Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522935
Ruth Mercieca hija attivista mal-Moviment Graffitti 10 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' ĠUNJU 2024 • illum opinjoni D arba waħda kien hemm razzett li kien jieħu ħsiebu wieħed bidwi li xejn ma kien jittratta lill-annimali tiegħu sew. L-an- nimali kienu mxebbgħin ferm bil-kundizzjoni li kienu jinsabu fiha, u ddeċidew li jirribellaw kontra l-bidwi u jieħdu r-ried- ni f 'idejhom. U hekk għamlu. Għall-bidu, il-kmandament "Kull annimal huwa ugwali" ikun il-bażi tat-tmexxija tas-soċjetà l-ġdida li jiffurmaw. Ġara iżda, li fost dawn l-annimali, kien hemm xi ħnieżer li dehrilhom li huma aktar importanti mill-oħrajn u eleġġew irwieħhom bħala mexxejja tal-bqija tal-annimali. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il- ħnieżer aktar ikomplu jitħanżru sforz l-għatx u l-kilba li kellhom għall-poter, u l-kmandament il-ġdid isir: "Kull annimal huwa ugwali, iżda xi annimali oħra huma ugwali aktar mill-oħrajn." Din l-istorja, kif forsi xi wħud minnkom indunaw, ħadtha mir-rumanz satiriku ta' George Orwell, "Animal Farm". Bdejt biha għax inħoss li f 'pajjiżna wkoll sar hawn ċerti "ħnieżer" li jemmnu li huma aqwa minn kulħadd u għandhom xi dritt sagrosant jagħmlu li jridu. Dawn jemmnu li m'hemmx limitu għal kemm jistgħu jiffangaw, jibilgħu, u jagħmlu tagħhom dak li mhuwiex. Iżda ma rridx inkun inġusta, u nixħet it-tort ta' dan kollu fuqhom. Il-"ħnieżer" qed jitħallew iġibu rwieħhom hekk għax min suppost qiegħed hemm biex jinforza l-liġi, biex jara li fis-soċjetà tagħna ma jseħħux inġustizzji, u li l-ġid komuni, l-ambjent, u l-art tagħna jiġu mħarsa, qed jifirxilhom it-tapit l-aħmar biex jagħmlu li jridu. Ħa noħodkom lura għal it tas- snin ilu. Fil-Qala, kien beda tiela' mostru griż ta' dimensjonijiet massiċċi, li aktar ma jgħaddi żmien aktar kompla jikber u jaħtaf l-art naturali ta' madwaru. Dan il-mostru mal-ewwel kien beda juri li mhux beħsiebu jimxi mal-liġi. Qed nitkellem dwar l-iżvilupp f 'Ta' Għar Boffa – jew kif semmewh issa biex jippruvaw jagħtuh libsa aktar eleganti, "Ta' Kassja Residences" – li huwa binja enormi ta' 'l fuq minn 160 appartament (skużawni, tli il-kont ta' kemm hemm appartamenti issa għax baqgħu dejjem iżidu u jżidu) li jkopri medda art akbar minn 3 grawnds tal-futbol. Minkejja d-daqs straordinarju tiegħu, il-proġett ġie maqsum f 'diversi applikazzjonijiet u stadji differenti, u ntużaw ismijiet ta' applikanti differenti – xi ħaġa li f 'termini tal-ippjanar insejħulha salami-slicing – sabiex tingħata l-impressjoni li dawn huma proġetti ta' żvilupp separati, u mhux fil-fatt proġett kbir wieħed. Din it-tattika tintuża biex ma jsirux l-istudji meħtieġa bil-liġi għal proġetti enormi bħal dan li hemm ċans tajjeb li se jħallu ħerba fl-ambjent u fir-raħal fejn qed jinbnew. Iżda l-awtoritajiet tagħna, il-perċimes fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar, iħobbu jilagħbuha naqra tal-boloh – speċjalment meta l-applikanti wara dawn il-proġetti jkunu żviluppaturi bħal Joseph Portelli u sħabu – u dan il-proġett ma ħarsux lejh b'mod ħolistiku bħala proġett wieħed u qagħdu japprovawh fi stadji differenti. Iżda dan mhux kollox. F'Ottubru 2021 kienu daħlulna rapporti li Portelli u sħabu issa bagħtu l-gafef u qabdu jħaffru għall-pixxini f 'art ODZ biswit il-blokok t'appartamenti. Iċċekkjajna jekk kellux permess, iżda la kien hemm permess u wisq anqas applikazzjoni għall-pixxini! Jien u sħabi tal- Moviment Graffitti morna fuq il-post biex naraw x'qed jiġri u rajna sfreġju sħiħ quddiem għajnejna. Irrapportajna kollox mal-Awtorità tal-Ippjanar u dawn qalulna li wara li ordnaw biex ix- xogħlijiet illegali jitwaqqfu, dawn kienu waqfu. Erġajna morna niċċekkjaw, u sibna li, fil-fatt, ma kienu waqfu xejn. Ftit wara, Portelli kien ħareġ jgħid pubblikament li kien minnu li ma kellu ebda permess għal dawn ix-xogħlijiet, iżda ħass li seta' jagħmel hekk għax kien ċert li se jikseb il-permess għax kellu kull "dritt" jagħmel hekk. U fil-fatt ma marx żmerċ, għax it tax-xhur wara, l-Awtorità tal- Ippjanar approvat l-applikazzjoni għas-"sanzjonar" (kelma tqila li kulma tfisser huwa li dak li huwa illegali jsir legali bil-barka tal-Awtorità tal-Ippjanar) tal- pixxini. Il-Kunsill Lokali tal-Qala u l-Moviment Graffitti appellaw dan il-permess mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, iżda t-Tribunal kien irriuta l-appell u sostna l-permess tal-PA. Minkejja li kollox kien jidher kontrina f 'din il-ġlieda, ma qtajniex qalbna. Flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Qala, bħala Moviment Graffitti ħadna l-każ il-Qorti. Il-Qorti tatna raġun, irrevokat il-permess u ddikjarat li l-pixxini huma illegali. Iżda l-pixxini issa laħqu nbnew. Nistħajjilkom tistaqsuni, kif inbnew jekk kienu qed jiġu appellati? Ir-raġuni hija li attwalment, meta wieħed jappella permess tal-ippjanar mal-EPRT u jitlob biex jiġu sospiżi x-xogħlijiet sakemm jinqata' l-appell, it- Tribunal jista' jirriuta t-talba għas-sospensjoni tax-xogħlijiet. U għalhekk, il-proċess kollu tal-appell qed jiġi ridott għal wieħed futili. Minkejja li f 'Mejju tal-2023, il-Prim Ministru kien wiegħed riforma f 'dan ir-rigward, din ir-riforma baqgħet ma seħħitx. Ħarġet biss konsultazzjoni pubblika problematika ferm għaliex taħt il-pretest ta' din il- bidla meħtieġa kienet fil-fatt qed tipproponi limitazzjonijiet serji u inaċċettabbli fuq id-dritt tal- appell. Il-liġi assurda tal-appelli fil-preżent – li ma kkawżatx ħerba biss fil-Qala, imma anki f 'Ta' Sannat ħdejn Ta' Ċenċ, fil- Mistra, u fil-proġett ta' Villa Rosa, fost oħrajn – jeħtieġ li tinbidel illum qabel għada. Il-problema li qed tinħoloq hija li bini li jkun ċarament illegali, u qed jiġi ddikjarat saħansitra mill-Qorti bħala illegali, qed jilħaq jitla' sakemm ikun għaddej il-proċess tal-appell. Fil-bidu użajt l-analoġija tal- ħnieżer f '"Animal Farm" għax kull meta niakar kif żviluppaturi kbar qed jitħallew jagħmlu ħerba f 'pajjiżna, jiġi f 'moħħi l-każ tan- niċċa fil-Għargħur li l-PA kienet ordnat li tiġi mkissra. Filwaqt li huwa vera li kienet illegali, ma nistax ma nosservax diskrepanza kbira fl-attitudni tal-PA meta mbagħad tħalli illegalitajiet kbar għaddejjin. Forsi vera, wara kollox, li teżisti liġi għall-allat, u oħra għall-annimali. Liġi għall-allat, u oħra għall-annimali Ruth Mercieca L-iżvilupp f 'Ta' Għar Boffa magħruf issa bħala 'Ta' Kassja Residences'