MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 ferm iktar kerha minn kemm ħsibna' QED TIMMINA LILHA NNIFISHA BIT-TIMING TAL-KONKLUŻ JONI. X'INHI L-OPINJONI TIEGĦEK DWAR DAN KOLLU? Il-fatt li l-Prim Ministru u l-Prim Korrott qed idoqqu l-istess kanzunetta ma tantx jirrifletti tajjeb fuq il-Prim Ministru. Qisu l-Prim Ministru nesa li hu Prim Ministru biss għax aħna – il-poplu Malti u Għawdxi – inżilna fit-toroq u bqajna fit-toroq sakemm Joseph Muscat ħareġ b'diżunur minn Kastilja. Infakkar li l-vakanza ta' Prim Ministru nfetħet għal Robert Abela wara li l-predeċessur tiegħu ntgħażel bħala l-iktar politiku korrott tas-sena fid-dinja kollha. It-timing tal-għeluq ta' din l-inkjesta kien ikun perfett għall-Prim Ministru kieku l-predeċessur tiegħu mexxa u mexa b'mod onest. Iżda lkoll nafu li dan mhux il-każ. Ilkoll nafu li dawn serqu lill-poplu Malti, serqu lill-pazjenti, lill- morda Maltin u Għawdxin. Huwa tassew ta' għajb għall-Prim Ministru li qed idawwar il-kanuni fuq min qed jaħdem fl-interess tal-poplu u mhux tal-kriminali korrotti. Agħar minn hekk, din hija mġiba ferm perikoluża għad-demokrazija u għall-istat ta' dritt f 'pajjiżna. IL-KONKLUŻ JONI TAL- INK JESTA, FE JN TISTA' T WASSAL? Jiena nittama li l-inkjesta twassal biex il-poplu jsir jaf il-verità, il-verità kollha u li finalment issir ġustizzja. Nagħmilha ċara li aħna dan biss irridu: ġustizzja. Ma rridu lil ħadd li m'għamel xejn jiġi akkużat fil-Qorti u jeħel il-ħabs. Irridu biss li kulħadd jieħu li ħaqqu skont il-liġi. Inqis li jekk dan iseħħ – kif għandi fiduċja li se jiġri – pajjiżna jkun beda t-triq għall-fejqan. IL-KAWŻA TA' REPUBBLIKA TISTA' TGĦID KELLHA SUĊĊESSI KBAR, IŻDA L-ISTESS SUĊĊESS MA SARRAFX F'APPOĠĠ ELET TORALI LILL-PARTIT NAZZ JONALISTA. X'TAĦSEB DWAR DAN? L-appoġġ elettorali għall-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għalih il- Partit Nazzjonalista. Qatt ma kien l-iskop tagħna, u qatt mhu se jkun l-iskop tagħna, li ngħinu lil xi partit jew ieħor iżid l-appoġġ elettorali tiegħu. Dak mhuwiex ir-rwol tagħna. MA TAĦSIBX LI L-GĦAN AĦĦARI KELLU JKUN LI L-PN JIDHER BĦALA GVERN ALTERNAT TIV? JEW DAN MA KIENX GĦAN LI REPUBBLIKA ĦADMET GĦALIH? Nerġa' ngħidlek, x'jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa affari biss tal-Partit Nazzjonalista u mhux tagħna. L-għan tagħna lħaqnieh meta niżżilna lil Joseph Muscat u lil sħabu mill- poter. Għal dak ħdimna fl-2019. Minn dakinhar, komplejna naħdmu fuq l-inkjesti li tlabna u li ksibna minkejja li l-Gvern Laburista assolutament ma riedx li jsiru. Issa li ngħalqet waħda minn dawn l-inkjesti qed nittama li dalwaqt nilħqu għan ieħor: li tibda ssir ġustizzja. TAĦSEB LI L-PREŻENZA TAL- AVUKAT JASON AZZOPARDI, BĦALA L-AVUKAT LEGALI TAGĦKOM, KOMPLIET TĦARRAX IL-LABURISTI KONTRA L-KAWŻA, ĠUSTA KEMM HI ĠUSTA? Lil-Laburisti jħarraxhom il-Partit Laburista bil-kampanji moqżieża tiegħu. Biżżejjed infakkar fil-kampanja oxxena li l-Partit Laburista għamel fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia. Mhu se nħallu lil ħadd jinsa kif il-Partit Laburista matul is-snin pinġa lil Daphne bħala "saħħara" u bħala għadu ta' kull Laburist u wara, għadu tal-Istat. Il-Partit Laburista issa qed iħarrax lill- partitarji tiegħu kontrija, kontra Jason Azzopardi, kontra Repubblika u kontra oħrajn li waqafnielu. Il-Partit Laburista ma jinteressahx jekk il-kawża hix ġusta jew le. Jinteressah biss li jkompli jipproteġi lil Muscat u lill-kriminali l-oħra sħabu u lest ikompli jabbuża mill-fiduċja għamja tal-partitarji l-iktar akkaniti tiegħu biex jilħaq dan l-iskop. KEMM-IL DARBA DDIK JARAJT LI MHUX SE TIDĦOL FIL- POLITIKA. ISSA LI M'GĦADEKX PRESIDENT TA' REPUBBLIKA, GĦADEK TGĦID L-ISTESS? Dak li għamilt jien f 'Repubblika u dak li tagħmel Repubblika ċertament huwa impenn politiku. Il-ġlieda tagħna għall- verità u għall-ġustizzja u l-ġlieda tagħna għal pajjiżna biex jirrenja s-sewwa u mhux il-kriminali korrotti hija ġlieda politika. Allura l-mistoqsija tiegħek qed nifhimha jekk iniex beħsiebni nikkontesta xi elezzjoni jew ninvolvi ruħi f 'xi partit. Jiena bħalissa ffukat biex inwassal il-kawżi li fdatli f 'idejja Repubblika sal-aħħar. Dan hu l-uniku kontribut politiku li għandi ppjanat għaż-żmien li ġej. Xejn iktar u xejn inqas. Madankollu, jiena konxju li pajjiżna jeħtieġ soluzzjoni politika. Neħtieġu nies integri fil-partiti tagħna li jpoġġu l-interess taċ-ċittadini l-ewwel u qabel kollox. Jiena nħeġġeġ lil min għandu dawn is-sentimenti biex jersaq 'il quddiem. KIEKU KELLEK TOĦROĠ, KONT TOĦROĠ MAL-PARTIT NAZZ JONALISTA? Kif għedtlek, bħalissa m'għandi ħsieb noħroġ ma' ħadd. Għandi rwol importanti ħafna x'naqdi u se naqdih sal-aħħar. X'se jiġri fil-futur ma nafx, iżda naf li llum post il-Partit Laburista żgur mhuwiex fil-Gvern u li l-Partit Nazzjonalista huwa l-ikbar partit tal-oppożizzjoni. L-appoġġ elettorali għall-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għalih il-Partit Nazzjonalista. Qatt ma kien l-iskop tagħna, u qatt mhu se jkun l-iskop tagħna, li ngħinu lil xi partit jew ieħor iżid l-appoġġ elettorali tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024