MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

Miktub mill-Kap Eżekuttiv ta' Xjenza Malta, Silvio Scerri Fl-1 ta' Lulju 2024, Xjenza Malta ġiet imnedija uffiċjalment bħala l-entità suċċessur tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST). Wieħed jista' jistaqsi, 'X'differenza jagħmel isem ġdid?' iżda fir-realtà, dan il-pass kien ħafna aktar minn sempliċement bidla fl-isem. Fil-fatt, it-twaqqif ta' din l-Aġenzija tal-Gvern, permezz ta' Avviż Legali 112 tal-2024 Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap.595) – Ordni tal-2024 li jwaqqaf Xjenza Malta bħala Aġenzija, ġiet motivata mill-ħtieġa importanti li jkun hemm fis-seħħ struttura istituzzjonali li hija aktar b'saħħitha biex tmexxi 'l quddiem l-aġenda tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Dan jinkludi l-amalgamazzjoni tal- kontribut għall-elementi ta' riċerka xjentifika madwar il-pajjiż kollu li kienet tagħmel il-Fondazzjoni, mal- amministrazzjoni operattiva taċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, Esplora, li huwa tant kruċjali għall-interazzjoni mas- soċjetà kollha Maltija, liema Ċentru kien qed jitmexxa minn Aġenzija b'possibiltajiet u skopijiet limitati. Għalhekk, minn issa 'l quddiem, Xjenza Malta se tgħaqqad taħt il-kappa tagħha l-attivitajiet kollha relatati mar-Riċerka u l-Innovazzjoni, inklużi l-Iżvilupp u l-Implimentazzjoni tal- Politika, Programmi ta' Finanzjament u kwistjonijiet relatati mal-Ispazju, kif ukoll it-tmexxija ta' kuljum u t-titjib tas-servizzi tal-Esplora. B'hekk se jkun hemm ċaqliqa u twessigħ istituzzjonali u ċentralità tat-tfassil tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, tiżdied u tikkonċentra ruħha iktar l-attenzjoni dovuta li din il-politika tant bżonjuża fi ħdan in-narrattiva makroekonomika tal-pajjiż u, permezz tal-Esplora, tkompli tittejjeb l-interazzjoni pubblika annwali ma' eluf ta' nies, li permezz tagħha jitwasslu x-xjenza u t-tagħlim tagħha b'mod popolari u pjaċevoli lil kulħadd. Dan l-iżvilupp kbir ma seħħx b'kumbinazzjoni. Meta ħadt f 'idejja r-rwol ta' Kap Eżekuttiv fi ħdan l-MCST, tmintax- il xahar ilu, deher mill-ewwel li l-istruttura amministrattiva u legali pjuttost laxka u fqira tal-MCST bħala Fondazzjoni, ma kinitx biżżejjed. Minkejja dawn in- nuqqasijiet, irrid intenni li sal-lum sar xogħol tajjeb ħafna, iżda li l-fraġilità tal- istruttura li kien hemm tista' tkun fattur li joħnoq u jxekkel il-pjanijiet ambizzjużi futuri li għandna għal dan is-settur. L-istruttura formali tal-Aġenzija tfisser li se jkollha personalità ġuridika distinta, kapaċi li tiffirma kuntratti, takkwista, iżżomm u tiddisponi minn proprjetà għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha, u dispożizzjonijiet oħra li joħorġu minn din it-tranżizzjoni għal Aġenzija tal-Gvern, b'dak kollu li tinvolvi. Dan se jagħti lil Xjenza Malta libertà ta' operat, ovvjament fil-parametri legali u operattivi tagħha, li se sservi bħala spinta kbira lis-setturi tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Ispazju f 'Malta, u se tagħtiha id aktar ħielsa fl- iżvilupp u t-titjib tal-Esplora, kemm bħala prodott kummerċjali kif ukoll bħala servizz edukattiv lill-poplu. Bi tħejjija għal dawn ir- responsabbilitajiet miżjuda u mkabbra, l-istrutturi amministrattivi u tekniċi ġew imsaħħa matul dawn l-aħħar xhur. Dawn l-isforzi ġew rikonoxxuti uffiċjalment, u laħqu l-qofol tagħhom, fil-kisba sinifikanti li għamilna meta ngħatajna l-'Premju għall-Aħjar Prattika fil-Governanza Tajba' minn fost l-entitajiet pubbliċi kollha. Dan ġie aġġudikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika (NAO) wara eżerċizzju estensiv ta' verifika u awditjar li sar fuq diversi kampjuni każwali