MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -inkjesta ta' Gabriella Vella ħalliet terremot bla qies. Min bħall-Eks Prim Ministru Joseph Muscat huwa akkużat qed jirribatti bil- kbir u jiddikjara li huwa innoċenti u li m'għandux l-iċken dubju li hu se jinstab ħati. Bħalu ħaddieħor qed jgħid l-istess bl-istess qawwa. Li nafu hu li l-Maġistrat Vella nefqet mal-11 il-miljun ewro, somma inkredibbli biex isiru l-investigazzjonijiet. Dawn l-investigazzjonijiet għandna nimu li huma parti mill-evidenza li waslu biex jittieħdu passi li jitressqu tant nies. Malta żgħira u s-sigrieti huma magħrufa. Qed jingħad li parti mill-inkjesta u l-konklużjonijiet huma bbażati fuq evidenza bla bażi ta' fatti ta' dak li huwa magħruf bl-Ingliż bħala circumstantial evidence. Jekk huwa hekk, ħażin. Li huwa inċert għalfejn l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-pulizija taħt Angelo Gafa mxew kontra bosta individwi, nies u kumpaniji. Wieħed jiem li għamlu xogħolhom bir-reqqa. Jekk le, ħażin u ħażin ħafna. U għalfejn nies li ġew akkużati u li xehdu quddiem il-Maġistrat ma ngħatawx twissija (caution)? Hemm episodji numerużi li jindikaw li l-prosekuzzjoni hija diġà imperfetta. Bħall-fatt li dawk li tressqu lanqas jafu għalfejn jew inkella ġew interrogati. Ma rridux ninsew li hemm ħafna nies li għandhom il-ħajja tagħhom fuq pawża, bla kontijiet bankarji u bir-reputazzjoni tagħhom distrutta. Jekk nagħmlu rewind, naraw li d-deċiżjoni tal-Vitals għaddiet wara business plan imħejji minn PricewaterhouseCoopers ta' Malta u numru ta' rekwiżiti inkluż bid bonds, ittri ta' konfort, dikjarazzjonijiet minn tobba lokali, azzjonisti li jinkludu tobba u barranin u esperti, u dan mar finalment għand il-kabinett u kollettivament quddiem il-ministri fejn ġie approvat b'mod unanimu. U wara din kien hemm kumitat ta' moniteraġġ biex jaraw kif isir ix-xogħol u l-implimentazzjoni tal-proġett tal- Vitals. U nafu li kif għadda ż-żmien, dan il-proġett mar il-baħar u qisu ħadd ma ħa r-responsabbiltà. Min kien responsabbli? Kulħadd jew xi wħud? U jekk xi ħadd kien responsabbli, huwa responsabbli kriminalment jew politikament? jew it-tnejn? Din importanti. Fil-ġustizzja, importanti li l-affarijiet isiru sew, bis-sewwa u bil-ħaqq. Kif qed naraw ma tantx jidher li saru bis-sewwa. Dan ma jnaqqas xejn mill-mertu tal-każ tal-Vitals u ta' Stewards, fejn rajna briganti jingħataw platt tal-fidda u vit miuħ bil- flus tal-poplu. Il-każ tal-Vitals skandlu kbir imma biex nirrispondu għal dan l-iskandlu rridu nagħmlu l-affarijiet sew u korrettament mingħajr ma nitfgħu l-ħtija fuq min ċertament ma għamel xejn kriminali u wisq aktar kien jaf f 'dak il-mument partikolari li xi ħadd kellu l-intenzjoni li jisraq jew inkella jikkometti atti kriminali. Il-prosekuzzjoni wara l-inkjesta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024