MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum 'Il-Prim Ministru jaf li l-verità hija ferm WASALTU S'HAWN, IMMA L-KAMPANJA TAGĦKOM TKOMPLI? Bla dubju. Se tkompli u kif. Għad baqa' ħafna xi jsir, għad baqa' ħafna nies x'nikkonvinċu, għad hemm battalji x'jiġu miġġielda fil-qrati, għad hemm veritajiet mistura li jeħtieġ jinkixfu u fuq kollox għad għandna pajjiż xi nsalvaw. Kif ħabbart f 'Marzu, il-ħidma tiegħi issa hija ffukata fuq il-kawżi u l-inkjesti li għandna pendenti fil-qrati tagħna, fosthom dik dwar is-serqa tat- tliet sptarijiet li ġiet konkluża l-ġimgħa l-oħra. KIF TIRRISPONDI GĦALL- PARTIT LABURISTA LI L-INK JESTA HI BISS "TERRORIŻMU POLITIKU"? Att ta' terroriżmu huwa dak li ġara fis-16 ta' Ottubru 2017 meta splodew lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Terroriżmu politiku huwa meta jkollok Prim Ministru u Gvern sħiħ li joħolqu l-ambjent li fih setgħet tinqatel ġurnalista, kif ikkonkludiet l-inkjesta pubblika. L-inkjesta li qed nitkellmu fuqha – dwar is-serqa ta' tliet sptarijiet – hija eżerċizzju li sar biex tinstab il-verità u biex issir ġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi. Bħalissa din il-verità tinsab fi 78 kaxxa. Il-kontenut ta' dawn il-kaxxi lili u lilek ma jbeżżgħuniex. Huma l-kriminali, il- korrotti u dawk li għenuhom jisirqu lill- poplu tagħna li huma terrorizzati mill- provi li hemm f 'dawn il-kaxxi. Li l-Partit Laburista jgħid li jħossu terrorizzat tirrifletti ħażin ħafna fuqu. KONXJU LI Ż-ŻMIEN TAL- KONKLUŻ JONI TAL-INK JESTA MHUX JGĦIN? L-ebda żmien mhu tajjeb għall- kriminali biex toħroġ il-verità. Għall- kriminali, l-ebda żmien mhu tajjeb biex tibda ssir ġustizzja. Il-fatt li l-Prim Ministru ilu xhur jgħid li din l-inkjesta se tagħmel ħsara lill-partit tiegħu, mhix għajr ammissjoni li l-Prim Ministru jaf, bħalma nafu aħna, li sar tgħaffiġ kbir u li twettqu atti kriminali mill-predeċessur tiegħu flimkien m'oħrajn. Id-dmir tal-Prim Ministru lejn il- poplu tagħna mhuwiex li jaħbi l-verità u li jipproteġi lill-kriminali li ffrodawh, anke meta dawn ikun jisimhom Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija. Id-dmir tal-Prim Ministru huwa eżattament l-oppost. Il-Prim Ministru għandu jipproteġi liċ-ċittadini onesti, lill-Maġistrati u lill-organi tal-Istat li jaqdu dmirhom b'lealtà lejn il-poplu u lejn il-ġurament li ħadu. Il-fatt li l-Prim Ministru ilu xhur jgħid li ma jridx li l-verità toħroġ qabel nivvotaw għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali, lili jgħidli biss li l-Prim Ministru jaf li l-verità hija ferm iktar kerha minn kemm ħsibna. Huwa skandaluż li l-Prim Ministru jimmina b'dan il-mod il-proċess tal-ġustizzja biex il-poplu jibqa' fl-għama u hu jibqa' fuq is-siġġu tal-poter. JOSEPH MUSCAT JIBQA' JINSISTI LI L-INK JESTA HI VENDET TA KONTRIH. SKONTU L-NGO DIĠÀ JAFU X'FIHA L-KONKLUŻ JONI TAL-INK JESTA, FOST AFFARIJIET OĦRA, BĦALMA KONTU TAFU LI SE JSIR RAID FIR-RESIDENZA TIEGĦU. VERA TAF X'FIHA L-KONKLUŻ JONI? Jiena nista' ngħidlek li assolutament ma nafx xi kkonkludiet l-inkjesta. Però naf xi provi ħadna aħna lill-Maġistrat. Naf x'għednielha tinvestiga aktar fil- fond bil-poteri li tagħtiha l-liġi. Naf x'għaddejt lill-pulizija meta rrapportajt lil Joseph Muscat. Infakkar li dan kollu m'għamiltux bil-moħbi u sejjaħt lilkom il-ġurnalisti biex dak li kont qed nagħmel nagħmlu quddiem kulħadd. Mhux vera, lanqas li kont naf minn qabel li kien se jsir raid fid-dar ta' Muscat. Sirt naf li kien sar ir-raid wara li r-raid kien spiċċa. Waqt ir-raid li sar f 'Burmarrad, jien kont is-Siġġiewi u quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija fil-Furjana. Dan id-diskors ta' Muscat mhux għajr l-aħħar tentattiv iddisprat tiegħu biex mingħalih jevita l-ġustizzja. IL-PRIM MINISTRU, U ANKE JOSEPH MUSCAT JGĦIDU LI L-"ESTABLISHMENT" QED JAGĦMEL MINN KOLLOX BIEX JINDAĦAL POLITIKAMENT LILL-ĠUDIKATURA. FIL-FAT T, IL-PRIM MINISTRU QAL LI HU QAT T MA PROVA JIMMINA L-ĠUDIKATURA, DAQSKEMM Robert Aquilina, f'intervista mal-ILLUM iwieġeb għall-allegazzjonijiet miġjuba kontrih mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru Robert Abela. Jiċħad li jaf x'fiha l-inkjesta, bħalma ma kienx jaf li se jsir raid fid-dar ta' Muscat, iżda jgħid li hu jaf x'evidenzi daħlu kontra Muscat, u bħalissa l-verità tinsab fi 78 kaxxa. L-inkjesta li qed nitkellmu fuqha – dwar is-serqa ta' tliet sptarijiet – hija eżerċizzju li sar biex tinstab il-verità u biex issir ġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi Robert Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024