MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 05 Permezz ta' digriet mogħti fil-Prim'Awla tal-Qorti fid-19 ta' Jannar, 2024, fl-atti tal-ittra uffiċjali numru 4106/2023, fl-ismijiet APS Bank plc ġja APS Bank Limited vs Raymond Camilleri et, ordnat is-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notifika lill- intimati Raymond Camilleri u Odette Camilleri a tenur tal- Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Illum 26 ta' Settembru, 2023 Lil Raymond Camilleri (KI 317851M) ta' 46 (qabel 62), Triq il-Forn, Ħal Lija Odette Camilleri (KI 395756M) ta' 46 (qabel 62), Triq il-Forn, Ħal Lija. Permezz tal-preżenti APS Bank plc ġja APS Bank Limited (C2192) ta' APS Centre, Triq it-Torri, Birkirkara BKR 4012, jinterpellakom sabiex fi żmien ġimgħa minnotifika ta' din l-ittra ufficċjali tħallsu lill-mittenti s-somma ta' €16,248.96 dovuta minnkom, in solidum bejnietkom, bħala debitu kostitwit permezz ta' kuntratt ta' Kostituzzjoni ta' Debitu fl-atti tan-Nutar Dott. Gerard Spiteri Maempel tad-9 ta' Mejju, 2023, u kif ukoll l-imgħaxijiet ulterjuri bir-rata ta' 8% fis-sena b'effett mid-9 ta' Mejju, 2023, sad-data tal-ħlas effettiv dovuti wkoll skont il-preċitat kuntratt notarili. Din l-ittra uffiċjali qed isservi biex tirrendi eżekuttiv il-preċitat kuntratt ta' Kostituzzjoni ta' Debitu fl-atti tan-Nutar Dott. Gerard Spiteri Maempel tad-9 ta' Mejju, 2023, u dan ai termini tal- Artikoli 253 u 256 tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta. Kopja legali ta' dan il-kuntratt notarili qed tiġi annessa ma' din l-ittra uffiċjali u mmarkata bħala Dokument A. Fin-nuqqas ta' ħlas jittieħdu passi ulterjuri skont il-liġi. Bl-ispejjeż kontra tagħkom in solidum bejnietkom. Din l-ittra ufficjali qed tiġi preżentata ai termini tal-Kaap. 12 u Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 14 ta' Ġunju, 2024 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali Permezz ta' digriet mogħti fil-Prim'Awla tal-Qorti fis-17 ta' Jannar, 2024, fl- atti tal-ittra uffiċjali numru 4107/2023, fl-ismijiet APS Bank plc ġja APS Bank Limited vs Troy Services Limited et, ordnat is-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notifika lill-intimati Troy Services Limited, Raymond Camilleri u Odette Camilleri a tenur tal-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Illum 26 ta' Settembru, 2023 Lil: Troy Services Limited (C17220) ta' 46 (qabel 62), Triq il-Forn, Ħal Lija, bħala debitur prinċipali Raymond Camilleri (KI 317851M) ta' 46 (qabel 62), Triq il-Forn, Ħal Lija, bħala garanti solidali; Odette Camilleri (KI 395756M) ta' 46 (qabel 62), Triq il-Forn, Ħal Lija, bħala garanti solidali Permezz tal-preżenti APS Bank plc gja APS Bank Limited (C2192) ta' APS Centre, Triq it-Torri, Birkirkara BKR 4012, jinterpellakom sabiex fi żmien ġimgħa minnotifika ta' din l-ittra uffiċjali tħallsu lill-mittenti s-somma ta' €337,774.35 dovuta minnkom, in solidum bejnietkom, bħala debitu kostitwit permezz ta' kuntratt ta' Kostituzzjoni ta' Debitu fl-atti tan-Nutar Dott. Gerard Spiteri Maempel tad-9 ta' Mejju, 2023, u kif ukoll l-imgħaxijiet ulterjuri bir-rata ta' 8% fis-sena b'effett mid-9 ta' Mejju, 2023, sad-data tal-ħlas effettiv dovuti wkoll skont il-precitat kuntratt notarili. Din l-ittra uffiċjali qed isservi biex tirrendi eżekuttiv il-preċitat kuntratt ta' Kostituzzjoni ta' Debitu fl-atti tan-Nutar Dott. Gerard Spiteri Maempel tad-9 ta' Mejju, 2023, u dan ai termini tal-Artikoli 253 u 256 tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta. Kopja legali ta' dan il-kuntratt notarili qed tiġi annessa ma' din l-ittra uffiċjali u markata bħala Dokument A. Fin-nuqqas ta' ħlas jittieħdu passi ulterjuri skont il-liġi. Bl-ispejjeż kontra tagħkom in solidum bejnietkom. Din l-ittra uffiċjali qed tiġi preżentata ai termini tal-Kap. 12 u Kap. 16 tal- Liġijiet ta' Malta. