MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Is-sena li għaddiet, 2023, kien jaħbat iċ-Ċentinarju mit-twaqqif tal-Kumpanija Walt Disney. Il- films ta' dan l-istudio li ħarġu f 'dik is-sena, fosthom Haunted Mansion, kellhom miżjud mal- logo tas-soltu "100th Anniversary". Dan il-ġenju, fl-1920 beda jaħdem films animati ta' reklami għall-Kansas City Advertising Company u fl-istess waqt beda jipproduċi dawk tiegħu msejħa Laugh-O-Gram. Sfortunatament, il-kumpanija falliet u Disney talab għal-likwidazzjoni. Fl-1923 hu mar Hollywood ma' ħuh Roy (1894-1971) u hemm stabbilixxa l-istudio tiegħu. Walter Elias Disney twieled f 'Chicago fil-5 ta' Diċembru 1901 u beda jattendi l-Kansas City Art Institute. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija serva mal-Korp tal-ambulanzi u kif spiċċat il-gwerra beda jaħdem fi studio kummerċjali tal-arti. F'Hollywood, mis-sena 1923 sal-1927, ħadem is-saga Alice In Cartoonland li kienet tikkombina azzjoni animata u anki reali għad- distributur M. J. Winkler. Wara l-1925, flimkien ma' Ub Iwerks, l-akbar kollaburatur li kellu li kien iltaqa' miegħu fl-1920 ħadmu fis- serje Oswald the Lucky Rabbit (1927/28) li kien waqqaf il-Walt Disney Productions. Fl-1928 ħareġ Steamboat Willie li kien bil-ħoss. Permezz ta' din il-produzzjoni u Skeleton Dance (1929) li inawgurat is-serje Silly Symphonies, Disney spikka fuq kull ditta Amerikana involuta fl-animazzjoni. Kompla kabbar il-popolarità tiegħu bir- repertorju tiegħu ta' karattri famużi mal-familji bħal Donald Duck, Pluto, Goofy, Minnie Mouse u oħrajn sekondarji. Meta tħajjar jipproduċi film animat ta' tul normali, il- produtturi kollha għaddewh bħala "miġnun" billi sostnew li l-familji ma jissaportux film animat ta' kważi siegħa u nofs. Meta Snow White and the Seven Dwarfs (1937) kiseb suċċess fenominali, il-kritiċi kollha siktu u tassew bdew jammiraw lil dan il-ġenju li it snin wara ħadem oħrajn bħal Pinocchio (1940), Fantasia (1940), Dumbo (1941) u Bambi (1942). Il-film Fantasia, mimli innovazzjonijiet interpretati b'mużika klassika, b'immaġnijiet realistiċi u astratti, kien it apprezzat dak iż-żmien u akkużaw lil Disney bi pretenzjonijiet għolja. Fil-preżent, dan il-film hu stmat bħala xogħol estetiku apprezzat immens. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-attività ta' Disney saret iżjed varjata b'films issa verament divertenti bħal dokumentarji dwar in-natura bl- isem ta' True Life Adventures u oħrajn rinomati bħal Treasure Island, Rob Roy, 20,000 Leagues Under the Sea, e Story Of Robin Hood and His Merrie Men kollha bbażati minn fuq kotba klassiċi għat-tfal. Disney baqa' jissorvelja l-films tiegħu sa qabel ma miet nhar il-15 ta' Diċembru 1966. L-aħħar film animat li ħa ħsieb kien e Jungle Book. L-assenza tiegħu nħasset sewwa għax sa kważi 20 sena wara, il-films animati tal-kumpanija Disney ma kienx għad fadlilhom dik ix-xi ħaġa speċjali li għamluhom superjuri fuq l-oħrajn sakemm permezz ta' immaġnijiet tal-għaġeb iġġenerati bil-kompjuter, Walt Disney Productions reġgħu ħadu s-supremazija f 'idejhom, aktar u aktar meta akkwistaw il-Kumpanija Pixar Animation Studio (dik ta' Toy Story, eċċ.). Minn hawn 'il quddiem, il-kumpaniji maġġuri oħrajn ta' Hollywood ukoll sabu xorti mal- pubbliku bi produzzjonijiet animati ta' livell għoli. Il-film li beda din l-innovazzjoni kien e Little Mermaid (1989). Il-produtturi tal-kumpanija Disney skoprew li xi films animati li kienu għamlu suċċess jistgħu jinħadmu wkoll b'karattri tad- "demm u l-laħam", ħsieb li rnexxa, fejn ċerti xogħlijiet għamlu profitt daqs dawk oriġinali. Dawn huma l-films animati tal- kumpanija Disney li wara nħadmu b'atturi reali: 1951 – ALICE IN WONDERLAND (75 minuta) – Dirett minn Clyde Geronimi, Wilfred Jackson u Hamilton Luske. Din il-verżjoni animata tal-ktieb ta' Lewis Carroll kienet pjuttost pjaċevoli, però daqsxejn eċċentrika għat-tip ta' film ta' Disney. L-animaturi, però rnexxielhom jagħtu ħajja lill-karattri strambi tal- istorja bħal Cheshire Cat, e Mad Hatter u Queen Of Hearts. 2010 – ALICE IN WONDERLAND (108 minuti) – Dirett minn Tim Burton bl-atturi Johnny Depp, Mia Wasikowska, Helena Bonham Carter u Anne Hathaway. F'din il-verżjoni, Alice hi tfajla ta' 19-il sena, affaċċjata bi żwieġ li mhux għal qalbha, li taqa' ġo ħofra ta' fenek u tiġi f 'Underland waqt li tinsa li diġà kienet hemm qabel. Trid issib il-forza u r-rieda biex issalva r-renju t'hemm taħt. Pjuttost immaġinattiv u ambizzjuż. 1961 – ONE HUNDRED AND ONE DALMATIANS (79 minuta) – Dirett minn Wolfgang Reitherman, Hamilton Luske u Clyde Geronimi. Dan il-cartoon hu ambjentat fl- Ingilterra u hu dwar serqa ta' diversi klieb dalmatians minn Cruella De Vil, mara li tħobb tilbes eleganti u li trid tagħmel ġakketta mis-suf ta' dawn l-annimali ħelwin. L-istorja hi murija mill-punt di vista ta' kelb. Film li ntlaqa' tajjeb mal-familji. 1996 – 101 DALMATIANS (103 minuti) – Dirett minn Stephen Herek. Jaħdmu Glenn Close, Jeff Daniels u Joely Richardson. Daniels u Richardson, par li jħobbu l-klieb, flimkien mal-klieb tagħhom Pongo u Perdita jeħduha kontra Cruella De Vil (Close) u l-paladini tagħha biex iġibu lura d-dalmatians li serqu. 2000 – 102 DALMATIANS (100 minuta) – Dirett minn Kevin Luna. Jidhru Glenn Close u Gerard Depardieu. Sequel tal-film tal-1996 dwar aktar avventuri ta' Cruella De Vil (terġa' Close) u l-fissazzjoni tagħha li tisraq il-klieb biex ikollha gakketta mis-suf tagħhom. 14 films IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum Carmel Bonnici Disney – minn films animati għall-istess produzzjonijiet b'atturi reali (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Alice in Wonderland huwa rumanz tat-tfal bl-Ingliż tal-1865 minn Lewis Carroll 101 Dalmatians: Il-ġrajja tal-ġenituri Pongo u Perdita, li jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-ġriewi tagħhom, 15 b'kollox, minn Cruella biex imbagħad jispiċċaw salvaw 84 oħra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024