MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 07 x'nagħmlu bis-sussidji' li ma vvutawx lilna. Dawk li ma vvutawx lilna, irridu nifhmu għaliex, u kif nistgħu ningħaqdu ma' dawn il-votanti wkoll. Jien, u anke kandidati oħra, ninnutaw li ħadna ftit voti mhux ħażin minn kandidati indipendenti, wara li waqgħu. Eżempju jien ħadt madwar 4,000 vot minn Arnold Cassola. Qed nipprova nara l-affarijiet b'mod oġġettiv, wieħed irid jara għaliex il-kandidati indipendenti qed jattiraw dak it-tip ta' appoġġ. Sintendi meta tkun parti minn partit kbir, b'vokazzjoni li jmexxi l-pajjiż, hija naturali li bil-pożizzjoni kollha li tieħu, tibda ssir aktar diffiċli biex tintogħġob ma' kulħadd. Ħa jkollok aktar x'titlef. Meta tkun kandidat waħdek, sa ċertu punt se jkollok dak il-lussu. Hemm ukoll żvantaġġi, imma meta titkellem fuq ċerti temi, ħadd mhu se jmerik għax int waħdek. Irridu nirriflettu, x'inhuma dawk it-temi, li l-poplu tagħna għandhom bżonn aktar attenzjoni fuqhom. Għaliex mhux jaraw soluzzjoni fil-Partit Nazzjonalista f 'ċerti temi? Għal dawn irridu ntejbu s-sistema. L-ewwel mistoqsija li rridu nagħmlu hija, "aħna kif nistgħu ntejbu lilna nfusna. Hemm armata sħiħa ta' nies li ma vvutawx, jew lanqas biss tħajru jmorru jiġbru l-vot. Dan huwa punt li għandna bżonn nirriflettu fuqu. Naħseb sejrin fit-triq it-tajba, għandna entużjażmu mġedded, għax fuq kollox għandek bżonn il-moral, li dan is-siġġu tagħna. FUQ L-AĦBAR LI L-KUMMISSJONI EWROPEA WISSIET LIL MALTA BI PROĊEDURI TA' DEFIĊIT EĊĊESSIV, X'TIKKUMENTA DWAR DAN L-EWWEL NET T? Din ilha biex tiġri sentejn. Ilhom jersqu 'l hemm. Tinsiex li għandek lil Clyde Caruana lil Malta daħħalha f 'dejn erba' darbiet iktar mill-ministri ta' qablu. Ejja nieħdu kont tas- sitwazzjoni l-ewwel. Dawn akkumulaw rekord storiku ta' dejn. Qatt ma kellna daqshekk dejn, f 'perjodu daqshekk qasir fl- istorja ta' Malta. Il-gvern ġabna f 'sitwazzjoni, fejn bażikament il-baġit tiegħu se jkun taħt skrutinju mill- Kummissjoni Ewropea. Din mhux xi ħaġa li ttina gost, anzi hija xi ħaġa ta' dwejjaq, għalija bħala Maltin, u anke għalina bħala Partit Nazzjonalista. Din mhix aħbar li tieħu pjaċir biha għax dan ifisser li l-baġit lokali ma niddiskutuhx biss fil- Kamra tad-Deputati imma anke fi Brussell. Din hija traġika hux, qed juri kemm gvern inkompetenti u mhux li tafdah. META TARA L-ERBA' RAKKOMANDAZZ JONIJIET, IRRAKKOMANDAT LI SAX- XIT WA LI ĠE JJA TITNEĦĦA L-ISKEMA TAL-ENERĠIJA ... Importanti ħafna li nispeċifikaw li l-Ewropa m'għandha l-ebda kompetenza tgħidlek eżatt kif taqsmu d-dejn. Ejja nagħmluha ċara. L-Ewropa tista' biss tagħtik parir. Tgħidlek tista' tnaqqas minn hawn, jew tista' tnaqqas minn hemm. Sewwa? Issa, meta wieħed jara ċ-ċifri ta' Malta, issa s-sussidju ovvjament jidher ħafna. Però għandek ħafna pajjiżi oħrajn li in the long term l-enerġija tagħhom qed tiġi irħas għax investew f 'enerġija rinovabbli. Jiġifieri lil dawk il- pajjiżi, il-Kummissjoni Ewropea mhux tgħidilhom neħħu s-sussidji, jew għollu d-dawl, bil-kontra anzi. Qed tifhem? Pajjiżi bħal Franza, l-Estonja, il-Polonja, pajjiżi fil-Baltiku ... li tant investew f 'enerġija rinovabbli l-kont tad-dawl f 'dawn il-pajjiżi jiġi irħas. Voldieri l-kwistjoni tad-dawl saret sfida wkoll, għax il- Gvern naqqas biex jagħmel l-investimenti. U dan meta tqis li qegħdin imdawrin bil-baħar, u għandna potenzjal kbir li jkollna off-shore wind energy tal-ġenn. Malta qiegħda f 'pożizzjoni vera tajba, imma tlifna l-aħħar 13- il sena, mingħajr ma bdejna proġetti. Meta l-Kummissjoni tagħmel proċeduri ta' defiċit tobbligak bir-riżultat, u mhux kif se tasal. L-Unjoni Ewropea ma tistax tindaħlilna x'se nagħmlu bis-sussidju, dak huwa biss rakkomandazzjoni. L-UE qed tieħu nota li l-enerġija f 'Malta għadha tidependendi fuq l-importazzjoni, inkluż iż-żejt, u allura qisha qed tippunta lejn dan il-fenomenu. Ma tistax tobbligana kif tasal, l-aqwa li tasal. Meta l-Kummissjoni tagħmel proċeduri ta' defiċit tobbligak bir-riżultat, u mhux kif se tasal. L-Unjoni Ewropea ma tistax tindaħlilna x'se nagħmlu bis-sussidju, dak huwa biss rakkomandazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024