MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -eżitu tal-elezzjoni fl-Ingilterra hi interessanti. Tikkonferma li fl-elezzjonijiet partit jispiċċa jiggverna mhux għax jirbaħ iżda għax partit ieħor jitlef. Intant, Keir Starmer, il-mexxej tal-Partit Laburista, ġab inqas voti milli kien ġab Jeremy Corbyn (li m'għadux fuq il-lista tal-Par- tit Laburista Ingliż) fl-elezzjoni ta' qabel. Li ġara hu li l-Partit Konservattiv ta' Rishni Sunak tilef il-voti għall-partit ta' Nigel Farage. L-Ingilterra għandha sistema arkajka elettorali tal-first past the post. Dak li ġara l-Ingilterra kien qed jiġi nnutat Malta – b'mod speċja- li miż-żewġ partiti ewlenin. Starmer m'għandux xi viżjoni politika impress- jonanti, anzi hawn min jgħid li m'għan- dux idea. Imma kien kapaċi jżomm il-Partit Laburista Ingliż unit u jarmah bi wċuħ ġodda. L-elettorat Ingliż kien ilu li xeba' mill-Partit konservattiv minkejja r-rebħa kbira ta' Boris Johnson fl-elezzjoni ta' qabel. Fast forward u napplikaw dak li ġara l-Ingilterra għal Malta. M'għandux għalfejn jaħseb il-Partit Laburista fil- gvern li jista' jiġrilu l-istess. In-nies bagħtu messaġġ b'saħħtu u jidher ċar li huma mdejqin bil-Partit Laburista u bl- arroganza u l-ħmieġ ta' min kien imexxi l-PL. Qed ngħidu għal Joseph Muscat. Min għadu jaħseb li l-problema Muscat mhix ir-raġuni ewlenija għalfejn l-elettorat qed jinnega l-Partit Laburista għandu verament japprezza l-ħsara li għamel Muscat biex ifarrak dak kollu li bena. Bernard Grech għandu għalfejn ikun ottimist. Jaf li mhuwiex l-iktar persuna kariżmatika u kkulurita, imma konvint li b'perseveranza kapaċi jwassal il- barkun. Ċertament hemm bżonn li l-PN ukoll jibgħat is-sinjali li kapaċi jmexxi u li għandu n-nies li huma tal-kalibru biex ikunu parti minn kabinett. Xejn mhu impossibbli. Jekk Robert Abela jrid ikompli jiggverna, irid jibgħat messaġġi ċari ta' rinnovazzjoni. U Grech min-naħa tiegħu jrid juri aktar determinazzjoni fil-mod kif iwassal il- messaġġ politiku tiegħu. It-tagħlima li nistgħu nieħdu mill-Ingilterra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024