MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum 06 Fis-Swieqi: 'Abbużati fiżikament u mentalment... l-awtoritajiet ilhom jinjoraw it-talbiet KIENET L-EWWEL DARBA TIEGĦEK LI KKONTESTAJT, U TLAJT B'VOTI KOMDI. KIF ĦASSEJTEK? Kelli kampanja magħmula mill-fatt li nkun man-nies kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Il-kampanja tiegħi kienet u għadha li niltaqa' man-nies għax nemmen bis-sħiħ li l-politika hija tan-nies. TEMMEN LI Ż-ŻGĦAŻAGĦ LAGĦBU FATTUR IMPORTANTI FIL- VOTAZZJONI, FID-DISTAKK, U FIL-KANDIDATI LI RNEXXIELHOM JIĠU ELETTI? Fil-Partit Nazzjonalista u fil- Partit Laburista kien hemm ħafna żgħażagħ li marru tajjeb b'riżultati eċċellenti. Deher ċar li l-Maltin iridu bidla fil- klassi politika meta vvutaw għal kandidati żgħażagħ b'dawn in- numri. Jien naħseb li ż-żgħażagħ ħarġu jivvutaw għall-kandidati żgħażagħ, inkella ma kienx ikun hawn dan ir-riżultat. BOSTA ARGUMENTAW LI MINGĦAJR ROBERTA METSOLA, IL-PARTIT NAZZJONALISTA MA KIEN JASAL IMKIEN. X'TIKKUMMENTA DWAR DAN? Roberta Metsola kissret rekord nazzjonali tal-iżjed kandidata li qatt ġabet voti fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, kif ukoll kissret rekord bħala perċentwal fuq livell Ewropew. Kieku ma kinitx stilla, ma kinitx iġġib fiduċja b'90% tal-voti tal-MEPs fil-Parlament Ewropew. X'INHUMA L-AKTAR SFIDI LI QED IĦASSBU LIR- RESIDENTI FIS-SWIEQI BĦALISSA? KIF BEĦSIEBEK TINDIRIZZAHOM? Bħalissa hemm tnejn; sigurtà u vandaliżmu. Jien se nagħmel ħilti biex ngħin il-Kunsill jitfa' pressjoni biex tinfetaħ għassa fis- Swieqi li tkun miuħa 24/7. Dan filwaqt li jibdew isiru rondi mill- pulizija, speċjalment fis-sajf meta jiżdiedu aktar il-problemi. Jien se nibqa' ndur in-nies biex nara xi problemi jista' jkollhom u kif nistgħu nsolvuhom. SEMMEJT IL-VANDALIŻMU. X'KIENU WĦUD MILL- INĊIDENTI TA' VANDALIŻMU LI LTQAJTU MAGĦHOM SA ISSA? KEMM ILHOM GĦADDEJJIN? Ilni inqas minn xahar minn mindu ġejt elett, u s'issa dawn huma l-problemi li affaċċjajt: Tkissir tal-karozzi matul il-lejl, attakki fuq ir-residenti, nies li jkunu ġejjin minn Paceville jħammġu d-djar tan-nies u jwettqu atti ta' vandaliżmu. Dawn huma problemi li ilhom għaddejjin żmien u għomor, u l-Kunsill ilu jimbotta biex isir xi ħaġa. Id-differenza issa hi li jien se nibqa' niġġieled biex dawn il- problemi jiġu indirizzati f 'dawn il-ħames snin. QED TINNOTAW ĊERTI ŻONI JEW POSTIJIET MADWAR IS-SWIEQI LI QED IKUNU ATTAKKATI AKTAR MINN OĦRAJN? Iva. L-aktar żoni li qed jiġu affettwati huma dawk l-aktar viċin ta' Paceville, hekk kif ir- residenti ta' dawk in-naħat qed jiġu abbużati fiżikament u mentalment. Għalhekk għandna bżonn il-pulizija għaddejjin bir- rondi speċjalment bejn is-2am- 5am. X'IMPATT KELLU DAN IL-VANDALIŻMU FUQ IR- RESIDENTI? Ir-residenti ġew attakkati kemm bil-fliexken, bil-bajd, u Is-sħana bdiet tagħmel tagħha, u għal Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Jordan Galea Pace, il-Viċi Sindku ġdid tas-Swieqi. L-ewwel darba tiegħu fil-politika ġiet milqugħa b'suċċess kbir, fejn irnexxielu jieħu postu b'maġġoranza kbira ta' voti. Nitkellmu dwar l-istrateġiji tal- kampanja tiegħu, ir-rwol taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet, u l-influwenza ta' figuri politiċi prominenti bħal Roberta Metsola fuq il-partit. Hu jaqsam mal-gazzetta l-pjan tiegħu biex jindirizza l-kwistjonijiet urġenti fis-Swieqi, bħas-sigurtà u l-vandaliżmu.fid-dawl, imma x'inhi l-problema? X'qed isir biex tissewwa? Tort ta' min? Saviour Balzan jintervista l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta. Jordan Galea Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024