Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305
08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum opinjoni J iswielek, għalik, għall- preżent u għall-futur li tuża l-vot tiegħek fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u anke għall-Kunsilli Lokali, u tivvota fuq l-Aħdar. Billi tivvota fuq l-Aħdar qed tgħaddi messaġġ b'saħħtu. Qed tgħaddi messaġġ li trid pajjiż verament modern. X'jiswielek imbilli Bernard Grech u Robert Abela joqogħdu jkesksu lill-partitarji tagħhom għal xulxin? La fil-Kunsilli ma jiswielek li jkollna din it-tip ta' attitudni, u lanqas, wisq anqas fuq livell tal-Parlament Ewropew. Fuq livell lokali li qed jiġri huwa li l-Kunsilli Lokali għandhom mażżra ma' għonqhom. Dil-mażżra hija l-fissazzjoni tal-kontroll tal-Ministri fuq il-Kunsilli. Aħna nopponu l-politika tal-gvern ċentrali li jdgħajjef lill-Kunsilli Lokali biex iżommu kontroll f 'idejhom il- Ministri. Il-Kunsilli mhux customer care tal-Gvern, lanqas m'għandhom jiddependu mill-karità tal-Ministri. Iċ-ċentralizzazzjoni f 'idejn il- Gvern ġejja mill-mentalità tal- politika ta' klijenteliżmu. Wasalna fil-punt patetiku li minflok jara li l-Kunsilli jistgħu jiffunzjonaw sew, b'għajnuna teknika u professjonali, il-Gvern jindaħal saħansitra f 'xi ħaġa bażika bħat-tindif wara l-festi! Prosit Ministru! Aħna ninsistu li l-Kunsilli Lokali jingħataw spinta bi programm tal-Gvern li jiffinanzja binjiet adegwati minn fejn joperaw, joffru s-servizzi, u jorganizzaw attivitajiet kulturali. Bħalissa hemm diskriminazzjoni kbira bejn lokalitajiet differenti, skont x'jaqbillu l-Ministru u l-Gvern. Fuq livell Ewropew l-aktar ħaġa inkwetanti hija l-attakk tal-PPE, il-grupp tal-PN, fuq il-Patt Aħdar u anke fuq it-tisħiħ tal-politika soċjali. Qed jippjanaw li jalleaw ruħhom mal-lemin-estrem. Fatt inkwetanti ieħor hija l-alleanza tal-PPE, is-soċjalisti u l-liberali favur politika tal-awsterità. Aħna rridu investiment fil-kwalità tal-ħajja tan- nies. Għalhekk niddefendu l-Patt Aħdar u ninsistu fuq Patt Soċjali b'saħħtu. Kwalità tal-ħajja tfisser li nieħdu ħsieb l-ispazji miuħa bis-serjetà, tfisser li neqirdu t-tniġġis li qed iħammeġ l-arja u joqtolna. Tfisser li nużaw ir-riżorsi naturali aħjar u li nassiguraw li nkomplu nibnu Ewropa ta' solidarjetà u ugwaljanza. Li nnaqqsu l-ħela jaqbel għal kulħadd. Jiswielek li bil-vot tiegħek tappoġġja lil min verament irid jindirizza bis-serjetà l-isfida li Malta, l-Unjoni Ewropea u d-dinja kollha qed jiffaċċjaw: l-emerġenza tal-klima. Investiment b'saħħtu fl-enerġija rinovabbli, minflok fil-fuels fossili, li jeqirdu l-klima, jifgawna, u joqtluna, ifisser stabbilità ekonomika u xogħol tekniku ta' kwalità. Ifisser li ma nibqgħux nesportaw mijiet ta' miljuni ta' ewro 'l barra mill-pajjiż biex litteralment naħarquhom għall-enerġija. Jiswielek li tivvota għal stabbilità fil-prezzijiet ġejja mill-investiment u mhux mis-sussidji bl-addoċċ tal- Gvern anke lil min jaħli u jniġġes. Mhux aħjar li bl-istess investiment nakkwistaw arja nadifa u xogħol ta' kwalità lokalment, u nsostnu l-ekonomija tagħna li ma tibqax tiddependi għalkollox fuq sorsi barranin u instabbli li jġib l-użu ta' enerġija maħmuġa? Jiswielek li niġġieldu kontra t-tniġġis. Il-politika tagħna, dik li nibnu soċjetà aktar ħadra tfisser fl-aħħar mill-aħħar li naffaċċjaw l-inġustizzji u l-inugwaljanzi fis-soċjetà tagħna, anke dawk li jirriżultaw mill-impatti ambjentali. In-nuqqas ta' azzjoni llum ifisser li deċiżjonijiet isiru aktar diffiċli 'l quddiem. Li niżguraw li l-multinazzjonali ma jibqgħux jiġu sussidjati biex jipproduċu ikel ta' kwalità baxxa, imma li s-sussidji neċessarji u l-għajnuna teknika u xjentifika jmorru għand bdiewa żgħar lokali. Anke fejn tidħol l-edukazzjoni, speċjalment dik postobbligatorja, għalkemm fil-biċċa