tal-amministrazzjoni tagħna ta' fondi pubbliċi. L-NAO kkonkluda li l-proċessi u d-dokumenti vverifikati mhux biss kienu kompletament konformi mal-prinċipji ta' governanza tajba, li juru responsabbilità u trasparenza fl-amministrazzjoni, iżda li huma eżempju ta' 'l-Aħjar Prattika' (Best Practice) fl- amministrazzjoni u l-governanza ta' flus il-poplu. Dan jawgura tajjeb ħafna għall-ħidma tal-Aġenzija, u l-etika tax- xogħol li għandhom l-istaff tagħna hija fost l-assi ewlenin li se nġorru magħna 'l quddiem fil-futur. Dan iċ-ċertifikat ta' kompetenza, anzi ta' eċċellenza, mogħti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il- korp Parlamentari fdat bil-monitoraġġ rigoruż tal-amministrazzjoni tar-riżorsi pubbliċi, huwa prova biżżejjed tas-suċċess tal-ħidma fondamentali apposta li saret f 'dawn l-aħħar xhur bħala tħejjija għall- espansjoni ppjanata tal-firxa ta' servizzi li qed noffru lill-pubbliku u lill-komunità xjentifika. Xjenza Malta se tkun il-fergħa tal- Gvern għall-iżvilupp u l-ipprogrammar tal-politika nazzjonali tar-riċerka u tal-ispazju, b'mandat b'saħħtu u ċar biex taħdem fuq tkabbir kontinwu u f 'diversifikazzjoni tal-portafoll ta' responsabbiltajiet tagħha, inkluż il- finanzjament tant importanti u meħtieġ tar-riċerka. Il-programmi ta' finanzjament tar-riċerka FUSION ta' Xjenza Malta bħalissa joffru seba' skemi uniċi mmirati lejn l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi permezz ta' allokazzjoni ta' fondi li żdied b'mod kostanti minn €3.5 miljun fl-2021, għal €5 miljun fl-2024. Xjenza Malta se tkun qed timbotta biex tintlaħaq il-mira tal- Gvern li jintlaħaq budget annwali ta' €8.2 miljun fis-sena għall-FUSION sa tmiem il-perjodu leġiżlattiv attwali fl-2027, skont kif imwiegħed fil-programm elettorali. Din iż-żieda fil-finanzjament se tkun akkumpanjata minn diversifikazzjoni tas- servizzi tagħna, primarjament permezz ta' sforz iktar intensiv fuq l-isforzi ta' internazzjonalizzazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I). Matul dawn l-aħħar xhur, daħħalna fis-seħħ diversi ehimiet kollaborattivi ġodda, notevolment mal- Emirati Għarab Magħquda (UAE) u ma' Spanja, b'aktar ehimiet bħal dawn f 'fażi ta' preparazzjoni, bħal skema ġdida ta' mobilità maċ-ċentru magħruf Taljan, Centro Nazionale della Ricerca (CNR). Xjenza Malta rduppjat ukoll il- finanzjament tagħha għall-programm ta' maċ-Ċina (Sino-Malta R&I Programme), u għall-programm ta' finanzjament konġunt mal-Kunsill tar-Riċerka tat- Turkija (Tubitak). Ittriplikat ukoll il- parteċipazzjoni tagħha f 'azzjonijiet konġunti u ta' evalwazzjoni ta' proġetti ppjanati, permezz tal-Inizjattiva ta' Programmazzjoni Konġunta dwar l-Oċeani (JPI Oceans). Horizon Europe – il-programm ta' qafas tal-Unjoni Ewropea għall-R&I – joffri wkoll numru kbir ta' opportunitajiet, u b'sodisfazzjon niġbed l-attenzjoni li, bl-għajnuna u l-gwida li offrejna lill- akkademiċi u lill-entitajiet pubbliċi u privati fis-settur, il-parteċipazzjoni f 'sejħiet kollaborattivi ttejbu. Bħalissa qed nikkordinaw il-parteċipazzjoni ta' Malta fi tliet sħubijiet ta' kofinanzjament – it-Transforming Healthcare Systems Partnership (THCS) fil-qasam tas-saħħa, il-Clean Energy Technologies Partnership (CETP) fil-qasam tal-enerġija nadifa u s-Sustainable Blue Economy Partnership (SBEP) fil-qasam tal-ekonomija marbuta mal-baħar. Qegħdin nistinkaw, u ninsabu ħerqana, biex tiżdied il- parteċipazzjoni ta' Malta fi sħubiji ta' kofinanzjamenti ġodda fl-oqsma tas- saħħa mentali u tal-preservazzjoni u Titnieda Xjenza Malta Is-CEO ta' Xjenza Malta, Silvio Scerri, jirċievi l-unur tal-'Best Practice in Good Governance Award' għall-amministrazzjoni pubbliċi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024