Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219
16 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum Il-Kappillan Dun Marc Andrè Camilleri ta' Raħal Ġdid ma kienx jaf li qed jiddiskuti l-proġett ma' persuni li għandhom rekord kriminali, meta beda l-ehim fuq il-bini u l-manutenzjoni ta' kafetterija fuq il-bejt tal-Bażilika ta' Kristu Re f 'Raħal Ġdid. Jidher ċar li l-Kappillan ma għamel l-ebda sejħa miuħa u wisq aktar iċċekkja min kienu l-persuni li kien qed ikellem magħhom. L-aħbar ta' kafetterija fuq il- bejt tal-knisja f 'Raħal Ġdid ixxokkjat lil ħafna, tant li l-Prim Ministru Robert Abela stess talab li l-proposta terġa' tkun ikkunsidrata. Iż-żmien għadda u l-Kurja daħlet f 'diskussjonijiet mal-Gvern sabiex tingħata fondi għar-restawr tas-soqfa, il-koppla, u l-portiku. Iżd'issa, il-gazzetta ILLUM saret taf li fl-istess żmien meta l-Kappillan ħa numru ta' ġurnalisti fuq tour tal-bejt tal- Knisja, intlemaħ ukoll ċertu Pawlu Debattista. Debattista ttella' l-Qorti ħafna drabi, f 'diversi kawżi kriminali serji, inkluż li ħebb għal numru ta' persuni f 'inċidenti u snin differenti, inkluż ħames pulizija. Għaldaqstant huwa sid ta' kumpanija li sintendi tieħu ħsieb diversi proġetti. Il-gazzetta staqsiet dwar dan kollu lill-Kapillan Dun Marc Andrè Camilleri, iżda huwa ċaħad li qatt tkellem ma' Debattista. Qal li persuna oħra staqsietu l-istess mistoqsija, u minn hemm sar jaf bil-passat ta' Debattista. "Smajt bih wara. Qatt ma kellna kuntatt miegħu. Jiena dejjem ma' Sabrina Debattista tkellimt," il- Kapillan qal. Sabrina Debattista hija t-tifla tal-istess Pawlu, bil-Kappillan jikkonferma li ehim bejnu u bejnha jista' jwassal biex din tieħu ħsieb l-istruttura, il-manutenzjoni u l-imħażen. Wara li l-proġett jitlesta, il- kafetterija tibda titmexxa minn persuni oħra li għalissa għadhom ma ġewx magħżula minħabba l-istadju bikri li l-proġett qiegħed fih. "Irridu naraw x'permessi joħorġu ... 'il quddiem naraw," il- Kappillan kompla jgħid. Minkejja li Sabrina Debattista m'għandhiex l-istess numru ta' akkużi bħal missierha, hija ttellgħet il-Qorti fl-2009, wara li kellha fil-pussess tagħha sustanzi pprojbiti. Hija nstabet ħatja iżda wara li l-Qorti kkunsidrat l-età tagħha dak iż-żmien u l-fatt li ma kellhiex problema bid-droga, ħelsitha mill-arrest bil-kundizzjoni li ma tikkommettix reat ieħor fi żmien sena. Sabrina Debattista għandha l-kumpanija privata tagħha. L-operat ta' din il-kumpanija huwa rreġistrat fl-istess indirizz tal-binja tal-kumpanija ta' missierha, f 'Ħal Luqa. Il-persuna maħsuba li tieħu ħsieb il-kafetterija fuq il-knisja ta' Raħal l-Ġdid b'rekord kulurit Eks Kunstillier Nazzjonalist, James Cauchi, daħħal protest ġudizzjarju, fejn fih qed jallega li ċċaħħad mill- kandidatura tal-Kunsill Lokali ta' Bormla wara li ma aċċettax li jifforma minn fazzjoni interna li riedet tisfiduċja lill- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Il-protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat fit-3 ta' Mejju 2024 jgħid li Michael Piccinino, is- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, avviċina lil Cauchi biex jerġa' jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Ġunju li ġej, bit-talba tiġi milqugħa minn Cauchi. Jixhed dan numru ta' ittri elettroniċi bejn Cauchi u Piccinino li saħansitra rċieva messaġġi personali mingħand Piccinino li kien konxju li Cauchi aċċetta t-talba tal- Partit Nazzjonalista biex jerġa' jikkontesta. Cauchi kien irċieva telefonata minn persuna qrib il-Partit Nazzjonalista biex jifforma parti minn grupp intern bl- għan li jippreparaw u meta jasal iż-żmien jimbuttaw kandidat ġdid biex jieħu post il-Kap tal-Oppożizzjoni attwali Bernard Grech. Il-protest ġudizzjarju jkompli jgħid li malli isem Cauchi kellu jgħaddi mill- Eżekuttiv, huwa kien b'mod awtomatiku se jkollu vot biex jivvota fil-Kunsill Ġenerali u għalhekk kien ikun fost il-maġġoranza lesta biex tgħaddi vot ta' sfiduċja fil-Kap tal- Partit Nazzjonalista Bernard Grech u jiġi elett Kap ġdid fi ħdan il-fazzjoni li kienet mistennija tisfiduċjah. Cauchi baqa' jsegwi u jsaqsi fiex waslet il-kandidatura għal diversi xhur, u baqa' jirriuta li jifforma parti minn fazzjoni "li kellha l-għan li tisfiduċja l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, minħabba diversi nuqqasijiet li għandu Grech". Iżda wara xhur ta' stennija għal konferma min- naħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Cauchi sar jaf li n-nomina tiegħu qatt ma ġiet imtellgħa fi ħdan l-eżekuttiv tal-partit. Il-Konferma biex Cauchi jkun kandidat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qatt ma waslet u ż-żmien tan-nomini kien laħaq għalaq, bil-konsegwenza li huwa qatt ma kellu l-opportunità jissottometti l-kandidatura tiegħu u spiċċa ħassu li tradixxa numru ta' votanti Bormliżi. Cauchi qal li ilu jifforma parti mill-Partit Nazzjonalista għal 35 sena. Fil-fatt sostna li f 'kull elezzjoni kien ikkontesta taħt il- kappell tal-Partit Nazzjonalista u dejjem ġie elett. Barra minn hekk Cauchi saħaq li qatt ma ġie ddixxiplinat jew kellu r-reputazzjoni tiegħu mtappna u għalhekk kien ideali biex jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista. Għalhekk qed isostni li ma kien hemm ebda raġuni valida biex il-kandidatura tiegħu ma tiġix aċċettata min-naħa tal-eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista. Protest ġudizzjarju minn eks kunsillier jallega tradiment fil-PN biex jiġi sfiduċjat il-Kap Bernard Grech Fost allegazzjonijiet oħra, James Cauchi, eks kunsillier Nazzjonalist, qal li kien irċieva telefonata minn persuna qrib il-Partit Nazzjonalista biex jifforma parti minn grupp intern bl-għan li jippreparaw u meta jasal iż-żmien jimbuttaw kandidat ġdid biex jieħu post il-Kap tal-Oppożizzjoni attwali Bernard Grech James Cauchi Il-Kappillan ta' Raħal Ġdid, Dun Marc Andrè Camilleri, ma kienx jaf li qed jiddiskuti l-proġett ma' persuni li għandhom rekord kriminali Dun Marc Andrè Camilleri