MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Jirritorna l-Mediterrane Film Festival Il-Mediterrane Film Festival huwa festival u konvenzjoni internazzjonali tal-films bl-għan li juri, jippromovi u jġib flimkien il-komunità kreattiva, u jesebixxi wkoll talent Ewropew fl-industrija tal- films. Il-Festival se jkun qed jirritorna għat-tieni sena, b'attivitajiet brillanti differenti madwar il-gżira tagħna. Mediterrane jipprovdi opportunità unika għall- individwi biex juru xogħol minn madwar il-pajjiżi tal-Mediterran lil udjenza globali, jibnu kuntatti ġodda ma' produtturi tal-films oħra, u jidħlu f 'diskussjonijiet dwar l-istat tal-industrija tal-films fil-Mediterran. Dan huwa ċ-ċans għalik biex tesperjenza s-seħer u s-sbuħija ta' Malta, u l-films mhux tagħha biss imma wkoll tal-pajjiż kollha li jmissu mal-istess baħar tagħha. Minbarra l-wiri tal-films u l-kompetizzjonijiet, il- festival joffri varjetà ta' avvenimenti speċjali, bħal workshops, masterclasses, u panels li jinkludu fuqhom l-aqwa esperti tal-industrija. Dawn id-diskussjonijiet beħsiebhom jipprovdu opportunitajiet biex titgħallem u wara tinvolvi ruħek ma' wħud mill-ilħna l-aktar innovattivi fis-settur tal-films. Biex tara l-programm kollu tal-Festival idħol fis- sit jew il-paġna ta' Facebook tal-Mediterrane Film Festival. Tħaddan passjoni lejn il-kultura u l-patrimonju Malti u tixtieq twessa' t-tagħrif tiegħek fuq aspetti varji li jiddefinixxu l-identità Maltija? L-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta' Malta qed joffrilek din il-possibbiltà, b'kors akkademiku f 'livell ta' Master fuq aspetti interdixxiplinari li jeżaminaw l-identità kulturali, il-patrimonju artistiku, arkitettoniku u naturali ta' Malta. Il-kors jikkonsisti f 'tagħlim fuq suġġetti li jiddefinixxu l-identità tagħna l-Maltin, inkluż tagħrif fuq l-ikel Malti, il-festi, il- mużika, l-arti, l-arkitettura, ir-reliġjon, il- familja, u diversi aspetti oħra li jagħmluna Maltin. L-applikazzjonijiet ta' dan il-kors huma miftuħin bħalissa u jagħlqu nhar l-Erbgħa 24 ta' Lulju, fis-sagħtejn ta' waranofsinhar (www.um.edu.mt/apply). Il-kors miftuħ għal min għandu grad ta' Baċellerat mill-Università ta' Malta jew kwalifiki ekwivalenti. Min m'għandux dawn il-kwalifiki, jista' jiġi kkonsidrat mill- proċess ta' Recognition of Prior Learning. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-kors, tista' tattendi Zoom meeting li se jsir fit-3 ta' Lulju fin-12.30 p.m. Biex tirreġistra għal dan il-meeting jew għal aktar informazzjoni żur is-sit ta' Facebook, jew tista' tibgħat email fuq: maltesestudies@um.edu.mt, jew iċċempel fuq 23402566/3305. Il-kors dwar il-kultura u l-patrimonju Malti issa offrut fl-Università ta' Malta Il-kors jikkonsisti f 'tagħlim fuq suġġetti li jiddefinixxu l-identità tagħna l-Maltin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024