Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631
Professur tal-Arti u l- Edukazzjoni, fl-Università ta' Wisconsin-Madison 09 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum M alli tħabbru r-riżul- tati Maltin tal-Par- lament Ewropew, smajna kif "kulħadd rebaħ". Hija loġika biżarra, tal-bluha, jekk ma tindunax x'qed jiġri madwarek, jew forsi tinsa li llum iktar minn qatt qabel, il-politika ma jinteressahiex mill-verità (hi x'inhi, jew hi fejn hi) imma minn min se jikkonvinċik li "aħna biss għandna raġun" u dawk li qed jgħidu ħaġ'oħra huma giddibin. Filwaqt li fil-passat il-politika ma kinitx xi ġenna, għall-inqas kien hemm żmien fejn modicum ta' verità, jew għall-inqas argument veritier biżżejjed, kien mistenni minn dawk li jaspiraw li jmexxuna u jagħtuna direzzjoni nofs diċenti għall-ġejjieni. Konna dejjem nistennew minn dawn it-talin li s-sidien tal-ġejjieni suppost huma "aħna" — "aħna", u mhux it-tribù Laburista jew Nazzjonalista. "Aħna", jiġifieri, aħna l-poplu. "Aħna rbaħna!" Kif kien mistenni, l-għajta ta' "aħna rbaħna!" dwiet fl-ibliet u fl-irħula; fit-toroq u mal-irjiħat bejn il-konkrit; fil-Ħamrun u f 'Tal-Pietà; fl-imsieraħ u quddiem il-każini. U kif kien jgħid ir- reklam ta' tfuliti fuq Xandir Malta: Kulħadd kuntent, kulħadd ferħan! Issa jekk tinsa l-istorbju u tħalli warajk l-eku tal-ilħna li tant inħobbu nsegwu fil-midja soċjali jew fuq il-portali tat-tribù, u taħseb it bil-kwiet, se ssib loġika inqas xurbana. Eżattament il-loġika se tgħidlek li jekk "kulħadd rebaħ," allura "kulħadd tilef ". Ġaladarba t-tribaliżmu politiku Malti huwa strettament binarju, fejn ħafna jaqsmu l-politika bejn tnejn u xejn iktar, allura m'hemmx lok għat- tielet argument fl-istess loġika. Loġika bejn tlieta tkun distrazzjoni għall-onorevolijiet tal-kamra u dawk li jagħtuhom qima. Ħafna kummentaturi li suppost jaraw lil hinn mill-binarji tribali, xorta qed joffru din l-"analiżi" binarja. L-istint binarju reġa' qam f 'dawk li qabel l-elezzjonijiet Ewropej kienu qed jgħidulna li huma m'għandhomx tribù. Imma issa li raw xaqq dawl fuq naħa, jew forsi għadhom jittamaw li "għalkemm tawna ħasla, fl-aħħar mill-aħħar xorta se jivvutawlna fl-elezzjoni ġenerali", dawn l-irwieħ tajba ma felħux ma jgħajtux "aħna rbaħna" u "viva tagħna"! Meta l-qiegħa toqgħod Imma issa li l-qiegħa qed toqgħod, x'qed naraw u nisimgħu? Fid-dillirju deludenti tagħhom, il-mexxejja għeżież tal-PL u l-PN baqgħu jinsistu li huma biss jirrenjaw, anke meta fil-fatt, terz mill-votanti lanqas biss ivvotawlhom u qalulhom ċar u tond li mhux se jibqgħu ibusulhom għajnhom. U mhux hekk biss, imma anke dawk li dejjem kienu jinsistu li d-demokrazija hija affari tal- maġġoranza tal-voti biss — tant li llum fl-elezzjoni nazzjonali, il-kejl isir abbażi tal-unijiet — dawn l-istess qaddisin tad-demokrazija mhux qed nisimgħuhom jgħidulna li ladarba t-tielet l-aktar ivvutat kien Arnold Cassola, dan kellu jieħu bi dritt it-tielet siġġu. Le, fil-każ tal-elezzjonijiet Ewropej, m'hemmx demokrazija tal-voti, imma tas-siġġijiet. M'hemmx lok għad-demokrazija proporzjonali fit-tiġrija għall- Ewropa. Dik tgħodd biss (meta taħdem!) għat-tiġrija nazzjonali (għax hekk jaqbel għaż-żewġ partiti). Imma fl-aħħar mill-aħħar, jekk tħares mill-qrib lejn iż-żewġ tribujiet, x'qed naraw? Żewġ partiti li ma jistgħux jimu żewġ punti kardinali fil-bażi tal-arti tal- politika: id-dinamika bejn għaqda u diversità. Illum tisma' ħafna pappagallati dwar "ħsieb kritiku" u x'naf jien. Imma dawn l-istess għorrief ma jidhirx li fehmu li l-punti tal- għaqda u d-diversità huma kritiċi f 'kull sens. Iż-żewġ partiti mhux biss qalulna li "rebħu", meta fil-fatt it-tnejn tilfu, imma kkonfermaw kemm lanqas ma apprezzaw dak li għandhom fi ħdanhom. Minflok, dehrilhom li jekk jibqgħu ċiċċi beqqi bilqiegħda jintunaw il-mantri favoriti tagħhom, ippretendew li