MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta' riflessjoni ta' dak li int esperjenzajt sabiex b'hekk tkattar lilek aħjar. Il-kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tkattar aktar lilek innifsek fil-karriera sabiex b'hekk tiddistingwi ruħek u tkompli tavvanza. Il-kuluri favoriti ma' Virgo huma l-blu u r-roża. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Scorpio se jkun il-waqt li tagħraf tippjana b'mod aktar dak li tixtieq twettaq iżda wettaq biss dak li issa tħoss ġewwa fik. Il-kuluri favoriti ma' Libra huma l-griż u l-isfar. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tieħu pawża sabiex tagħraf sew fejn sejra l-karriera tiegħek. Tajjeb li twettaq riflessjoni profonda. Il-kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-abjad u l-kannella. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din l-aħħar ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aries se jkun il-waqt li tagħraf twettaq ideat ġodda dwar it-tkattir tiegħek. Dawn l-ideat għandhom jagħtuk motivazzjoni. Il-kuluri favoriti ma' Aries huma l-aħmar u l-kannella. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju fl-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini MILL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU SAS-SIBT 22 TA' ĠUNJU Il-PL tilef it-tikketta ta' partit żagħżugħ... ma setax jikkompeti ma' Roberta Metsola IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Fost l-aktar raġunijiet ovvji għal tnaqqis kien hemm il-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela għażel li jappoġġja lill-Eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat waqt li għaddej proċeduri kriminali fuq il-każ tal-Vitals. Kien hemm ukoll ħafna suġġetti oħra fejn il-Prim Ministru Abela ma kienx ċar jew inkella dejjaq lil ħafna nies bil-mod kif tratta ċerti problemi. Apparti hekk jidher ċar li l-PL tilef it-tikketta ta' partit żagħżugħ u fuq dan il-punt ma setax jikkompeti ma' Roberta Metsola. Metsola dehret żagħżugħa u friska, u rnexxielha tiggalvanizza l-appoġġ Nazzjonalista u tirbaħ voti ġodda għall-PN miż-żgħażagħ u dawk imdejqin mil-Labour. Il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikseb 109,000 vot fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2019 hekk kif irreġistra żieda marġinali ta' 6,000 vot biex spiċċa b'114,512 (44.2%) li ttraduċew f '212-il siġġu, 20 iktar mill-2019. Filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 150,000 vot fl-2019 u tnaqqis sostanzjali b'riżultat ta' 134,767 jew 52.11% tal-voti. Dan iffiser li l-PL ġab 15-il siġġu anqas, 253 b'kollox. Il-PL naqqas is-sehem tiegħu tal- voti bil-kbir u tilef ħames kunsilli. Kien hemm bosta sorpriżi fosthom fejn rajna li l-Mosta, is-Siġġiewi, San Gwann, l-Imsida u San Pawl il- Baħar reġgħu daru għall-PN wara li l-PL kien rebaħ dawn il-lokalitajiet fis-snin preċedenti. Ir-riżultati tal-kunsilli lokali ma kinux kiefra daqs l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn il-PL ħa daqqa kbira oħra b'distakk ta' madwar 8,500 vot mill-PN. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista naqqas il-voti minn 141,000 vot fl-2019 għal 117,000 fl-2024, tnaqqis ta' 24,000 vot. U l-Partit Nazzjonalista żied minn 98,000 għal 109,000 jiġifieri żieda ta' 11,000 vot fl-2024. Il-PN u l-PL issa għandhom siġġijiet indaqs, tlieta kull wieħed. U ċertament il-fattur ewlieni tal- President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kien kruċjali biex il-PN jerġa' jidħol biċ-ċans li jirbaħ elezzjoni Nazzjonali. Jidher ukoll li l-PL ħa xokk kbir u jidher ċar li l-ewwel reazzjonijiet għar-riżultat ma għamlux ġid il- partit. Ħafna qalu li kien ikun aktar għaqli li kieku l-Prim Ministru Robert Abela ma qal xejn u jagħti aktar żmien qabel ma jieħu pożizzjoni jew jieħu xi azzjoni. F'messaġġi niggiża fuq grupp ta' Facebook, numru ta' partitarji Laburisti ħaduha kontra Randolph Debattista wara li s-sieħen tiegħu, l-eks MEP Laburista Cyrus Engerer kien mistieden fuq il-programm Xtra. "Randolph x'qed jagħmel fil-parlament magħna?? U sieħbu fuq Xtra kontra PL all out!!! Qum minn hemm Robert Abela," qara wieħed mill-kummenti. "Kif qed titkellem postok min għada huwa bħala ceo fil-partit," messaġġ ieħor qal waqt li ssuġerrixa li l-eks MP Laburista Gino Cauchi jieħu post Debattista. Fl-istess waqt, l-esponent Laburista, apoloġista ta' Jospeh Muscat, Neville indirizza lil Debattista fuq Facebook u talbu "jerfa' responsabbiltà politika llum qabel għada." Il-Laburisti f 'dawn il-gruppi attakkaw lil Debattista bil-fatt li s-sieħeb tiegħu Cyrus Debattista tkellem fuq Xtra dwar kif il-Partit Laburista "tilef is-sens ta' moviment." Engerer fuq il-programm qal ukoll li "kien hemm drabi fejn tal-ONE kienu jattakkaw lil Roberta Metsola fuq pożizzjoni li ħadet" u din kienet tkun l-istess pożizzjoni li ħadu l-MEPs Laburisti. Qal li mhux sorpriż bir-riżultat għax "il-Partit Laburista tilef is-sens ta' għaqda." Partitarji Laburisti jiftħu l-kanuni fuq Randolph Debattista Messaġġi fuq gruppi ta' Facebook jattakkaw lil Cyrus Engerer (xellug) u Randolph Debattista (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024