MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 11

Xi informazzjoni dwar uħud mill-aqwa films ta' dan il-ġeneru hija: Gentleman Jim (1942): Dirett minn Raoul Walsh. Jidhru Errol Flynn, Alexis Smith, Jack Carson, Alan Hale, Ward Bond. Bijografija tal-boxer Jim Cotbett fl-ewwel żminijiet ta' dan il-ġlied kompetittiv. Flynn dinamiku fil- parti prinċipali. Hu stess kien iqisha l-aqwa tiegħu, kif ukoll Ward Bond bħala ċ-champion leġġendarju John L. Sullivan. Body And Soul (1947): Dirett minn Robert Rossen, bl-atturi John Garfield, Lilly Palmer, Ann Revere. Ħafna mill-films dwar il- boxing ma jħabbtuhiex ma' dan il- klassiku dwar Garfield li, b'mezzi korrotti, jipprova jsir famuż. e Set Up (1949): Dirett mill- metikoluż Robert Wise. Jaħdmu Robert Ryan, Audrey Totter, George Tobias. Rakkont qawwi ta' ġellied li spiċċa, li jirriuta li jċedi jew li jbigħ xi logħba b'martu tavżah li se titilqu. Robert Ryan fl- aqwa tiegħu ġo film eċċellenti. Somebody Up ere Likes Me (1956): Direttur Robert Wise, bl-atturi Paul Newman, Pier Angeli, Sal Mineo, Everett Sloane. Bijografija mill-aqwa tal-qawmien tal-boxer Rocky Graziano mit- triqat perikolużi ta' New York għas-suċċess fl-arena. Paul Newman jibbrilla. e Great White Hope (1970): Dirett minn Martin Ritt. Jaħdmu James Earl Jones, Jane Alexander, R. G. Armstrong. Adattament tassew ikkargat b'Jones u Alexander jirrepetu l-parti tagħhom tal-palk mis-suċċess ta' Broadway, bħala Jack Jefferson, boxer heavyweight famuż u l-maħbuba bajda tiegħu. Hard Times (1975) (U.K. Streetfighter): Dirett minn Walter Hill. Jaħdmu Charles Bronson, James Coburn, Jill Ireland. Bronson hu l-ġellied u Coburn il- meniġer tiegħu li jirranġalu ġlidiet mingħajr ingwanti, bil-moħbi fi New Orleans tas-snin tletin. Raging Bull (1980): Dirett minn Martin Scorsese. Jidhru Robert De Niro, Cathy Moriarty, Joe Pesci, John Turturro. Ħarsa straordinarja li tinvolvik dwar il-ġellied Jake La Motta li l-avversarju tiegħu barra mill-palk tal-ġlied hu hu stess. Li raġel mistmerr bħal dan ispira film tant tajjeb kien mertu tal- kollaborazzjoni bejn id-Direttur Scorsese, De Niro (ma kinitx l-ewwel darba) u l-kittieba Paul Schrader u Mardik Martin. De Niro tassew kien ħaqqu jirbaħ l-Oscar. e Hurricane (1999): Dirett minn Norman Jewison, bl-atturi Denzel Washington, Deborah Kara Unger, Liev Schreiber. Parti potenti minn Washington bħala l-boxer champion Rubin Carter, imlaqqam Hurricane li jeħel il- ħabs meta kien innoċenti. Ali (2001): Dirett minn Michael Mann. Jaħdmu Will Smith, Jamie Foxx, Jon Voight. Bijografija taċ-champion straordinarju Mohammed Ali, imwieled Cassius Clay, li tkopri s-snin 1964 sal-1974. Cinderella Man (2005): Dirett minn Ron Howard, bl-atturi Russell Crowe, Renee Zellweger, Paul Giamatti. L-istorja inkredibbli vera tal-boxer James J. Braddock li fi żmien id-Dipressjoni Amerikana, wara ħafna telfiet beda jaħdem jgħabbi t-trakkijiet fit-tarzna u jerġa' jipprova xortih fuq il-padiljun tal-boxing issa b'xi suċċessi. Xogħol li jeċċella fid- dettall tal-perjodu u magħmul b'sengħa kbira. Il-boxing tan-nisa hu ġeneru ieħor li wkoll sar popolari. Girlfight (2000): Dirett minn Karyn Kusama. L-atturi huma Michelle Rodriguez u Jaimi Tirelli. Teenager li tgħix fi Brooklyn ta' rasha sħuna, issib mezz kif trażżan ir-rabja li għandha fuqha billi tibda titħarreġ għall-boxing. F'dan l-isport iddominat mill-irġiel, din mhix se tkun ħaġa faċli l-aktar meta ssir tħobb sieħeb ukoll boxer. Rodriguez tant timpressjona li tintgħażel ġo films popolari bħas- serje ta' e Fast And e Furious u Avatar. Million Dollar Baby (2004): Dirett minn Clint Eastwood. Jidhru Clint Eastwood, Hilary Swank, Morgan Freeman. L-anzjan meniġer/trainer (Eastwood) li għandu post tal-boxing, kontra qalbu jdaħħal mara ta' 31 sena (Swank) bħala l-klijenta ġdida tiegħu u malajr jinkaram warajha minħabba l-impenn intensiv, dixxiplina u dedikazzjoni li turi. Film rebbieħ ta' erba' Oscars dwar persuni feruti emozzjonalment li jridu jipproteġu lil xulxin. Il-final żgur li jissorprendik. Fl-2023 ħareġ Big George Foremen dwar iċ-champion heavyweight tad-dinja, rebbieħ ukoll ta' medalji fil-logħob Olimpiku. Dan il-film ittratta aktar it-trasformazzjoni tiegħu minn boxer qalil f 'ħalq il-mewt għall-ħajja tiegħu ta' predikatur. Il-ġeneru tal-films tal-boxing tant hu popolari li żgur se jkomplu jinħadmu 'l quddiem. 10 films IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • illum Carmel Bonnici Films importanti dwar il-boxing (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA THE HURRICANE: Film tal-1999, bi produzzjoni ta' Norman Jewison HARD TIMES huwa film neo noir tal-1975 li jimmarka d-debutt tad-direttur Walter Hill ALI: Bijografija tal-leġġenda sportiva Muhammad Ali, li tiffoka fuq it-trijonfi u l-kontroversji tiegħu bejn l-1964 u l-1974

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024