Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590
intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 07 mentalment... it-talbiet tal-Kunsill' bil-ħmieġ, kif ukoll għamlu ħsara lill-karozzi u lid-djar tagħhom. Ghalhekk in-nies qed iħossuhom li qegħdin taħt assedju, jew li qed jgħixu f 'post fejn hemm gwerra għaddejja. BĦALA KUNSILLIER INTI RRAPPORTAJT PERSUNA PARTIKOLARI LI GĦAMLET IL-BŻONNIJIET TAGĦHA QUDDIEM RESIDENZA. KIEN HEMM AĠĠORNAMENT DWAR DAN? BĦALA KUNSILLIER, JEW KUNSILL, SE TKUNU QED TIEĦDU AKTAR AZZ JONI? Jiena għent billi gbart il-provi u mort miegħu biex nagħmel rapport lill-pulizija. QED ISSIBU GĦAJNUNA MILL-AWTORITAJIET JEW MILL-PULIZIJA? Nixtieq nirringrazzja lill- pulizija tal-għajnuna u l-koperazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet ilhom jinjoraw it-talbiet tal-Kunsill għal aktar rondi u li jiftħu l-għassa tas- Swieqi, speċjalment meta għandek post bħal Paceville viċin tagħna. BĦAL LOKALITAJIET OĦRA MADWAR MALTA U GĦAWDEX, IS-SWIEQI ESPERJENZA QTUGĦ TA' DAWL MATUL IL-ĠIMGĦA L-OĦRA. KEMM DAM IL-QTUGĦ? L-ENEMALTA KKOMUNIKAT MAGĦKOM DWAR IL-QTUGĦ? Kien hemm postijiet fis- Swieqi fejn inqata' d-dawl għal sigħat twal ħafna. L-Enemalta ma taw ebda informazzjoni u m'offrewx għajnuna, u anqas biss taw aġġornamenti ċari fuq is-sit tagħhom, u t-telefown tal- customer care kien iġġammjat bit-telefonati. In-nies ta' dawn il-lokalitajiet ma tawx kashom. KIF ĦRIĠT BL-IDEA LI TQASSAM KOTBA LIR- RESIDENTI? KELLEK XI ĦJIEL TA' LIEMA KOTBA TIXTIEQ TAGĦŻEL BIEX TQASSAM, U X'KIENET IR- RAĠUNI WARA L-GĦAŻLA? X'KIEN IL-FEEDBACK TAN- NIES? Kelli ħafna kotba li tawni r-residenti biex jgħinu lill- Kunsill, u jiena dak il-ħin meta indunajt li n-nies kienu bla dawl ħadt il-parir tal-Ministru Julia Farrugia u mort insib residenti, speċjalment anzjani, biex nara li jinsabu tajbin minħabba l-qtugħ, u jekk għandhomx bżonn xi ħaġa u ħallejtilhom ktieb. Ir- residenti apprezzaw is-sarkażmu u s-sens ta' umoriżmu fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni xejn feliċi. LIL MIRIAM DALLI WKOLL IDDEDIKAJTILHA KTIEB. LIEMA KIEN? GĦALIEX GĦAŻILT LILU? Kien ktieb tal-kampanja tal- Partit Nazzjonalista ta' "Futur fis-Sod", forsi tista' taqrah u tieħu xi ideat, bit-tama li jkollna "futur bid-dawl". L-Enemalta allokat €55 miljun għat-tisħiħ tal-elettriku MALTA GĦANDHA BIŻŻEJJED ĠENERAZZJONI? Enemalta għandha biżżejjed sorsi ta' ġenerazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. Qed nitkellmu fuq kapaċità ta' 860MW. Dan jiġi minn sorsi differenti, li nsejħulha energy mix u tuża erba' sorsi differenti. Dawn huma l-interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-grid Ewropew, il- powerstation ta' Delimara magħrufa bħala D3, il- powerstation ta' Delimara magħrufa bħala D4, u l-pannelli tax-xemx. GĦALIEX ALLURA ŻIDTU IMPJANT IEĦOR? L-Enemalta tħaddan il-prinċipju ta' N-1, li tfisser li tuża kemm tuża impjanti ta' ġenerazzjoni, irridu li dejjem ikun hemm kapaċità żejda. Bħalissa l-pajjiż qed jipprepara għat-tieni interconnector. Sakemm jitlesta dan, ħassejna li għandu jkun hemm soluzzjoni temporanja f 'każ li jintilef xi sors ta' ġenerazzjoni. Dan l-impjant t'emerġenza għal daqstant jintuża biss f 'każ ta' ħtieġa biex il- konsumaturi jibqgħu jirċievu l-provvista, sakemm il-ħsara li tkun inqalgħet tiġi riżolta. L-impjant temporanju se jżid il-kapaċità b'60MW u se jintuża biss f 'każ li wieħed mis-sorsi prinċipali ma jkunx għad-dispożizzjoni tal-kumpanija. L-IMPJANT TEMPORANJU GĦANDU X'JAQSAM MAL-QTUGĦ TA' DAWL LI QED IKOLLNA? Le. Il-qtugħ ta' dawl li qed nesperjenzaw huwa frott ta' ħsarat li qed jiżviluppaw f 'partijiet partikolari tan-network meta jkollok mewġiet ta' sħana. Il-qtugħ ta' dawl huwa relatat mas-sistema ta' distribuzzjoni fejn hemmhekk l-Enemalta għaddejja bi pjan ta' tisħiħ multimiljunarju fuq kull livell. Il-ġenerazzjoni hija minn fejn jiġi ġġenerat l-elettriku; id-distribuzzjoni hija s-sistema li bih dak l-elettriku jintbagħat għand id-djar u n-negozji. Permezz ta' cables taħt l-art, l-elettriku jimxi mill-power station għaċ-ċentri ta' distribuzzjoni li jqassmu lis-substations. Mis- substations jitwassal għand il-konsumaturi. Biex insaħħu dan in-network, din