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 6 ta' Ġunju, 2024 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali Is-CPD imħabbta b'numru ta' nirien li ħakmu 'l Malta fi ftit sigħat Matul il-ġurnata tal- Ġimgħa, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien imħabbat b'nirien li ħakmu f 'daqqa madwar Malta f 'temp ta' ftit sigħat. Ftit wara nofsinhar, nirien qabdu ġo għalqa abbandunata f 'San Ġwann. Minkejja li n-nar kien baxx, id-duħħan kien evidenti fil-viċinanzi. Pumpiera dlonk ikkontrollaw in-nar, li mid-dehra kien għadu fil-bidu tiegħu meta ntlaħaq mill-ilma. Filgħaxija qabel is-7pm, bastiment sorġut fuq il-moll waqt it-tiswija f 'shipyard privata fil-Marsa ħa n-nar. Diversi persuni rrappurtaw jaraw id-duħħan iswed minn djarhom f 'Bormla, Birżebbuġa, Raħal Ġdid, il-Belt u anke l-Gżira. Kawża ta' dan, it-toroq fl- akkwati ngħalqu u traffiku kbir inġema', bis-sitwazzjoni tiġi agħar kawża ta' ħabta. Tletin pumpier iġġieldu l-fjammi għal sigħat twal, f 'temperaturi jaħarqu, f 'operazzjoni li rat aktar minn 10 vetturi tal-art u tal-baħar, qabel ma finalment in-nirien inġabu taħt kontroll aktar kmieni s-Sibt filgħodu. Is-sħaba ta' duħħan tossiku, riżultat tal-ħruq li ħakem numru sostanzjali ta' fiber glass, tnaqqset bl-użu ta' ragħwa apposta għat-tifi tan-nar. Fi stqarrija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li ma kienx hemm nies midruba. Sigħat wara, bejn il- lejl tal-Ġimgħa u s-Sibt, kundizzjonijiet atmosferiċi u temperaturi għoljin aggravaw in-nirien li żviluppaw fl-inħawi ta' Wied Fulija, iż-Żurrieq. F'dan il-każ, is-CPD qal li kien nar tal-ħaxix, imma nfirex fuq mergħat niexfa li jkopru żona ta' żewġ grawnds tal- futbol. Inkjesta maġisterjali qed tinvestiga dan in-nar. Fuq nett: Bastiment sorġut fuq il-moll waqt it-tiswija f 'shipyard privata fil-Marsa ħa n-nar, u (fuq) nirien qabdu ġo għalqa abbandunata f 'San Ġwann Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li Angelo Gafà jibqa Kummissarju tal-Pulizija Il-kuntratt ta' Angelo Gafà bħala Kummissarju tal- Pulizija m'għandux jiġġedded la darba jiskadi fil-jiem li ġejjin, l-Oppożizzjoni insistiet. "Il-Partit Nazzjonalista jiddikjara b'mod ċar li t-terminu tiegħu m'għandux jiġi mġedded," qrat stqarrija s-Sibt filgħodu. Fl-istqarrija, il-Kelliem tal- Partit Nazzjonalista għall- Affarijiet Interni, Darren Carabott, qal li żmien Gafà fl- Uffiċċju tal-Kummissarju hu kkaratterizzat minn "nuqqas serju ta' infurzar, u uffiċjali demoralizzati fi ħdan il-korp tal- pulizija." Il-PN ikkritika lill- Kummissarju f 'diversi okkażjonijiet. Qal li filwaqt li l-Gvern kien injora sejħiet biex jitkeċċa, issa kellu opportunità perfetta biex jibdel it-tmexxija. "In-nuqqas ta' azzjoni mill- Gvern Laburista biex ineħħi lill-Kummissarju Angelo Gafà wassal biex dgħajjef ir- reputazzjoni tal-Korp, allura għal nuqqas ta' riżorsi, nuqqas ta' numri fir-reklutaġġ u nuqqas ta' motivazzjoni," Carabott qal. "Hemm diversi nies fil-pajjiż li kapaċi jimlew dan l-irwol importanti u li jkunu lesti jaġixxu meta pajjiżhom ikollu bżonnhom," żied jgħid. Carabott qal li din hija opportunità għaż-żewġ naħat tal-Kamra biex jidentifikaw għażla unanima (għall- Kummissarju tal-Pulizija) li kapaċi jaħdem favur Malta u jaħdem mingħajr biża' jew favur. Gafà nħatar Kummissarju tal-Pulizija f 'Ġunju 2020 u kien l-ewwel kummissarju li nħatar wara sejħa pubblika. Preċedentement serva bħala CEO tal-korp tal-pulizija, wara li qatta' karriera bħala investigatur u spettur tal- pulizija. Huwa ħa post Lawrence Cutajar bħala kummissarju. Angelo Gafà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 June 2024