Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Kummiedja u dramm f'lejl wieħed fit-Teatru Dumnikan fil-Birgu Lejl indimentikabbli teatrali qed jistenniek fit-teatru Dumnikan tal- Birgu, grazzi għall-kollaborazzjoni bejn e Acting Coach u Dots Media. Is-serata tibda' b'kummiedja divertenti miktuba minn Patrick Vella, li jieħu r-riedni wkoll bħala d-direttur. "Dawk it-Tlieta ta' fuq il-Bank" hija produzzjoni li ssegwi d-diżavventuri ta' tliet erwieħ mitlufa li qed jistennew il- ġudizzju fil-purgatorju. Madankollu jitfaċċaw ostakli mhux mistennija u bil-kaos li jinħoloq, l-udjenza tispiċċa tiddubita l-wasla tad-destin. Din il-prestazzjoni se tingħata l-ħajja grazzi għat-trio dinamiku Mario Gatt, Shawn Ciantar, u Joseph Fenech bħala l-erwieħ imħawda, u l-anġlu Evelyn White, interpretat mill-bravissima Frances Galea. Wara vjaġġ ta' daħk u sorpriżi nagħtu l-ġenb din il-prestazzjoni, u l-udjenza taffaċċja dramm ta' Stefan Galea Debono. Immexxi minn Galea Debono nnifsu, "Fil-Kamra tal-Purtiera Vjola" jidħol fil-kumplessitajiet tan-natura umana u jesplora temi ta' ambizzjoni, tradiment, u korruzzjoni. B'kast li jinkludi lil Aaron Fenech, Stefania Attard Vella, Chris Camilleri, u Tyler Loffreda, din in-narrattiva se tittrasporta lill-ispettaturi f 'dinja fejn kull deċiżjoni ġġib magħha konsegwenzi profondi. Titlifx iċ-ċans tiegħek li tara l-maġija tat-teatru fl-aqwa tagħha. Ibbukkja biljett għall-24, 25, u 26 ta' Mejju fit-Teatru Dumnikan fil-Birgu. Il-biljetti huma disponibbli minn www. ticketline.com.mt. Fdalijiet ta' pineapples mormija jitħassru fir-ramel u tul l-irdum. Negozji tarf l-illegalità hekk kif jokkupaw ix-xtut pubbliċi bid-deckchairs, ibigħu cocktails bi prezz għoli lill-eluf ta' turisti li jinxteħtu fiż-żona tal-madwar – it li xejn jagħtu kas l-istatus tal-gżira bħala sit Natura 2000. Id-destin ta' Kemmuna mdendel fi spazju bejn l-interessi tan-negozji l-kbar – mifnijin bil-korruzzjoni u msaħħa biss mir-regħba – u l-għajta ddisprata tal-gżira biex terġa' tikseb id-dinjità tagħha. L-istorja tal-gżira tal-bidu tas-seklu 20, bħala komunità ta' bdiewa magħquda ġiet imfixkla radikalment mal-wasla ta' lukanda fis-sittinijiet. Matul l-għexieren ta' snin, l-intensifikazzjoni tat-turiżmu marret għall-agħar. "Comino will be different next summer" hija kwotazzjoni meħuda minn intervista mal-Ministru għat-Turiżmu ta' Malta Clayton Bartolo. B'reazzjoni għal pressjoni kbira mill-attivisti, Bartolo kien għamel stqarrija kuraġġuża li kwalunkwe problema li ffaċċjat fl-2022 Kemmuna, u s-snin ta' qabel, mhix se tibqa' teżisti. Sentejn wara, il-kummenti tiegħu ġew żvelati li huma xejn ħlief wegħda vojta. Il-wirja tiġbor flimkien ix-xogħlijiet ta' Joanna Demarco, Lisa Attard, Inigo Taylor, Mario Asef, u Sheldon Saliba, u jiġu kkumplimentati minn siltiet miktuba minn Daphne Caruana Galizia. Xogħolhom ifittex li jirrakkonta l-istorja ta' hekk imsejħa gżira protetta li ġarrbet għexieren ta' snin ta' nuqqas ta' rispett u tenfasizza s-sejħiet mis-soċjetà ċivili biex tissalvagwardja l-wirt naturali tagħha. Il-wirja se tittella' fil-Valletta Contemporary sal-11 ta' Mejju, mit-Tnejn sas-Sibt mis-2pm sat-8pm. Id-dħul huwa b'xejn. Wirja mtellgħa fil-Belt Valletta tistaqsi jekk Kemmuna hix se tkun differenti s-sajf li ġej Il-wirja tiġbor flimkien ix-xogħlijiet ta' Joanna Demarco, Lisa Attard, Inigo Taylor, Mario Asef, u Sheldon Saliba, u jiġu kkumplimentati minn siltiet miktuba minn Daphne Caruana Galizia