Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590
13 kultura IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Kirkop Summer Fest 2024: Jumejn ta' mużika u divertiment Magħrufin fil-passat reċenti għal e 80s & 90s Music Festival, Kirkop Summer Fest huwa s-seba' festival imħejji minn K Music Events. Din is-sena l-organizzaturi ħasbu għal avveniment akbar mis- soltu! Għall-ewwel darba dan il- Festival Mużikali se jittella' fuq jumejn, propju nhar il-Ġimgħa 2 u s-Sibt 3 t'Awwissu. Bħas-snin l-imgħoddija, Kirkop Summer Fest mistenni jiġbed lejh mijiet ta' nies lejn ir-raħal ta' Ħal Kirkop li jħobbu l-mużika. Kien għalhekk li l-organizzaturi qasmu dan il-festival fuq jumejn, fejn fl-ewwel ġurnata, il- kunċert jospita d-Dj's lokali Sheron, Zrinz, Sue, kif ukoll it-tribute band uffiċjali ta' Coldplay, Live in Technicolor. L-għeluq tal-ewwel ġurnata ta' Kirkop Summer Fest ikun ma' DJ Malti ferm popolari, DJ Ziggy, b'mużika li żgur se tinżel tajjeb ma' bosta żgħażagħ. Fit-tieni jum, il-ħsieb imur lejn persuni forsi aktar maturi, u li jħobbu aktar mużika mill-era tal-passat. Is- Sibt 3 t'Awwissu, Kirkop Summer Fest jospita tribute band uffiċjali oħra, din id-darba tal-grupp leġġendarju e Beatles, li jġibu l-isem e Fab 4. Magħhom jingħaqdu d-Dj's Alex Tonna u Alex Reflex Grech u l-għeluq ta' dan il-festival se jkun f 'idejn Dj Ryan Spiteri. Persważi li dawn l-ingredjenti kollha se jħallu togħma tajba għand kull min se jattendi. Għalhekk nhar il-Ġimgħa 2 u s-Sibt 3 ta' Awwissu, mit-8 ta' filgħaxija 'l quddiem ġewwa l-parkeġġ tal-Kulleġġ San Benedittu, kun int ukoll parti minn Kirkop Summer Festival. Iż-żewġ avvenimenti ta' Kirkop Summer Fest huma b'xejn, fejn mad- dħul voluntiera mill-Inspire se jkunu qegħdin jiġbru d-donazzjonijiet li jgħinuhom ikomplu jaħdmu għall- kawża ġusta tagħhom. Inspire tispeċjalizza f 'għajnuna għal dawk li jinsabu fuq l-ispettru tal-awtiżmu, dawk b'diffikultajiet profondi fit- tagħlim u dawk b'aġir diffiċli. Kirkop Summer Fest jirringrazzja lil kull min qed jgħin sabiex dan il-festival ikun jista' jittella' Teatru Manoel bi pjaċir jippreżenta 'e Grand Tour of Teatru Manoel', tour uniku tat-teatru nazzjonali ta' pajjiżna b'kollaborazzjoni ma' House of Tours. Dawn it-tours se jkunu qed jiċċelebraw ix-xogħol ta' wieħed mill-aqwa xenografi li qatt kellu t-Teatru Manoel, Marco Joseph Bartolo, li sfortunatament tilef ħajtu it tal-jiem ilu. Bħala apprezzament għall- ħidma kbira tiegħu fi ħdan it-Teatru, se jkunu qed jiġu esebiti wħud mix-xogħlijiet tiegħu. It-tours se jitmexxew mill-gwida professjonali u attur Jeremy Grech, u se jsiru kull nhar ta' Tlieta fl-10.30am u f '12.00, u jibdew mit-30 ta' Lulju. Dawk li se jattendu għal dan it-tour se jkollhom ukoll l-opportunità li jaraw uħud mill-kostumi oriġinali li jiffurmaw parti mid-Dipartiment tal-Kostumi tat-Teatru Manoel b'kollezzjoni ta' iktar minn 10,000 kostum. Dawn il-kostumi ġew meħjuta mill-ħajjata tat-Teatru Manoel u għalhekk il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw kif kull kostum għandu dettall partikolari li nħadem b'teknika mill-aqwa. Apparti l-kostumi, wieħed jista' jara wkoll uħud mill-iktar props antiki li kienu jintużaw fit-Teatru qabel ma ġiet introdotta t-teknoloġija moderna kif nafuha llum, fosthom magna tar-riħ, thunder roller u rain box. Għall-ewwel darba, dawn it-tours se jkunu aċċessibbli għal kulħadd peress li issa t-Teatru Manoel għandu l-faċilità tal- użu ta' li li kien installat iktar kmieni din is-sena. Dan se jservi sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jesperjenza dak kollu li joffri t-teatru nazzjonali ta' pajjiżna. Il-prezz ta' dawn it-tours se jkun ta' €20 għal kull biljett u kull grupp se jkun limitat għal 30 persuna. Matul l-istaġun tas-sajf, it-tours se jsiru kull nhar ta' Tlieta fl-10.30am u f '12.00 filwaqt li fix-xitwa jsiru fil-11.00am u fit-3.00pm. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.teatrumanoel.mt jew iċempel fuq 2124 6389. Marco Joseph Bartolo ċċelebrat f'tour uniku tat- Teatru Manoel Marco Joseph Bartolo