MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum 06 'L-UE ma tistax tindaħal L-MEP ġdid tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius jispjega mal-ILLUM x'inhuma l-passi li l-Kummissjoni Ewropea issa tistenna minn Malta ġaladarba wissiet bi proċeduri ta' defiċit eċċessiv KIF TĦOSSOK BIR-RIŻULTAT TAL-ELEZZ JONIJIET EWROPE J? Jien dwar ir-riżultat ġenerali, fejn jidħol il-Partit Nazzjonalista, l-emozzjonijiet tiegħek kienu, "fl-aħħar!" Taf kif ? Fl-aħħar hemm aktar nies qed jirrealizzaw x'aħna qegħdin ngħidu u nagħmlu. Qisu kien konferma ta' dak kollu li pruvajna, u x-xogħol kollu li għamilna f 'xhur twal. Għax inti, meta tieħu kont, u tibda tħares lejn is-sondaġġi, minkejja li pruvajna nidħlu f 'politika aktar serja, ħafna aktar qrib in-nies, konna ngħidu dak li qed nagħmlu mhux jinftiehem biżżejjed min- nies. Mhux qed nasal biżżejjed bil-messaġġ tiegħi. Allura b'din l-elezzjoni, b'dan ir-riżultat, l-ewwel sentiment għalina jkun, "eh mela qed jifhmuna iktar milli konna qed naħsbu." Dak kien l-ewwel sentiment, u mhux tiegħi biss, imma ta' aktar. Fuq livell personali, kont ilni nara sondaġġi jpoġġuni viċin Roberta Metsola. Imma inti meta tikkommetti ħafna mill-ħin tiegħek, l-enerġija u l-impenn personali, ma tantx tafda. Jien bqajt sal-aħħar mument, sakemm tawni r-riżultat, ma ridtx nemmnu. Ridt narah iswed fuq l-abjad biex nemmen. Fil-fatt lanqas kelli l-kuraġġ biex ninżel kmieni s-Sala tal-Għadd tal-voti, anke jekk ħafna mill-indikazzjonijiet bdew jgħiduli "Peter tlajt." Kont tajt wisq biex ... ridt naraha iswed fuq l-abjad. Is-sentiment tiegħi hemm kien ta' responsabbiltà. Mal- ewwel ħassejt sens kbir ta' responsabbiltà biex din il-fiduċja li tawni n-nies nittrasformaha f 'riżultat. Qed iwaqqfuni nies ferħanin ħafna li jiena tlajt, imma dan ifisser aspettattivi kbar. In-nies mit-tielet siġġu qed jistennew ħafna. Qed jistennew li l-PN ikun iktar preżenti, ikun iktar effettiv, u dan li nixtieq li nwassal. Inwassal it-tama. KIEN HEMM KRITIKA FUQ IL-PN GĦAX FERAĦ BIR-RIŻULTAT MINKE JJA LI TILEF. X'INHU S-SENTIMENT TIEGĦEK DWAR DAN? Iva, imma wara li tkun ilek 12-il sena titlef, u wara li kellek il-Gvern itellef bl-iktar mod sfaċċat u kważi illegali, huwa naturali li r-reazzjoni tkun ta' ferħ. Għax qed naraw li issa hemm trend differenti. Hija dik il-bidla li kellna bżonn. Aħna nafu li bih dan ir- riżultat mhux se nbiddlu Gvern. Konna nafuha, u għednieha, imma ħadna l-aqwa riżultat li stajna nieħdu. Li huwa s-siġġu, u mbagħad fuq livell ta' Kunsilli lokali, ħadna l-maġġoranza lura ta' bosta lokalitajiet. TAĦSEB LI METSOLA KIENET FAT TUR KBIR FIR- RIŻULTAT TAL-ELEZZ JONI? Ifhem, jien naħseb li kull min jivvota lill-kandidat, fis-sistema tagħna jaf li jaqa' taħt kappa ta' partit politiku. The Lions share. Prattikament 95% tal-voti ta' Roberta Metsola pereżempju, li ntirtu, marru għand il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Dan jurik li dawn il-votanti vvutaw lil Partit Nazzjonalista, mhux hekk? Bħalma l-voti tiegħi marru fuq kandidati oħrajn, skont min kien it-tieni u t-tielet preferut. Naħseb aħna la tim li kollha naqgħu taħt il-Partit Nazzjonalista, ma naħsibx mhux b'kumbinazzjoni, jew konvenjenza. Jiena għamilt snin sħaħ nimmilita fil-partit, anke meta ma kontx kandidat, eżempju fl- Elezzjoni Ġenerali li għaddiet u anke li ġejja. Aħna rridu l-bidla fil-pajjiż, u l-ġid fis-soċjetà, mhux b'rabta ta' kandidatura ta' persuna partikolari. IL-FAT T LI KIEN HEMM TURN OUT INQAS, U AKTAR VOTI MARRU GĦAND L-INDIPENDENTI TINKWETAK? Ifhem, jien naħseb li għandna bżonn nirrispettaw il-volontà tal-poplu speċjalment ta' dawk Irridu nirriflettu, x'inhuma dawk it-temi, li l-poplu tagħna għandhom bżonn aktar attenzjoni fuqhom. Għaliex mhux jaraw soluzzjoni fil- Partit Nazzjonalista f'ċerti temi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024