MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Glitch, tfixkil u diżordni: Studenti fi Spazju Kreattiv bl-esebizzjoni tal-aħħar tas-sena Vetrina annwali li tenfasizza l-kreattivi emerġenti tal-istudenti fi ħdan l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST. It-tmien edizzjoni tal-MCAST ICA Festival tiċċelebra l-kisbiet tal-istudenti tal-aħħar sena tal-ħdax-il kors ta' Baċellerat fl-Arti (Unuri) offruti fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta. Il-festival joffri pjattaforma siewja għal dawn l-istudenti biex juru x-xogħol u t-talenti individwali tagħhom, u jiksbu espożizzjoni fost il-partijiet interessati fl-industrija fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Il-vjaġġ tagħhom huwa kkaratterizzat minn tensjoni bejn il-kaos u l-kontroll. L-istudenti fl-arti kreattiva jimu li din hija sfida partikolari, u li hemm ħafna valur fl-aspett apparentement kaotiku tal- kreattività. L-iżball, il-glitch, it-tfixkil u d-diżordni, kollha jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet fir-riżultat kreattiv, li inti mistieden tesperjenza. Wara s-suċċessi tal-kunċerti tal-Malta Concert Orchestra f 'Ġunju, l-orkestra residenti ta' Pjazza Teatru Rjal tirritorna f 'Lulju b'żewġ kunċerti spettakolari. Fit-12 ta' Lulju, il-Malta Concert Orchestra, taħt id-direzzjoni ta' Maestro Joe Brown, se ttella' A Night at the Musicals. F'dan il-kunċert se jindaqqu siltiet mill- aktar musicals popolari bħal Jesus Christ Superstar, Les Misérables, e Lion King, Miss Saigon, u e Phantom of the Opera fost l-oħrajn. Dawn is-siltiet se jkunu qed jiġu interpretati minn Ludwig Galea, Dorothy Bezzina, Lawrence Gray, Tiziana Calleja, u Neville Refalo. Fis-26 ta' Lulju, il-Malta Concert Orchestra, immexxija wkoll minn Maestro Joe Brown, se teħodna fuq vjaġġ memorabbli lura fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet permezz tal-kunċert Cartoni Animati. F'dan il- kunċert se jindaqqu s-sigli tal-Puffi, Kiss me Licia, Il Grande Mazinga, u Tiger Man fost oħrajn, interpretati minn Ritienne Azzopardi, Gloriana Arpa Belli, u Roger Tirazona. Studenti u anzjani jistgħu jibbenefikaw minn roħs speċjali (termini u kundizzjonijiet japplikaw). Il-kunċerti jibdew fit-8:30pm. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il- kunċerti u dwar l-avvenimenti l-oħra tat- teatru wieħed jista' jżur is-sit tat-teatru www.pjazzateatrurjal.mt. Malta Concert Orchestra u Maestro Joe Brown ġewwa Pjazza Teatru Rjal

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024