Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041
07 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 jiddikriminalizza l-abort, imma mhux b'referendum' kostruttiva li dejjem napprezzaha u eċitata biex inkompli nisma' x'għandhom x'jgħidu n-nies. XTAQT INŻURU XI TEMI LI BĦALISSA HUMA KONTROVERSJALI FL-UNJONI EWROPEA, U ANKE XI SFIDI. NIBDEW BIL-KUNFLITTI U L-PROPOSTI GĦALL-ARMI. GĦANDHOM L-ISTATI MEMBRI JARMAW RUĦHOM? Jiena naħseb li pajjiż jargumenta li jrid ikun newtrali dejjem hija problema. Għalija n-newtralità ma teżistix. Meta persuna tagħżel li tkun newtrali, tkun qed tieħu l-pożizzjoni tal-oppressur. Naħseb li dik dejjem problematika. Jiena m'iniex studjuża f 'dawn it-temi, imma lesta li naħdem ma' min studjahom b'reqqa biex nieħu pożizzjoni li hija għaqlija. X'TAĦSEB FUQ IT-TEMA TAL- IMMIGRAZZ JONI? Jiena nħoss li kull persuna, f 'sitwazzjoni ta' ħajja jew mewt, għandha tingħata l-ewwel għajnuna, kemm medika u anke oltre. Jien ma nistax nifhem li jkollok xi ħadd qed ibati ftit 'il bogħod minnek u tħallih imut. Nemmen li vera importanti nieħdu ħsiebhom u naraw li mhux qegħdin f 'sitwazzjoni ta' tbatija u wġigħ. Imbagħad minn hemm, ċerta li nistgħu nsibu s-soluzzjonijiet flimkien. XI T WIEĠEB LILL-PERSUNI LI JGĦIDULEK LI MALTA FULL-UP? Jiena naħseb din il-mentalità problematika ħafna. Ma taħdimx hekk. L-ewwel nett għandek il-kwistjoni tat- turiżmu, b'reklami dejjem għaddejjin ħalli jiġu aktar turisti peress li t-turiżmu l-ekonomija tagħna. Orrajt, qed inġibu n-nies bit-turiżmu, imma n-nies mit-turiżmu min se jieħu ħsiebhom? Għax jekk inti tmur f 'servizz bażiku u tmur tixtri għand tal-merċa, tmur tiekol filgħaxija, tmur lukanda ... qed naraw nies, mhux Maltin, li jgħaddu lil dawn it-turisti. TAĦSEB LI L-GVERN QED JAGĦMEL BIŻŻE JJED GĦALL- AMBJENT? Dażgur li le! Jien personalment kont insuq ir-rota, u kont nieħu gost insuqha. Sakemm darba kont se nispiċċa bi żbrixx f 'aċċident ikrah li kien se jeħodli ħajti u ddeċidejt li nieħu pass lura mir-rota. Issa għalija din problematika minnha nfisha għax suppost l-infrastruttura qiegħda hawn biex taqdi liċ-ċittadin, u jekk jien m'għandix l-infrastruttura biex inkun nista' nasal minn post għall-ieħor, li bil-karozza normalment tieħu ħames minuti, x'qed nagħmlu? Din hija xi ħaġa bażika. Prova għaddi, pereżempju, minn taħt il-flyover tal-Marsa. Hi wisq kumplessa li naqsam minn post għall-ieħor. Din hi parti kbira mill-ambjent. Għax m'għandniex l-infrastruttura, dan l-aħħar jumejn kellna standstill ta' traffiku għax mhux nużaw ir-rota, u ma nistgħux nimxu, u taqa' awtomatikament li ddur għall-karozza. Jien l-ewwel waħda, mea culpa, li nispiċċa nikkontribwixxi anke għal aktar karozzi, għal aktar fossil fuels. IL-ĠIMGĦA L-OĦRA NUMRU TA' INTERVISTI MAL-EĊĊELLENZA L-PRESIDENT MYRIAM SPITERI DEBONO QAJMU L-PUNT TAL-ABORT. MINGĦAJR MA NISTAQSIK JEKK INTIX KONTRA JEW FAVUR, TAQBEL MAL- EĊĊELLENZA LI GĦANDU JKUN REFERENDUM LI JIEĦU D-DEĊIŻ JONI? Tista' tistaqsini direttament jekk naqbilx għax jien favur l-għażla. Favur li dan il-pajjiż jiddikriminalizza l-abort, imma ma naqbilx li dan għandu jasal b'referendum. Din hi kwistjoni personali ħafna, u dik id-deċiżjoni, persuna għandha teħodha għaliha nnifisha. Nafu li f 'Malta jsir l-abort, allura referendum għaliex? Il-liġijiet tal-abort f 'Malta bħalissa huma elitisti ħafna, għax nafu li jekk għandek il-flus tmur tagħmel abort barra. Min m'għandux flus qed jagħmel l-abort f 'pajjiżna. F'għajnejn il-liġi dawn huma kriminali. Din trid tinbidel. Waqt il-pandemija, minħabba restrizzjonijiet tas-safar, ma setgħux jagħmlu abort barra. Dan wassal biex ir- rata ta' persuni li jġibu l-pirmli f 'Malta kibret. Allura hija importanti li l-abort jiġi dikriminalizzat għax in-nies xorta qed jagħmlu l-abort bil-modi tagħhom. ĠALADARBA SEMME JT LI INTI FAVUR L-GĦAŻLA, ĦASSE JTEK TRADUTA MILL-GVERN META GĦAL FTIT MUMENTI OFFRA L-OPPORTUNITÀ, IMMA L-KUMMENT LI D-DISKUSSJONI BDIET, ĦA KOLLOX LURA? Dażgur li ħassejtni traduta! Bħala mara hija sitwazzjoni prekarja ħafna li tinqabad tqila b'dawn il-liġijiet. Rajna każijiet differenti, u rajna kemm tista' tkun sitwazzjoni stressanti li jkollok bżonn proċedura medika bħal din u titħalla titmermer waħdek! Għalhekk ħassejtni traduta ... u ċerta li mhux waħdi għax dan mhux mod kif tagħmel il-politika. Għalhekk qegħdin hawn aħna biex inbiddluha ftit ftit.