MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 11

02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU: F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se tkun ġimgħa li għalkemm tħoss ċertu diżappunti madwarek, xorta trid tibqa' pożittiv u determinat sabiex b'hekk tilħaq il-miri tiegħek. It-Tewmin huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU: F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf l-aħjar tibdil li hemm bżonn jitwettaq. Taf fejn verament tixtieq tasal u għalhekk tibżax twettaq dak li hu meħtieġ. Il- Qabru huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU: F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Libra se tkun ġimgħa li se tkompli miexi fuq dak li issa għara li huwa sinfikanti għalik. Issa aqbad ma' din id-direzzjoni u kun aktar iffokat. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR: F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa li trid tagħraf l-esperjenza fl-imħabba li kellek sabiex ma tibqax marbut mal-passat. Agħraf ħares 'il quddiem. Il-Wott huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma. Namaste. PISCES (IL-ĦUT) MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU: F'dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tibda taħseb sew lejn it-tibdil pożittiv li bħalissa qed twettaq. Dan għandu jkun ta' aktar motivazzjoni għalik. Il-Ħut huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Gemini MILL-ĦADD 26 TA' MEJJU SAS-SIBT 1 TA' ĠUNJU IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-aħħar survey ippubblikat qabel il-kampanja kien wera l-PL b'vantaġġ ta' 17,100 vot. Dan ifisser li l-PL żied il-vantaġġ tiegħu b'4,439 minn meta bdiet il- kampanja elettorali. L-istħarriġ jikkonferma li d-distakk bejn il-partiti, għalkemm sostanzjali, huwa ferm inqas minn dak li konna mdorrijin bih f 'kull elezzjoni wara l-2013. Madankollu, għalkemm l-istħarriġ juri it ċaqliq bejn il-partiti, il-Partit Laburista qed jitlef iktar voti mill- PN għall-partiti ż-żgħar u għandu persentaġġ ogħla ta' votanti li se jibqgħu d-dar. Waqt li 19.1% tal-votanti Laburisti fl-2022 mhux se jivvutaw, l-ammont ta' votanti Nazzjonalisti li mhux se jivvutaw jonqos għal 16.8%. Il-PL ukoll qed jitlef 3.5% tal- voti tiegħu għall-partiti ż-żgħar u 3.3% għall-PN, waqt li l-PN qed jitlef 1.3% għall-partiti ż-żgħar u 1.1% għall-PL. Dan ifisser li waqt li l-PN qed iżomm 81% tal-voti li kellu fl- 2022, il-PL qed iżomm biss 74%. L-istħarriġ juri wkoll li għal darb'oħra Abela hu iktar fdat minn Grech, bid-differenza ta' bejniethom tiżdied minn 11- il punt fil-bidu ta' Mejju għal 15-il punt issa. Madankollu, il-maġġoranza relattiva (39%) m'għandha fiduċja fl-ebda minn dawn iż-żewġ mexxejja. Il-partit tal-Ħodor, l-ADPD, nieda l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet ta' Ġunju li ġej, bl-islogan "Huwa fl-interess tiegħek li tagħżel l-Aħdar." Il-partit ressaq ukoll l-erba' kandidati tiegħu għal Parlament Ewropew: Ralph Cassar, Rachelle Deguara, Sandra Gauci u Mina Jack Tolu. Jindirrizzaw lill-pubbliku s-Sibt filgħodu, l-ADPD qal li huwa fl-interess tal-elettorat li jivvota b'appoġġ għal dawk li jridu bis- serjetà jindirizzaw l-emerġenza klimatika li qed jiffaċċjaw Malta, l-Unjoni Ewropea u d-dinja kollha. "Il-politika tagħna, dik li nibnu soċjetà aktar ekoloġika, tfisser fl-aħħar mill-aħħar li niffaċċjaw inġustizzji u inugwaljanzi fis- soċjetà tagħna, anke dawk li jirriżultaw minn impatti ambjentali. In-nuqqas ta' azzjoni llum ifisser li se jkun aktar diffiċli biex jittieħdu deċiżjonijiet 'il quddiem," qal l-ADPD. Il-partit qed jiffoka fuq il- ħarsien tal-klima, enerġija nadifa u rinnovabbli għal Malta, arja nadifa, salvagwardja ta' spazji miuħa, biedja sostenibbli, akkomodazzjoni affordabbli, edukazzjoni ta' kwalità u ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-PL żied il-vantaġġ tiegħu b'4,439 minn meta bdiet il-kampanja elettorali L-ADPD joħroġ il-manifest elettorali tiegħu, jiffoka fuq l-ambjent, ġustizzja, u kwalità tal-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024