MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 11

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 L-eks Imħallef Giovanni Bonello jispiċċa minn supretendent tal-Palazz tal-Gran Mastru wara li tħallas €480,000 Skrutinju tal-awtoritajiet sab li l-Eks Imħallef Giovanni Bonello waqt li jservi ta' Supretendent tal-Palazz tal-Gran Mastru fil- Belt Valletta, la kien qiegħed jaħdem u lanqas jidher. "Nuqqasijiet kien hemm u l-awtoritajiet aġixxew minnufih malli saru konxji tagħhom," sorsi qalu dan lill-ILLUM. Mal-mument li l-awtoritajiet ġew mgħarrfa bin-nuqqas ta' xogħol, il-ħlas lil Giovanni Bonello twaqqaf immedjatament u bdew proċeduri biex ikunu rkuprati lura flejjes li tħallsu għalxejn. F'dan iż-żmien, huwa kien qed jitħallas €40,000 fis-sena u sal-aħħar tal-kariga kien irċieva l-ammont totali ta' €480,000. "Hu magħruf li fuq medda ta' snin minn meta kien maħtur l-Imħallef Bonello tħallas kważi nofs miljun ewro," qalu s-sorsi, waqt li kkonfermaw li Bonello twaqqaf iktar kmieni din is-sena. Kien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li ħatar lil Bonello f 'dan l-irwol, fl-istess ġurnata li tħabbar il-proġett tar- restawr tal-Palazz lura fl-2010 u Bonello baqa' jitħallas ta' dan l-irwol sa xhur ilu, anke jekk ma kienx qed jagħti x-xogħol. Fil-fatt il-gazzetta ILLUM tista' tikkonferma li fl-aħħar snin il- kontribut ta' Bonello kien ftit li xejn. Il-ħlasijiet fil-kont tal-bank tiegħu baqgħu għaddejjin sakemm inġibdet l-attenzjoni minn uffiċjali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali waqt audit, li minkejja l-proġett ħa spinta kbira, Bonello baqa' m'għamel xejn. "Meta għandek persuna li tant titkellem u tikteb fuq is-saltna tad-dritt u l-korrettezza, wieħed kien jippretendi li ma tkunx qed tirċievi ħlas ta' xogħol li ma kinitx qed tagħmel u ma tgħid xejn," temm jgħid wieħed mis- sorsi. U caption: L-eks Imħallef Giovanni Bonello, baqa' jitħallas minkejja li ma kienx qed jagħmel xogħol.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024