MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

illum • IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 DIN IL-PAĠNA NKITBET BIS-SOSTENN TA' XJENZA MALTA Malta l-protezzjoni tal-wirt kulturali. Il-mandat legali l-ġdid ta' Xjenza Malta mistenni jsaħħaħ ukoll l-organizzazzjoni fil-qasam tal-politika tal-Ispazju, billi stabbilixxa lil din l-Aġenzija bħala l-korp ta' kollegament istituzzjonali mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), u wassal biex Malta ssieħbet fil-Pjan Koperattiv għall-istati Ewropej (PECS). Dan kien possibbli anki permezz ta' investiment annwali ta' €1.5 miljun fuq perjodu ta' ħames snin, li qatt qabel ma kien hemm bħalu, għal sejħiet ta' finanzjament kompetittivi għall-entitajiet Maltin. Xjenza Malta, b'kollaborazzjoni mill- qrib mas-Segretarjat Parlamentari għaż- Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, se tniedi u tmexxi eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika għal qafas legali ġdid għall-attivitajiet Spazjali. Dawn l-iżviluppi kollha jenfasizzaw il-fatt li l-pass li għamilna issa huwa, fis-sustanza, qabża ta' ġgant (b'apoloġija lill-mibki Neil Armstrong) għas-setturi tar-Riċerka, l-Innovazzjoni, u l-Ispazju f 'Malta. Dawn il-kisbiet kollha ma sarux f 'iżolament, maqtugħin minn sforzi oħra, jew f 'xi ambjent elitista li ma għandu ebda kuntatt man-nies. Ikkumplimentajna investimenti f 'attivitajiet mill-iktar avvanzati fis-settur xjentifiku, bi sforzi paralleli b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fit-tagħlim tal-hekk imsejħa suġġetti STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika). L-interazzjoni pubblika mal-livelli kollha tas-soċjetà tagħna, għall-Maltin u l-Għawdxin ta' kull sfond u livell akkademiku, u ta' kull età – minn tfal żgħar sa anzjani – hija kkordinata u esegwita minn Esplora, iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza fil- Kalkara, li tilqa' aktar minn 200,000 ruħ fis-sena. Bħala Aġenzija tal-Gvern bir- responsabbiltà għat-tmexxija tagħha, Xjenza Malta issa se jkollha possibbiltajiet kbar biex dak li qed jiġi offrut bħalissa l-Esplora, jittella' f 'livelli ogħla u ġodda, u b'hekk jagħmilha aktar minn qatt qabel żjara obbligata kemm għall-Maltin, kif ukoll għall-barranin li jżuru pajjiżna. Nistgħu ngħidu li dawn l-aħħar tmintax-il xahar kienu mhux biss eċitanti, imma wkoll produttivi u ħallew frott. Issa nistennew bil-ħerqa li nimxu 'l quddiem b'ritmi mgħaġġla u nsaħħu l-preżenza teknika, finanzjarja u ta' appoġġ tagħna fil-qasam billi nużaw ir-riżorsi kollha li issa ngawdu għall- benefiċċju tas-setturi tal-Innovazzjoni, tar-Riċerka u tal-Ispazju. Se nkomplu nżidu l-investiment tagħna fin-numru, it-tip u, fuq kollox, il-kwalità ta' wirjiet u esibiti li n-nies draw u tgħallmu jgawdu u japprezzaw l-Esplora. Il-futur jidher sabiħ għall-ispettru xjentifiku kollu, iktar u iktar permezz tal-kontribut tagħna biex nassiguraw li verament ngħixu l-isem il-ġdid tagħna – Xjenza Malta – bħala s-sidien b'responsabbiltà għall-affarijiet kollha relatati max-xjenza f 'pajjiżna. għall-amministrazzjoni mill-aqwa ta' fondi Omm u bint affaxxinati b'esibit l-Esplora Business Breakfast tal-Pjan Strateġiku Nazzjonali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-2023–2027

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024