Gvern kien qed jalloka €12-il miljun għal sors ta' enerġija li jista' jiġġenera 60MW żejda ta' elettriku jekk wieħed mill-provvisti tal-enerġija eżistenti jkollhom jiġu interrotti b'xi mod. Tender li ser jiswa' madwar €40 miljun George Farrugia f 'ritratt uffiċjali ta' Bonnici Brothers