MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 Note of Intent Isem tal-Kumpanija: 369 malta PVT ltd Numru tar-reġistrazzjoni: C 100289 Is-Sur Saikumar Oraganti ta' 369 malta PVT ltd, jiddikjara l-intenzjoni tagħhom li l-kumpanija tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tax-Xogħol skont L.N 270 tal-2023 ATT DWAR L-IMPIJIEG U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tax-Xogħol. L-attivitajiet proposti li jitwettqu huma dawn li ġejjin: L-attivitajiet proposti li jsiru jiffokaw fuq il-provvista ta' ħaddiema bil-ħsieb li jagħmluhom disponibbli għal parti terza inklużi: 1.. Servizzi ta' xogħol temporanju jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 2.. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji. 3.. Is-servizzi ta' esternalizzazzjoni jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 4.. L-aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, tissorvelja, tidderieġi, u tikkontrolla l-ħaddiema. Indirizz tan-Negozju: 29, Triq it- Torri, Tas-Sliema, SLM 1609. Indirizz tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 30 /1, Kenilwort court Sir Augustus Bartolo, Ta' Xbiex, Malta XBX 1039 Malta bit-tielet l-anqas rata ta' żgħażagħ inattivi fl-Ewropa Waħda mill-miri ewlenin tal-istrateġija tad-drittijiet soċjali tal-Unjoni Ewropea hija li sal-2030 ir-rata taż- żgħażagħ li la qed jaħdmu u la qed jistudjaw tonqos għal 9%. Skont il-Eurostat huwa biss f 'terz tal-pajjiżi li din il-mira ġa ntlaħqet. Wieħed minn dawn il-pajjiżi huwa Malta. Fil-fatt Malta għandha t-tielet l-anqas rata ta' żgħażagħ inattivi fl-Ewropa. Dan hekk kif huma biss 7.5% taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li la qegħdin jistudjaw jew lanqas qegħdin jaħdmu. Dan meta madwar l-Ewropa r-rata hija ta' 12.4%. L-agħar rata hija dik fir- Rumanija fejn kważi 21% taż-żgħażagħ huma inattivi. Warajhom hemm iż-żgħażagħ Taljani fejn ir-rata hija ta' 18%, u anke ż-żgħażagħ Griegi għandhom rata simili. Ir-rata ta' żgħażagħ inattivi f 'pajjiżna ilha nieżla. Fil-fatt fl-2012 din kienet kważi 14%, jew kważi d-doppju tar-rata preżenti. Bi dħul ta' politika ta' attivazzjoni, bħall-garanzija għaż-żgħażagħ, din il-problema kienet bdiet tiġi solvuta biex pajjiżna spiċċa sar wieħed minn dawk bl-aħjar riżultati madwar l-Ewropa. MINN MARIANNA CALLEJA Il-Bażilika ta' San Ġorġ, għaqdiet kulturali fosthom is- Soċjetà Filarmonika La Stella u l-mużew Il-Ħaġar (Fondazzjoni Belt Victoria), flimkien mal- attivisti tal-Moviment Graffitti, Għawdix, Din l-Art Ħelwa – Għawdex u Flimkien għal Ambjent Aħjar iltaqgħu fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex għal Konferenza Stampa dwar "is-serq tal- ispazju pubbliku" fi Pjazza San Ġorġ. Preżenti għal din il-Konferenza Stampa kien hemm ukoll għadd ta' kunsilliera li għadhom kemm ġew eletti fil-Kunsill Lokali tar- Rabat, membri tal-parroċċa ta' San Ġorġ u residenti, li lkoll jinsabu mxebbgħin mill-mod kif l-istabbilimenti kummerċjali kkapparraw għalkollox il-pjazza. Huma spejagaw li s-sitwazzjoni fi Pjazza San Ġorġ hija tant gravi li l-erba' daħliet għaliha huma kollha imblokkati, u l-aċċess għall-pjazza qed isir dejjem aktar diffiċli. Ix-xena tal-pjazza, li kienet ġiet pedonalizzata sabiex titgawda min-nies, issa hija maħnuqa bl- imwejjed, siġġijiet u tined. Dan qed iqanqal rabja fin-nies għax hija xempju ta' kif "l-interessi kummerċjali tħallew jieħdu prijorità assoluta" fuq l-interessi tan-nies u tal-komunità. Intant huma qalu wkoll li l-abbuż li qed "jitħalla jirrenja" fi Pjazza San Ġorġ qed jagħmilha wkoll impossibbli biex tiġijiet, funerali u attivitajiet marbuta mal-festa jkunu jistgħu jsiru. L-Arċipriet saħaq li mhuwiex aċċettabbli li art pubblika qed titħalla tinħataf b'mod abbużiv u ċ-ċttadini jridu jiksbu permess biex għal tieġ jew funeral – u xorta waħda jkollhom jaffaċċjaw labirint ta' mwejjed u siġġijiet dakinhar tat-tieġ jew funeral. Is-Soċjetà Filarmonika La Stella mhux l-ewwel darba wkoll li appellat lill-awtoritajiet biex jikkontrollaw l-abbuż u jżommu l-ordni fil-pjazza sabiex il-festa tkun tista' tiġi ċċelebrata bla xkiel, iżda l-awtoritajiet jibqgħu ma jiħdux azzjoni. Min-naħa tagħhom il- Moviment Graffitti saħqu li dak li qed jiġri fi Pjazza San Ġorġ huwa sintomatiku tan-nuqqas totali ta' bilanċ bejn il-kummerċ u l-poplu. "Il-bankini, il-pjazez u t-toroq tagħna maħnuqa bl-imwejjed u s-siġġijiet saru xena komuni madwar Malta u Għawdex. F'kuntest fejn art pubblika qed tkompli tingħata lill-privat għad-detriment tal-poplu, huwa inkwetanti kif l-ispazji pubbliċi bħal pjazez, bankini, u toroq pedonali qed jispiċċaw inaċċessibbli għan-nies ukoll sabiex ikomplu jiġu sodisfatti l-interessi kummerċjali." Din il-konferenza stampa kienet parti minn kampanja li l-għaqdiet qed jaħdmu fuqha bl- isem "il-bankini taċ-ċittadini." Huma jargumentaw li dan "il- kummerċ bla rażan u ħtif tal- ispazji pubbliċi," qed jolqot ukoll lil Tas-Sliema, il-Belt Valletta, Marsaxlokk, il-Kottonera, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Wied il-Għajn, u issa wkoll ir-Rabat, Għawdex. Ir-residenti, flimkien mal- Moviment Graffitti u l-FAA, fasslu dokument b'għadd ta' talbiet u proposti dwar dan kollu. It-talbiet intbagħtu lill- Prim Ministru u lill-Ministri responsabbli, iżda minkejja li l-Prim Ministru riċentament stqarr li din hija problema li jeħtieġ tiġi indirizzata, s'issa r-residenti għadhom qed jistennew risposta. Il-paroċċa ta' San Ġorġ tingħaqad ma' għaqdiet u resident f'ittra lill-Prim Ministru kontra t-teħid tal-ispazju pubbliku Ir-residenti, flimkien mal-Moviment Graffitti u l-FAA, fasslu dokument b'għadd ta' talbiet u proposti kontra mwejjed u siġġijiet li qed jibblokkaw 'b'mod abbużiv' il-pjazza tar- Rabat. Huma baqgħu bla risposta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024