Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305
12 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum L-IMF jirrevedu 'l fuq il-prospetti ekonomiċi ta' Malta Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għadhom kemm irrevedew bil- qawwi l-prospetti ekonomiċi ta' Malta. Fir-Regional Economic Outlook: Europe, l-esperti internazzjonali ħabbru li filwaqt li sa Ottubru li għadda kienu jaħsbu li l-ekonomija tagħna din is- sena se tikber bi 3.3%, issa qed jipprevedu tkabbir ta' 5%. Dan ifisser li t-tkabbir ekonomiku għal pajjiżna ġie rivedut 'il fuq b'1.7%. B'kuntrast, l-ekonomiji Ewropej żviluppati kellhom it-tbassir tagħhom rivedut 'l isfel b'0.4%. L-akbar reviżjonijiet 'l isfel seħħew għall-Estonja, fejn issa, minflok tkabbir, mistennija riċessjoni, tant li l-prospetti ekonomiċi marru lura bi 2.9%. L-IMF irrevediet 'l isfel ukoll it-tkabbir antiċipat għall- Ġermanja, Franza u l-Olanda. Il-fatt li Malta kellha l-aqwa reviżjoni fil-previżjonijiet, ifisser li issa pajjiżna huwa dak bl-aqwa tbassir għal din is-sena. Malta hija mistennija li jkollha tkabbir aktar minn sitt darbiet il-medja Ewropea. Pajjiżna mistenni jżomm dan il- primat tat-tkabbir ekonomiku anke fl-2025 u fl-2026. Is-sena d-dieħla, pajjiżna mistenni jikber b'4% u sena wara bi 3.6%. Fiż-żona ewro, it-tkabbir se jibqa' kajman u jilħaq il-1.5% u l-1.4%. L-IMF ħabbru wkoll li qed jirrevedu 'l isfel it-tbassir tal- għoli tal-ħajja għal Malta, tant li qed jistennew li s-sena li ġejja dan ikun ferm qrib il-livell ta' 2%, li hija l-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew. Intant ir-rapport tal-IMF jindika li meta tikkunsidra d-differenza fil-livell tal- prezzijiet, il-ġid nazzjonali ras għal ras ta' Malta kważi laħaq dak tal-Ġermanja. Fl-istess ħin, Malta hija l-pajjiż bl-anqas rata ta' qgħad fir-reġjun Ewropew. Malta hija mistennija li jkollha tkabbir aktar minn sitt darbiet il-medja Ewropea Saru b'kollox 13-il proposta mill-privat għal proġetti ta' pannelli tax-xemx f 'wiċċ il-baħar. Il-Gvern ikkonferma matul il-ġurnata tas-Sibt li l-proposti tressqu lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bħala parti minn konsultazzjoni biex ikun stabbilit hemmx interess mill-privat li jidħol għal proġetti tax-xorta fl-ibħra territorjali, jiġifieri sa 12-il mil nawtiku mill-kosta Maltija. Il-Gvern kien ħabbar li identifika żona, erba' mili nawtiċi 'l barra minn Delimara, bħala l-ewwel post fejn jista' jsir proġett ta' pannelli tax-xemx f 'wiċċ il-baħar f 'Jannar li għadda. Dak iż-żmien kien qal li l-proġett se jkolli kapaċità li jagħti 50 MW (megawatt) ta' enerġija nadifa lill-grid nazzjonali tal- elettriku. Kien intqal ukoll li dan kien l-aħjar sit għax jinsab viċin l-infrastruttura elettrika tal-Enemalta f 'Delimara. Għaldaqstant waqt il-proċess ta' konsultazzjoni, il-Gvern kien qal li mhux marbut biss ma' din iż-żona u jistgħu jiġu proposti bnadi oħra. Iħabbru l-proposti li saru, il-Ministeru għall-Enerġija qalu li t-13-il proposta saru kemm minn kumpaniji lokali kif ukoll internazzjonali. Jirreaġixxu għal dan, il-Ministru Miriam Dalli qalet li r-rispons jirrifletti l-potenzjal ta' Malta fl-enerġija nadifa u l-kredibilità li Malta qed tibni f 'dan il-qasam. Dan filwaqt li l-Kap Eżekuttiv tar- REWS, Marjohn Abela, qal li se jitwaqqaf kumitat ta' esperti tekniċi biex jevalwa l-proposti li saru u jkun jista' jitlob kjarifiki mingħandhom. Temm jgħid li dan imur id f 'id mal-ħidma li għaddejja biex fil-ġejjieni toħroġ sejħa kompetittiva għall-offerti għal pannelli tax-xemx f 'wiċċ il-baħar. Il-Gvern jirċievi 13-il proposta għal floating solar farms fl-ibħra Maltin