MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum opinjoni Brian Decelis huwa l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-ADPD u se jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f'Marsaskala f'isem l-ADPD Brian Decelis I s-sejħa għas-sostenibbiltà issa laħqet ukoll il-mudell turistiku li qed jiġi im- plimentat f 'ħafna pajjiżi fosthom f 'Malta fejn milli jidher iż-żieda fin-numri hija l-unika mira uffiċjali. B'hekk il-ħajja qiegħda ssir insapportabbli għar-residenti u d-destinazzjoni nnifisha tinbidel f 'waħda li ma tkunx attraenti anke għat-turisti nfushom. Rajna protesti fi Spanja u f 'pajjiżi oħra jitolbu li jkun hemm limitu massimu fuq in- numru ta' turisti li jiddaħħlu kull sena biex l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mad-domanda. Barra minn hekk, l-impatti mit-tibdil fil-klima qed ikollhom il-marka tagħhom b'limitazzjonijiet fuq provisti tal-ilma diġà skarsi li jfisser li jista' ma jkunx hemm biżżejjed anke għall-popolazzjoni lokali. L-akkomodazzjoni hija kwistjoni oħra, bid-domanda akbar mill-ħaddiema fl- industrija li qed tagħmel pressjoni fuq il-prezzijiet tal- propjetajiet disponibbli li jħallu lin-nies tal-post ma jkunux jistgħu jaffordjaw ir-residenza tagħhom stess. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi huma ppakkjati bħal sardin f 'appartamenti li jħalli qligħ lil sid il-kera li huwa ħafna ogħla minn dak li kieku kien jaqla'. Leġiżlazzjoni riċenti li armonizzat liġijiet differenti li ma jippermettux aktar minn sitt inkwilini li ma jiġux minn xulxin jikru propjetà mhi se ġġib l-ebda tibdil jekk ma tiġix inforzata! Kif nafu tajjeb, l-infurzar f 'Malta dejjem kien problema kbira. Kien hemm sejħiet f 'Malta għal analiżi bir-reqqa ta' kemm il-pajjiż jiflaħ b'mod sostenibbli. Rajna x'jiġri f 'postijiet bħal Kemmuna fejn il-folol jagħmlu s-sit innifsu propożizzjoni xejn attraenti. Venezja hija l-aħħar belt li nediet skema biex tħeġġeġ lill-viżitaturi jevitaw il-jiem iffullati billi nedew ħlas fi tmiem il-ġimgħa bejn Mejju u Lulju. Huwa esperiment immirat biex jagħmel il-belt aktar pjaċevoli għan-nies tal- lokal u anki għall-viżitaturi. Aħna mhux qed ngħidu li ma rridux turisti imma li n-numri tagħhom għandhom ikunu tali fejn l-impatti negattivi li dawn jistgħu jħallu, speċjalment fuq il-komunitajiet lokali li jgħixu fil-pajjiż is-sena kollha, ikun mill-inqas possibbli. F'Malta rridu nżidu wkoll l-infurzar tal-liġijiet u r-regolamenti eżistenti biex nassiguraw li r-residenti tal-lokal – li jkollhom bżonn jistrieħu u jmorru għax-xogħol waqt li t-turist ikun fuq btala – jingħataw ir-rispett dovut mill- operaturi fis-settur. Però, ir-realtà hija li dawn l-operaturi jitħallew jagħmlu li jridu a skapitu tar-residenti kif rajna fis-saga attwali ta' mwejjed u siġġijiet li jokkupaw bankini u spazji pubbliċi, ħafna drabi jaqbżu bil-kbir dak li tippermetti l-liġi. Madankollu, ir-residenti jidher li fl-aħħar qed iqumu u qed jgħidu "iż-żejjed kollhu żejjed". F'diversi lokalitajiet, residenti qegħdin iressqu l-ilmenti tagħhom b'kull mod possibbli għal ħniżrijiet li qegħdin jaffaċċjaw. Saħansitra qiegħda tittieħed azzjoni diretta jew proċeduri legali minn residenti nfushom. L-elezzjonijiet li ġejjin huma opportunità biex jintbagħat messaġġ ċar liż-żewġ partiti l-kbar li żmien il-konfoffi man- negozjanti a skapitu ta' kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti spiċċa. Issa daqshekk! Fit-8 ta' Ġunju wieħed għandu jivvota b'għaqal għal dawk il-kandidati li sinċerament għandhom għal qalbhom l-interessi tal-pajjiż u tal-lokalitajiet tagħhom. Turiżmu mhux sostenibbli Aħna mhux qed ngħidu li ma rridux turisti imma li n-numri tagħhom għandhom ikunu tali fejn l-impatti negattivi li dawn jistgħu jħallu,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024