MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • NRU 928 Intervista ma' Jordan Galea Pace PAĠNA 6 - 7 In-nomina ta' Glenn Micallef, l-Eks Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Robert Abela, tindika kemm Abela ma jixtieqx jagħmel ċaqliq fil-kabinett tal- ministri tiegħu, kif ukoll riluttanza min- naħa tiegħu li jagħmel tibdiliet radikali. Fl-amministrazzjoni Abela jispikka l-mod kif ma jsirux tibdiliet kbar. Bid- deċiżjoni tal-Qorti din il-ġimgħa fil- konfront tal-każ prima facie kontra Chris Fearne fil-każ Vitals, Abela seta' javvanza bil-pjan oriġinali tiegħu li jappunta lil Micallef. Micallef wera interess biex ma jibqax kap tas-segretarjat ta' Abela u minflok daħal Mark Mallia, persuna viċin ħafna ta' Robert Abela. Qabel, Mallia, li huwa kkunsidrat viċin il-familja Abela, kien Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta. Robert Abela iżda jaf li hemm ċans mhux remot li Glenn Micallef, li għadu relattivament żgħir u lanqas għalaq 40 sena, jista' ma jiġix aċċettat bħala Kummissarju minħabba n-nuqqas ta' esperjenza politika u għax qatt ma kellu kariga politika eletta. Minkejja li huwa teknokrat kompetenti, m'għandux storja politika warajh. Il-ħatra ta' Micallef darset ukoll ħafna ministri li kienu qed jimmaġinaw li jkunu eleġibbli għal din il-kariga. Barra minn hekk, hemm ukoll il-fatt li l-post ta' Kummissarju s-soltu jingħata lil dawk li ilhom fil-politika u li fuq kollox jistgħu jġibu ċertu gravitas għall-pożizzjoni. Infatti, meta wieħed iħares lejn il- kummissarji ta' qabel, naraw kif din il-pożizzjoni hija ħafna drabi riżervata għal persuni b'esperjenza kbira fil-kamp politiku. Kien hemm Joe Borg, John Dalli, Tonio Borg, Karmenu Vella u Helena Dalli. Il-pożizzjoni ta' kummissarju ġġib magħha ħafna affarijiet inkluż prestiġju, paga u pensjoni kbira. Fil-fatt, il-paga hija sitt darbiet aktar mill-paga ta' ministru tal-Gvern Malti u mimlija privileġġi. Fost dawn il-ministri li wrew interess li jkunu kkunsidrati għal din il-kariga, apparti Fearne, kien hemm Owen Bonnici, Byron Camilleri u Carmelo Abela. Intant wieħed irid jara jekk Ursula Von der Leyen bħala President tal- Kummissjoni taċċettax in-nomina ta' Micallef. Jekk le, Abela se jkollu wġigħ ta' ras kbira biex isib persuna oħra siewja għal din il-kariga. In-nomina ta' Glenn Micallef għal Kummissarju Ewropew hija mimlija riskji ARA L-INTERVISTA PAĠNA 7 L-Enemalta allokat €55 miljun għat-tisħiħ tal-elettriku Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Ryan Fava, Chairman tal-Enemalta, fid-dawl tal-kriżi tal-elettriku f'pajjiżna Xejn mhu ċert jekk tintlaqax in-nomina tal-Gvern Malti għal Glenn Micallef bħala Kummissarju

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024