MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum aħbarijiet 40% tal-popolazzjoni Maltija tasal biss sas-sekondarja Ċifri tal-Eurostat ipoġġu lil Malta fost l-iktar ħames pajjiżi Ewropej b'popolazzjoni b'edukazzjoni baxxa, b'40.8% tal-popolazzjoni jieqfu mill-iskola wara l-livell sekondarju MARIANNA CALLEJA L-aħħar analiżi ta' statistika dwar l-edukazzjoni madwar l-Ewropa kollha ra li 40% tal-popolazzjoni f 'Malta ma kellhiex livelli ta' edukazzjoni għolja sal-2022. Din hija waħda mill-ogħla rati ta' livell baxx ta' edukazzjoni madwar l-Ewropa. Skont l-istatistika maħruġa mill-Eurostat, 40.8% tal- popolazzjoni kellha livell baxx ta' edukazzjoni. Din il-faxxa tal-popolazzjoni ma komplietx skola wara l-livell sekondarju. L-unika stati membri li kellhom ċifri simili ta' Malta huma l-Portugall, l-Italja u Spanja, b'46.2%, 41.7% u 40.1% tal-popolazzjoni rispettiva tagħhom b'livell baxx ta' edukazzjoni. L-iktar pajjiż li kellu popolazzjoni b'livell baxx ta' edukazzjoni kien it-Turkija, b'61.8% tal-popolazzjoni tieqaf mill-iskola mal-livell sekondarju. Id-disparità bejn l-iktar u l-ogħla pajjiżi b'popolazzjoni ta' edukazzjoni baxxa hi pjuttost drastika. Sal-2022, 49.8% tal-poplu Irlandiż kellu edukazzjoni ogħla, filwaqt li 16% biss tal-istess poplu kellu edukazzjoni baxxa. L-aktar gradwati b'edukazzjoni għolja sal-2022, ogħla mill- medja tal-UE, kienu fil-pajjiżi Nordiċi u Baltiċi. L-Iżvezja u n-Norveġja kklassifikaw fit- tielet u r-raba' post b'aktar minn 45% tal-gradwati tal- edukazzjoni terzjarja. Għaldaqstant, iċ-ċifri wrew li fir-Renju Unit, madwar 43.5% tal-popolazzjoni ġabu lawrja ta' edukazzjoni terzjarja, b'enfasi qawwija fuq l-aċċessibbiltà u l-kisba ta' edukazzjoni ogħla. Intant, iċ-ċifri juru wkoll li 31.1% tal-popolazzjoni Maltija kellha edukazzjoni medja, li fl- ambitu ta' dan l-istħarriġ tfisser popolazzjoni li kompliet l-iskola wara s-sekondarja imma waqfu qabel ma daħlu l-Università. In-numri jiddistingwu wkoll bejn kwalifiki vokazzjonali u ġenerali. Kważi f 'kull stat membru, hemm iktar nies b'edukazzjoni medja f 'xogħol vokazzjonali, milli nies b'karriera ġenerali. Dan bl-eċċezzjoni ta' Malta. Skont il-Eurostat, 28.1% tal- Maltin għandhom edukazzjoni għolja, li tinkludi nies li attendew l-Università, jew istituti oħra ta' edukazzjoni terzjarja. Fl-istess waqt, 42.4% tal- popolazzjoni Maltija bejn l-etajiet ta' 25 u 34 sena kellhom edukazzjoni terzjarja fl-2022. L-istess rati għolja f 'din il-faxxa ġew innotati fil-pajjiżi kollha. L-istatistika nnotat differenza wkoll bejn is-sessi. F'35 pajjiż Ewropew, fejn l-informazzjoni hija disponibbli, in-nisa ta' bejn il-25 u l-34 sena kellhom proporzjon ogħla ta' kisba ta' edukazzjoni terzjarja mill-irġiel. Fl-2022, bħala medja, il- proporzjon ta' nisa b'edukazzjoni terzjarja kien 47.6% filwaqt li kien 36.5% għall-irġiel. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni turi li Malta, flimkien mad-Danimarka u l-Lussemburgu, kellha l-aktar differenza bejn is-sessi. Id- differenza hi ta' 7% favur in- nisa. Il-Kummissjoni Ewropea tinnota diskrepanza bejn in-nefqa tal-Gvern fuq l-edukazzjoni u r-riżultat finali F'rapport ta' analiżi, il- Kummissjoni Ewropea nnotat diskrepanza bejn l-infiq tal- Gvern fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-riżultat finali hekk maħruġ mill-Eurostat. Tikkumpara t-tnejn, il- Kummissjoni Ewropea fakkret li fis-sena ta' qabel, Malta kellha t-tielet l-akbar infiq fuq l-edukazzjoni mill-istati membri kollha. Fil-fatt Malta nefqet 2.1% tal-infiq pubbliku fuq is-settur edukattiv u tat-taħriġ fl-2021. Waqt li tagħmel din in-nota, il-Kummissjoni qalet ukoll li x'aktarx l-infiq tal-2021 wassal biex ir-rata ta' persuni li waqfu skola, naqas b'10%. Dan kien fost l-aqwa titjib taċ- ċifra, ikkumparata mal-pajjiżi l-oħra. Fil-fatt skont il-Eurostat, l-istudenti li telqu l-iskola kmieni sa Diċembru tal-2022, laħqu l-10.10%. L-inqas li qatt kienet sa issa. Ir-rata kienet laħqet l-ogħla rekord ta' 33% f 'Diċembru tal- 2005.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024