Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590
09 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum Ryan Callus huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija I l-kriżi nazzjonali fid-distribuzzjoni tal-enerġija hija Déjà vu ta' dak li ġara s-sajf li għadda. Minkejja l-ħafna kliem dwar l-investiment rekord u sostanzjali li konna mwiegħdin is-sena l-oħra, qegħdin nerġgħu ngħad- du minn kriżi nazzjonali frott l-inkom- petenza tal-politika tal-Gvern. Dwar dan kellu xi jgħid ħafna l-Awditur Ġenerali fir-rapport riċenti li ppubblika dwar l-investiment, jew in-nuqqas tiegħu, li sar, jew kellu jsir, fid-distribuzzjoni tal-enerġija f 'Malta u Għawdex. Hemm diversi punti li jeħtieġ nifhmu dwar dak li kkonkluda l-Awditur Ġenerali f 'dan ir-rapport. Jirreferi għal tliet fatturi li jikkontribwixxu għall- kriżi nazzjonali fis-settur tal-enerġija. L-ewwel punt jirrikonoxxi li pajjiżna, bħad-dinja kollha, għax Malta mhix specjali, qiegħda tesperjenza żieda fit-temperatura, filwaqt li dawn it- temperaturi għoljin qegħdin idumu għal perjodu itwal ukoll. Iżda ngħid jien il-Gvern Laburista issa sema' għall-ewwel darba dwar il-fenomenu tat-tibdil fil- klima? Impossibbli li dan hu l-każ, partikolarment għax kemm-il darba nisimgħu l-esponenti tal-Labour jinħbew wara dan il-fenomenu biex jiġġustifikaw il-fallimenti tagħhom. Ġaladarba l-injoranza fis-suġġett mhux il-każ, allura l-konklużjoni bilfors hi li Gvern Laburista injora l-fattur tat- tibdil fil-klima, u dan jammonta għal inkompetenza. It-tieni fattur li kkontribwixxa għal fattur tal-kriżi fis-settur tal-enerġija jgħid l-Awditur Ġenerali huwa ż-żieda fid-domanda. Wieħed isaqsi allura, minn fejn ġiet din iż-żieda fid-domanda? Wieħed jistenna li jkollna żieda fid-domanda minn sena għal sena minħabba tkabbir ekonomiku, iżda din iż-żieda sostanzjali hija minħabba tkabbir ekonomiku biss jew minħabba t-tkabbir sostanzjali li esperjenzajna biż-żieda fil- popolazzjoni? Dwar dan il-punt intqal ħafna. Ma' min titkellem, b'dak li tara b'għajnejk, tifhem li l-politika tal-Labour saret ir-rovina ta' pajjiżna. Politika li żiedet il-popolazzjoni b'mod esaġerat għall- proporzjon ta' pajjiżna minħabba l-politika skaduta tal-Labour. Issa x'se nagħmlu? Il-politika tagħna hija ċara. Gvern Nazzjonalista ma jiħux l-eħfef soluzzjoni, dik li nkabbru l-ekonomija billi nżidu l-massa, imma billi nkabbru setturi li jrendu lill-ekonomija mingħajr ma jagħmel ħajjitna infern. Il- maġġoranza tal-Maltin illum qed tifhem kif il-politika tal-Labour hija skaduta, u saret l-ikbar impediment biex nerġgħu niksbu l-kwalità tal-ħajja li xi darba kellna. It-tielet fattur li jsemmi l-Awditur Ġenerali hi li l-Gvern ma investiex biżżejjed biex saħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija. Wara 11-il sena ta' Gvern Laburista issa drajna – Gvern reattiv li jirrispondi għall-problemi, minflok jilqgħalhom minn qabel. Din qegħdin narawha fis-settur tas-saħħa, fit-trasport u t-traffiku, fl-enerġija u issa wkoll fid- dranaġġ. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa ċertifikat b'timbru kbir li jikkonferma li dak li issa ilna nsostnu għal diversi snin huwa l-verità. Il-Labour prova jiskreditana, però issa għandna iswed fuq l-abjad biċ-ċifri li dejjem tkellimna favur il-poplu tagħna. Il-poplu qed jifhem li l-uniku tama għal dan il-pajjiż huwa bidla fil-Gvern b'politika reżiljenti li tieħu lil pajjiżna fil-futur fis-snin li ġejjin. Il-kriżi nazzjonali tal-enerġija: inkompetenza u politika skaduta Ryan Callus Wieħed jistenna li jkollna żieda fid-domanda minn sena għal sena minħabba tkabbir ekonomiku, iżda din iż-żieda sostanzjali hija minħabba tkabbir ekonomiku biss jew minħabba t-tkabbir sostanzjali li esperjenzajna biż-żieda fil- popolazzjoni?