l-kbira tagħha din hija kompetenza tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, l-UE għandha tgħin biex l-edukazzjoni fil-pajjiżi membri tgħinna negħlbu l-inugwaljanzi. Xogħlijiet ġodda fl-industrija ħadra jeħtieġu nies imħarrġa tajjeb. Jiswielek ukoll li l-koperazzjoni bejn l-iskejjel, kulleġġi tekniċi u professjonali, u universitajiet Maltin u Ewropej tissaħħaħ. Jiswa għat-tfal u ż-żgħażagħ u għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżna li jaqsmu l-esperjenzi u t-tagħlim tagħhom ma' kollegi minn pajjiżi oħra. Id-diversità, il-koperazzjoni, l-interess fil-lingwi differenti tagħna, il-kultura u l-ħsieb kritiku, u l-qsim tal-ideat isaħħuna. Jiswielek li l-programm Erasmus+ jissaħħaħ. Għandna ninkuraġġixxu lill-istudenti tagħna jimirħu barra minn pajjiżna ħa jikbru fil-mentalità, fl-esperjenzi soċjali u kulturali, u anke fl-esperjenza ta' lingwi, attitudnijiet u mod ta' għejxien indipendenti. Il-problema li l-Erasmus ma jweżinx biżżejjed lill-istudenti. L-ugwaljanza titlob li l-għotjiet tal-Erasmus jippermettu l-parteċipazzjoni ta' kulħadd, indipendentement mill-mezzi ekonomiċi tal-istudenti jew tal- ġenituri tagħhom. Huwa importanti ukoll li jinqatgħu l-internships bla ħlas madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Internships bla ħlas huma abbuż. Irridu ekonomija bbażata fuq il-benesseri fejn il-pagi fl-Unjoni Ewropea jkunu kollha living wage. It-trasparenza fil-pagi li jħallsu diversi kumpaniji, negozji u organizzazzjonijiet hija essenzjali biex jispiċċa l-abbuż fil-pagi u l-ħaddiema jkunu infurmati dwar liema kumpaniji qed iħallsu pagi diċenti u liema mhumiex. Grazzi għal sħabna l-Ħodor fl-Unjoni Ewropea, sal-2026 anke f 'Malta l-kumpaniji jridu jippubblikaw id- differenza li hemm fil-pagi bejn min jaqla' l-aktar u l-ħaddiema l-oħra f 'kull organizzazzjoni. Jiswielek li l-pagi jkunu aktar trasparenti, għaldaqstant aħna naħdmu biex nipproteġu dawn il-kisbiet u naraw li jitħaddmu sew. Fl-aħħar mill- aħħar jiswielek li tivvota biex naslu għal Patt Aħdar u Soċjali Ewropew, li jiżgura investiment f 'servizzi pubbliċi b'saħħithom. Li jiżgura investiment Ewropew f 'housing affordabbli, djar komdi li ma jaħlux enerġija, u trasport pubbliku nadif li jaqdi aktar il-ħtiġijiet tan-nies, lokalment u madwar l-Unjoni Ewropea. Investiment bi ħsieb f 'servizzi pubbliċi jfisser li l-ħajja ta' kuljum tkun affordabbli. Flimkien ma' sħabna l-Ħodor madwar l-Ewropa rridu pjan ta' investiment Ewropew f 'industriji ħodor. Flimkien irridu garanziji ta' Ewropa aktar u aktar demokratika, trasparenti u rappreżentattiva fejn id-drittijiet ta' kulħadd jitħarsu u fejn ir-rispett lejn xulxin huwa s-sies ta' soċjetà mlewna u b'saħħitha. Issa tista' tibqa' temmen ir-retorika ta' min irid Malta provinċjali, min jaqbillu t-tribaliżmu ta' wara l-muntanji li marrad pajjiż. Inkella tista' tivvota Aħdar, il-kulur tal-progressivi u l-ambjentalisti biex inħarsu 'l quddiem minflok nibqgħu mehdijin f 'xulxin. Biex niħu l-imħuħ, minflok nirromblaw fil-moffa. Biex il-mentalità tal-provinċjaliżmu u l-parrokkjaliżmu neħilsu minnha darba għal dejjem. Jiswielek tivvota Aħdar Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali u kandidat għal ADPD – The Green Party Ralph Cassar The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Ministry for European Funds, Equality, Reforms and Social Dialogue is seeking to recruit the following personnel: MANAGER I (POLICY) Jobsplus Permit No. 213/2024 MANAGER I (COMMUNICATIONS) Jobsplus Permit No. 214/2024 SENIOR MANAGER (ADMINISTRATION) Jobsplus Permit No. 489/2024 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8304 / E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt Il-kandidati tal-ADPD għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew