Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589
16 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum Meta wieħed jiġih f 'rasu d-delizzju tal-għads, pjuttost jimmaġinah jesplora t-toroq bla tarf tal-ibħra Maltin, iżda b'differenza ltqajt ma' persuna li biddilli l-fehma ta' x'tista tosserva l-għajn, it metri biss taħt il-livell tal-baħar. Caruana beda billi spjegali minn fejn nibtet l-imħabba għal dan id-delizzju, b'kollox jibda bl- imħabba li għandu għall-ibħra sa minn tfulitu. Barra minn hekk qalli li kien involut f 'inċident li fih kważi tilef ħajtu u spjegali kif dik l-esperjenza kerha ħalliet tagħlima msammra f 'moħħu u beda josserva l-ħajja b'lenti ġdida ta' apprezzament, speċjalment għal dik mikroskopika, u għalhekk Caruana għażel li jidħol f 'delizzju mimli lwien u speċi żgħar. Huwa spjega kif mal-ewwel darba li żewweġ l-għads mal- fotografija skopra dinja ġdida mimlija kuluri u annimali eżotiċi. Iżda sabiex jipprattikah kellu jerfa' l-basket għan-naħa l-oħra tal-globu, fl-Asja, fejn kellu għażla bejn ħames postijiet b'ambjenti rikki; tlieta fil-Filippini u tnejn fl- Indonesja. Caruana spjega li beda f 'akkademja apposta fuq dan id- delizzju f 'Batangas, kważi tliet sigħat 'il bogħod minn Manilla. Huwa qal li jibda kmieni filgħodu jikkonferma t-temp u jipprepara l-apparat (kamera, lenti u cover li jagħmel il-kamera kapaċi taħdem taħt l-ilma). Minn hemm jiltaqa' mal-ispotters, persuni kkwalifikati fuq dan is-suġġett li jgħinuk issib dawn l-ispeċi filwaqt li jassiguraw li kulħadd jimxi mar- regoli. Minnufih jinżlu jgħoddsu u jistennew lill-ispotter biex jindikalhom b'pinzetta jekk hux jara dawn l-ispeċi. Bi preċiżjoni assoluta, Caruana joqrob lejn is- suġġett bil-kalma u jieħu ritratti ta' dawn l-ispeċi. Huwa qal li bejn wieħed u ieħor, ma' kull għadsa, jieħu ritratti ta' bejn 2-3 speċi differenti. Dan kollu jsir filwaqt li Caruana jżomm għajnu fuq il-livell tal-ossiġnu, speċjalment minħabba l-fatt li l-eqreb sptar jinsab sigħat 'il bogħod, anke permezz ta' ħelikopter. Malli qalli hekk, staqsejtu għalfejn kellu bżonn isiefer lil hinn minn xtutna meta għandna "bajjiet li jgħaxxqu ma' kull riħ u baħar ikħal dawra mejt". It-tweġiba tiegħu għarrfitni fl- isfida li jaffaċċja Malti li jixtieq jipprattika dan id-delizzju hekk kif qalli li sfortunatament f 'Malta għadha ma saritx biżżejjed riċerka biex inkunu nafu x'tip u xi frekwenza hawn ta' dawn l-ispeċi. Fil-fatt huwa saħaq li anke fil- postijiet li semma fl-Asja, ukoll għadhom qed jiġu skoperti speċi ġodda. Caruana kompla jispjega li l-ispeċi ġeneralment jgħixu bejn 15-35 metru taħt l-ilma, f 'ambjent li jkun mimli ħajja ta' speċi differenti, b'ikel li ġej mill- kurrenti tal-baħar jew oċeani, b'postijiet fejn jistkennu. Iżda din l-informazzjoni qanqlitli mistoqsija oħra; kif għadna qed niskopru dawn l-ispeċi u għadna daqshekk fid-dlam fuq l-ispeċi eżistenti f 'pajjiżna? Tajjeb li niakru li dan id-delizzju għadu pjuttost f 'żgħożitu, speċjalment minħabba l-fatt li l-apparat biex jiġi pprattikat m'ilux tant li ġie skopert u kif spjegali Caruana, l-ibħra Maltin huma iktar mielħa u sħan, u għalhekk il-possibbiltà ta' iktar diversità fid-dinja ta' dawn l-ispeċi hija iċken. Madankollu meta staqsejtu jemminx li hemm potenzjal, huwa saħaq li hemm, u qal li hemm ukoll il-potenzjal ta' settur ġdid ta' divertiment fi ħdan is- settur tal-għads turistiku, b'turisti li kieku jiġu minn kull rokna tad-dinja. Huwa kompla jgħid li saħansitra ssir konferenza fuq dan id-delizzju fl-Asja, b'lukandi apposta li jkunu speċjalizzati biex joffru servizzi meħtieġa. Staqsejtu fil-passi meħtieġa biex jitnieda dan id-delizzju f 'Malta, b'Caruana jgħid "kieku ċ-ċentri tal-għads jikkonċentraw ir-riċerka ta' x'għandna taħt il-baħar bejn il- 15-35 metru, u nġibu spotters, iva nemmen li kapaċi niskopruhom". Barra minn hekk Caruana semma l-isfida soċjali u saħaq li l-maġġoranza tal-Maltin li jiltaqa' magħhom, iktar jiffissaw fuq l-għads li jinvolvi l-esplorazzjoni milli dan it-tip ta' għads kalm li jiffoka fuq suġġetti żgħar. "Il-Malti tipikament iħobb jara l-kbir, bħal xi ċerna jew xi merluzz ... ġeneralment il-Maltin jippreferu jgħoddsu fil-font u jesploraw". Staqsejtu jekk irnexxilux iħajjar lil xi persuna biex jipprattika d-delizzju miegħu, b'Caruana jwieġeb li jsibha diffiċli jsib Maltin li lkoll għandhom għal qalbhom id-delizzju, iżda minkejja dan qal li ħoloq ħbiberiji ma' persuni madwar id-dinja, inkluż xjenzati li qed jistudjaw dawn l-ispeċi. Finalment staqsejtu fuq il- benefiċċju li jista' jġib miegħu dan id-delizzju jekk isir iktar magħruf, b'Caruana jgħid: "kieku nemmen li jkun hawn għarfien ikbar għall-annimali kollha, mhux biss għarfien fuq dak li naraw u nieklu, min jaf forsi ċ-ċerna ntuha nifs mir-ritratti". Dinja mikroskopika li għad tiġi skoperta fi xtutna Luigi Sghendo jiltaqa' ma' Marcus Caruana, bugħaddas u fotografu ta' speċi mikroskopiċi Paragobiodon Echinocephalus - Red Bearded Goby Hippocampus Bargibanti - Pygmy Seahorse Rhinomuraena quaesita