is-sena waħedha diġà tqiegħdu 82 kilometru ta' cables taħt l-art u saru 32 substation ġdida. Sar xogħol fuq 36 transformer f 'substations u sar il-bdil ta' 22 switchgear f 'substations differenti. Fl-ewwel fażi ta' dan l-investiment sar xogħol fiż-żoni ta' Wied il-Għajn, il-Kalkara, Bormla, Birgu, iż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Ħal Far, Ħad- Dingli, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Luqa, ir-Rabat, il- Mosta u n-Naxxar. F'Għawdex saru xogħlijiet fil- Qala, f 'Ta' Sannat, fin-Nadur, fix-Xlendi u f 'parti minn Marsalforn. Fit-tieni fażi tax-xogħlijiet li bdiet diġà se jsir xogħol mill-Marsa għas-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ, Ħaż-Żabbar u Ricasoli, San Ġwann, San Ġiljan u l-Gżira, Tas-Sliema u Ħ'Attard, Birkirkara, il- Ħamrun u Santa Venera, il-Fgura, il-Mellieħa, Buġibba u l-Qawra f 'Malta. Filwaqt li f 'Għawdex tkompla x-xogħol f 'Marsalforn u x-Xagħra, u se jsir xogħol ta' rinfurzar fl-inħawi tal-Għarb, Ta' Kerċem, l-Għasri, San Lawrenz u r-Rabat. Bejn l-2022 u l-2023, saru 80 substation ġdida, 18km ta' Medium Voltage Reinforcements, 44 switchgear replacement, 22 transformer uprate u 145 feeder fost oħrajn. Ma' dawn kien hemm estensjoni taċ-ċentri ta' distribuzzjoni f 'Marsaskala, fl-Imrieħel u f 'Ħal Tarxien. Bħala parti minn fażi oħra ta' investiment fid-distribuzzjoni se jsiru ċentri ta' distribuzzjoni ġodda fis-Siġġiewi u fin-Naxxar. L-Enemalta tirringrazzja lill-ħaddiema tagħha, mit-tim maniġerjali għat-tekniċi u l-ħaddiema li jkunu barra fuq il-lant tax-xogħol għax bid-dedikazzjoni tagħhom qed jirnexxilna nimplimentaw il-pjan li wegħedna. DAN KOLLU MA JIKKUNTRASTAX MAL- UŻU TAL-GENERATORS? Lanqas xejn. Il-generators huma għodda li l-Enemalta tuża normalment f 'każijiet fejn ikun qed isir xogħol ta' manutenzjoni f 'substation jew ċentru ta' distribuzzjoni biex, sakemm għaddej ix-xogħol, il-konsumaturi jkollhom provvista tal-elettriku. F'każijiet ta' ħsara f 'cable taħt l-art, qed jintuża l-istess kunċett. Ħafna drabi, u anke grazzi għal xogħol ta' rinfurzar li qed isir, meta tinqala' ħsara f 'xi cable, l-Enemalta taqleb il- konsumaturi fuq sors ieħor u l-ħsara tkun tista' titranġa. Però, mhux kullimkien hemm din il- possibbiltà għalissa. Allura, sakemm dik il-ħsara titranġa, il-generator jintuża biex jagħti l-enerġija lis-substation u s-substation tgħaddi l-elettriku lin-nies. X'JIĠRI F'KAŻIJIET TA' LOW VOLTAGE? Is-sistema ta' low voltage huwa dak il-vultaġġ li jasal fir-residenzi u n-negozji tagħna, jiġifieri dak ta' 400V (three phase) u 230V (single phase). Meta l-Enemalta tesperjenza każijiet ta' qtugħ fuq livell ta' vultaġġ baxx, għandha gruppi ta' nies dedikati fuq din is-sistema. Meta dan iseħħ, dawn it-timijiet jiskattaw proċess biex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet. Ir-residenti ta' kull lokalità jkunu mqassma fuq numru ta' feeders differenti f 'ammonti iżgħar. Hawnhekk ukoll għandna investiment ta' tisħiħ għaddej biex l-Enemalta dejjem treġġa' lura s-servizz fl-iqsar ħin possibbli. ID-DAWL SE JIBQA' JINQATA'? Kwalunkwe infrastruttura tirrikjedi manutenzjoni u tisħiħ kontinwu. L-Enemalta għaddejja minn proċess fejn, għal din is-sena waħedha, ġew allokati €55 miljun biex ikun jista' jsir it-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni kemm għall-immedjat, kif ukoll għas-snin li ġejjin. Kif ġie spjegat qabel, l-Enemalta tħaddan il-prinċipju ta' N-1, u f 'dan il- każ, substation ikollha żewġ sorsi. Dan jagħmilha iktar faċli biex l-inġiniera li jkunu fil-control room fil-Marsa, f 'każ ta' ħsara, ikunu jistgħu jużaw cables alternattivi biex jerġgħu jipprovdu l-elettriku lill-konsumaturi milquta. Qiegħda wkoll tiġi implimentata sistema ta' automation fis-substations. Dan huwa proġett fejn la darba tiġi identifikata ħsara fuq cables ta' vultaġġ għoli, l-Inġiniera mill-control room ikunu jistgħu jeqilbu lill-konsumaturi fuq sorsi oħra mingħajr il-ħtieġa li inġinier fiżikament imur fil-post. Dan iżid l-effiċjenza u jnaqqas il-ħin li l-konsumaturi jkunu mingħajr provvista. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ryan Fava, Chairman tal- Enemalta, fid-dawl tal-kriżi tal-elettriku f'pajjiżna