MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 11

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • NRU 919 Intervista mal-kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej Arnold Cassola PAĠNI 6 - 7 Kien Armin Ernst, il-Kap Eżekuttiv tal-VITALS, li wara li b'mod stramb għall-aħħar sar ukoll il-Kap Eżekuttiv ta' Steward, stinka flimkien ma' persuni magħrufa f 'kastilja biex iħammġu lill-VITALS minn taħt biex dawn ma jiħdux finanzjar minn banek barranin b'konsegwenza li VITALS ikunu kostretti jbigħu faċilment lill- kumpanija Amerikana Steward. Dan sar magħruf mill-gazzetta Illum wara li tkellmet ma' bosta nies li kienu involuti fl-ewwel fażi ta' diskussjonijiet tal- konċessjoni lill-VITALS. Inkredibbilment, wara li kien hemm min qed jiffanga mill- arranġamenti u l-kuntratti moħbija mal-VITALS, meta indunaw li l-VITALS ma kellhomx is-saħħa u l-kapaċità biex iwasslu, għamlu minn kollox biex b'mod sigriet jgħaddu informazzjoni kunfidenzjali lill-banek barranin bis-sitwazzjoni finanzjarja tal-VITALS biex b'hekk ifalluhom u ma jiħdux finanzi. Kien għalhekk li daħħlu lill-Steward u żammew l-Armin Ernst, kif ukoll lit- tim tiegħu fit-tmexxija tal-kumpanija. Minkejja kollox, dan ma waqqafx il-personalitajiet differenti fosthom il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat, il-Kap tas-Segretarjat Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi milli jkollhom interessi diretti u indiretti li jista' jkun li kienu jaġevolaw lilhom personalment u fuq kollox iħallilhom flus fil-but. Muscat qed jargumenta li ma kienx jaf bit-taħwid ta' Schembri u Mizzi, minkejja li kien ħaġa waħda magħhom u kienu l-iktar tnejn min-nies viċin tiegħu. Wara li telaq mill-Parlament, mill-ewwel beda jirċievi flus minn kumpanija b'konnessjonijiet diretti ma' Steward. Min-naħa l-oħra Schembri u Mizzi, kif hu kkwotat mill-inkjesta ta' Gabriella Vella f 'dettall kbir, ma ddejqu xejn jikkreaw kumpaniji sigrieti biex ikunu jistgħu jirċievu flejjes kbar. Fil-pubbliku l-Eks Prim Ministru Muscat qed jistrieħ fuq il-fatt li hu ddikjara l-flus li daħħal imma xejn ma jnaqqas mill-fatt li fl-istess nifs Armin Ernst kien qed jitkellem fuq fond b'miljuni għall-politiċi. U fuq kollox Muscat dejjem ippoppa sidru bħala wieħed li stinka għall-pajjiż meta kien jaf li l-VITALS u Steward ma kienu għamlu xejn u fuq kollox kienu qed jisirqu l-kaxxa ta' Malta. Jidher ċar li l-interess primarju ta' Muscat, Schembri u Mizzi ma kienx l-interess pubbliku. Bil-maniġġi li saru, li konna nafu it fuqhom imma mbagħad ġew konfermati bid-dettall fl-inkjesta, ma nistgħux ma ngħidux li kien hemm min kellu raġun jgħajjar ill-Gvern MAFIA STATE. Bil-premessa ripetuta ad nauseum li għamlu miraklu ekonomiku għall- pajjiż, qed jimmaġinaw u jistennew li jiġu skolpiti mill-ġudizzju pubbliku u kif ukoll mill-proċess ġudizzjarju. U li jingħataw xi ġieħ għar-regħba infinita tagħhom. Illum il-gazzetta oħt MaltaToday qed tippubblika l-inkjesta VITALS, inkjesta li turi bl-iktar b'mod ċar l-istejjer sigrieti li wasslu biex politiċi u nies viċin tagħhom jieklu u jiffangaw minn fuq fondi pubbliċi li suppost marru għas- sistema tas-saħħa ta' pajjiżna. Il-pubblikazzjoni ta' Inkjesta Maġisterjali ttieħdet biex ikunu magħrufa l-fatti minn kulħadd. Wara li kielu kemm felħu mill-VITALS, ħadmu biex jitkisser u jidħlu Steward Il-PL iżid id- distakk bi ftit, hekk kif il- kampanja tidħol fl-aħħar fażi L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday li sar bejn bejn it-13 u l-21 ta' Mejju f 'nofs il-kampanja elettorali, it li xejn juri ċaqliq minn survey fl-ewwel ġimgħa tal- kampanja elettorali. Waqt li t-turnout baqa' it inqas minn 70%, il-Partit Laburista żied bi it il- vantaġġ tiegħu fuq il-PN, minn 7.7% għal 8.4% u minn 19,864 vot fil-bidu tax-xahar għal 21,539 vot. IKOMPLI F'PAĠNA 2 It-Tabib Ġermaniż Armin Ernst li kien Kap Eżekuttiv tal-Vitals u ta' Steward u kien ħaġa waħda ma' Muscat, Schembri u Mizzi MaltaToday survey: Elezzjoni - PL: 50.8%, PN: 42.4.%, Oħrajn: 6.8%; Turnout: 69.7% • Fiduċja fil-mexxejja - Robert Abela: 38%, Bernard Grech: 23.3%, L-ebda: 38.7%

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024