l-votanti se jersqu lejhom u jsegwuhom bħal xi merħla nagħaġ. Imma l-votanti, la huma nagħaġ, u wisq anqas iġħna. Li qal l-elettorat huwa ħafna iktar ċar minn qatt qabel. Gvern bla ruħ kritika Nibdew bil-Gvern. Dak li l-Gvern Laburista jqis bħala għaqda assoluta fi ħdanu, illum spiċċat ħonqot kull diskussjoni u diversità fi ħdan il-Partit Laburista. Ma ninsewx li l-Partit Laburista tradizzjonalment issensel mill- Moviment tal-Ħaddiema. Għall- kuntrarju ta' dak li jgħidu wħud, il-Moviment tal-Ħaddiema kien dejjem speċifikament marbut mad-drittijiet u l-aspirazzjonijiet ta' dawk li b'xogħolhom jgħixu u jaħdmu għal ħajja aħjar. Meta l-Moviment tal-Ħaddiema safa' injurat u xi ħadd beda jipprietka "Moviment ġdid", fil- verità, il-PL tqanna b'alleanza ta' nies li dejjem ġew jaqgħu u jqumu mill-politika tax-xogħol, imma kienu biss interessati fl-interessi vestiti tagħhom. B'hekk, meta l-PL kiseb kapital politiku b'saħħtu biżżejjed (f 'sens ta' maġġoranza enormi), dan ma ntużax sabiex il-Partit, flimkien mal-Moviment tal-Ħaddiema, ikunu r-ruħ kritika tal-Gvern Laburista. Illum nafu li d-dinamika bejn il-Partit, il- Moviment u l-Gvern intilfet. Bil-mod il-mod, anke l-Konferenza tal-Partit — li storikament kienet il-leħen tal- Moviment tal-Ħaddiema — spiċċat vittma ta' spettaklu mingħajr ebda impatt effettiv. Kulma fadal huma biss ilħna ta' "politiċi" li aktar jixbhu atturi b'kumpless messjaniku. Id-diskors politiku fil- PL illum huwa ddettat mid-dinja- finta medjatika. Ma ninsewx li l-politika ta' spettaklu fil-kamp Laburista ssib l-oriġini tagħha fil-mod kif emulat u kkupjat dak li l-Partit Nazzjonalista, sa mis-snin tmenin, kiseb fid-dinja medjatika. Imma llum, fiż-żewġ partiti, ir-raġuni għaliex kien hemm bżonn ta' kampanji professjonali ntesiet. Minflok, il-kampanja u r-retorika saru l-unika raġuni għall-politika nfisha. Bħal meta reklam isir iktar importanti mill-prodott li suppost qed ibigħ, il-politika llum intilfet, u saret biss kummerċ u spettaklu. B'hekk l-iżviluppatur li jara l-partiti bħala ħanut u lilu nnifsu bħala klijent ma kien qed jgħid xejn straordinarju. Oppożizzjoni relattiva F'dan il-kuntest kollu, il-Partit Nazzjonalista nqabad f 'delużjoni kollettiva. Din hija kollha mibnija fuq relattiviżmu tal-istess għamla li bih il-PL spiċċa tilef kull ruħ kritika. Il-famuż "distakk" li fuqu l-PN qalu li rebħu, issa donnu sar l-unika għan għall-oppożizzjoni. Dan immeżmerizza partit sħiħ li flok sab fid-diversità tiegħu opportunità li joffri xi ħaġa ġdida u attraenti — kif, storikament, ħafna esponenti Nazzjonalisti serji dejjem insistew — illum l-istess diversità ta' opinjoni u viżjoni saret sors ta' paraliżi u konfużjoni. Flok uża din id-diversità bħala punt ta' direzzjoni li toffri oppożizzjoni serja, il-Partit Nazzjonalista llum qed jaħseb b'mod totalment relattiv. It-tmexxija Nazzjonalista għażlet konxjament li tintrabat f 'binarju. Forsi b'eċċezzjoni ta' it, dak li jgħidu l-esponenti tal-PN huwa marbut mal- performattività tal-Partit Laburista. B'hekk l-iffukar huwa dejjem marbut mad-dnubiet il-mejta tal-PL u mhux mal-virtujiet li tistenna li joħorġu minn viżjoni politika diversa u alternattiva. Il-PN baqa' joffri riċetti li kellu qabel, u li llum ħadhomlu l-PL. Huma riċetti maniġerjali bbażati fuq l-istess strateġija ekonomika li llum rajna l-frott tagħha fi spekulazzjoni bla rażan, inugwaljanza soċjali, korruzzjoni u klijenteliżmu, ambjent f 'periklu fatali, u ċiklu ta' kriżijiet istituzzjonali. Fi kliem ieħor, il- Partit Nazzjonalista, bħall-Partit Laburista, għadu jinsisti fuq eżitu li joffri "bidla" li tħalli s-sisien soċjo-ekonomiċi eżatt kif inhuma, iffundati fuq il-wirt li ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti sa mit- tmeninijiet. Mhux ta' b'xejn li terz mill-poplu qal "Le!" għal dan l-impass. Min rebaħ ... u tilef? John Baldacchino