MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-MICAS se jiġi inawgurat fl-2024 b'għażla brillanti ta' artisti internazzjonali Din is-sena, għażla brillanti ta' artisti viżjonarji mistennija jiddefinixxu mill-ġdid ix-xena kulturali Maltija. Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) qed iħejji għall-uħ grandjuż tiegħu b'għażla ta' artisti li se jpoġġu lil Malta fuq il-mappa tal-arti globali. L-artista kunċettwali Portugiża Joana Vasconcelos, l-artist Afrikan-Amerikan Reggie Burrows Hodges, kif ukoll survey artistiku minn Milton Avery b'xogħlijiet ta' artisti kontemporanji ispirati minnu stess, se jkunu l-punti sensazzjonali ewlenin tal-ewwel mużew ta' arti kontemporanja f 'Malta u tal-programm maħdum b'reqqa ta' ħames esebizzjonijiet diversi li se jittellgħu mill-uħ tiegħu sal-2026. Il-MICAS se jiġi inawgurat f 'Ottubru tal-2024, u l-pubbliku se jkun jista' jgawdi mill-fortizza rrestawrata tas-seklu sbatax tal-Ospizio, spazji ta' galleriji espansivi fuq ġewwa, ġonna ta' skultura fil-miuħ, u kafetterija. Fil-ħidma tiegħu lejn l-2024, il-MICAS esebixxa xogħlijiet f 'diversi mkejjen fil-miuħ madwar Malta ta' artisti bħal Conrad Shawcross, Ugo Rondinone, Pierre Huyghe, Cristina Iglesias u Michele Oka Doner. Esebizzjonijiet oħrajn fil-futur se jinkludu xogħlijiet tal- artist Milton Avery – li juża diversi lwien bl-akbar sengħa, u li influwenza artisti bħal Barnett Newman u Mark Rotho – u ta' Reggie Burrows Hodges, b'esebizzjoni ġdida ta' xogħol, li ħafna minnu nħoloq speċifikament għall-MICAS. L-Għaqda Filantropika Talent Mosti din il-ġimgħa tiaħ il-bibien għal wirja ta' arti mżewqa minn Joseph Baldacchino u Maria Briffa Bell. Il-wirja se tkun qed tittella' bejn it-22 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone ta' 27 Triq Wied il-Għasel, il-Mosta, maġenb l-iskola Sekondarja, Kulleġġ Maria Reġina magħrufa aħjar bħala Lily of the Valley. Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal- Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja Lily of the Valley fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta. Il-ħinijiet tal-wirja huma; mit-Tnejn sal-Ħadd mis-6pm sat-8pm. Is-Sibt u l-Ħadd miuħa wkoll mill-10am sa 12pm. Id-dħul huwa bla ħlas, iżda għal aktar informazzjoni wieħed hu mitlub jidħol fil- paġna ta' Facebook; Razzett tal-Markiż – Cultural Centre. Wirja tal-arti bla ħlas tiftaħ fil-Mosta Milton Avery (xellug) u Joana Vasconcelos (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024