Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590
Julia Farrugia Portelli hija Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat 10 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum opinjoni S ettur li nemmen bis-sħiħ li bħala pajjiż jagħtina identità distinta huwa dak tal-volontarjat. Settur li mhux biss nistgħu narawh u mmissuh primarjament f 'kull belt u raħal, imma li huwa mifrux tista' tgħid f 'kull qasam tas-soċjetà tagħna. Il-komunitajiet tagħna huma mogħnijin bih u għal dan għandna għalfejn inkunu grati lejn dawk il-voluntieri kollha illi kieku ma kienx għalihom dan is-settur mhux dak li hu, wieħed mill-pilastri tas-soċjetà Maltija u Għawdxija. L-impenn u d-determinazzjoni tagħna li dan is-settur ikompli jissaħħaħ ma jieqfu qatt. Ma jieqfu qatt għax ir- riżultati miksuba jimlewk bil-kuraġġ u jixprunawk għal aktar ħidma. Fil-jiem li għaddew, flimkien mal-kollega Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima, kelli l-opportunità nippresiedi ehim għat-tnedija ta' kors universitarju ġdid fl-istudju tas-settur volontarju. Ftehim bejn l-Università ta' Malta u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) fi ħdan il-Ministeru tagħna. F'dan il-kors, 'Undergraduate Certificate Course in Volunteering Studies', l-MCVS se jinvesti €12,000. Kors fil-Livell 5 tal- MQF. Se jifforma parti mill-korsijiet offruti mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà. Kors ta' sena part-time bħala studju ta' filgħaxija (evening studies), bl-ewwel sessjonijiet jibdew f 'Ottubru li ġej. Il-ħolqien ta' dan il-kors edukattiv isaħħaħ l-impenn tagħna favur soċjetà li fil-qalba tagħha għandha r-responsabbiltà soċjali. Se jgħin ukoll biex ikompli jrawwem kultura ta' inklużjoni u servizz għall- komunità. Il-kors, flimkien ma' skemi u servizzi oħrajn offruti mill-MCVS, jgħin qatigħ lill-volontiera tagħna u lil dawk interessati li jingħaqdu f 'dan is-settur. Ipoġġihom f 'pożizzjoni mill-aktar ideali biex jibdew ħidmiethom. Ngħid hekk għax huwa kors ideali għal min jamministra għaqda volontarja jew huwa impjegat ta' waħda, speċjalment jekk imexxi persuni li jagħmlu xogħol volontarju. Kors intenzjonat għal kull min jagħmel xogħol volontarju jew jixtieq jidħol aktar fix-xogħol tas-settur. Nemmen dan għax il-kors se jagħti ħarsa ġenerali lejn il-prattika tal-volontarjat billi jagħti l-għarfien, il-ħiliet u l-valuri meħtieġa għal impatt aktar effettiv fis-settur. Se jesplora suġġetti bħalma huma r-rekwiżiti tal-għaqdiet volontarji, l-aħjar prattiċi ta' tmexxija, il-motivazzjoni tal-voluntiera, kif ukoll l-aħjar prattiċi fir-reklutaġġ. Ninsab konvinta li dan il-ehim se jkompli jsaħħaħ settur mill-aktar importanti tas-soċjetà tagħna. Is-settur tal-volontarjat jimraħ internazzjonalment Is-settur tal-volontarjat, mhux biss kompla jikber minn sena għal oħra, imma tul dawn l-aħħar snin beda jimraħ ukoll lil hinn minn xtutna. L-għaqdiet volontarji tagħna qegħdin jesperjenzaw dak li jsir f 'pajjiżi oħrajn filwaqt li jwasslu dak li jagħmlu fostna. Ħaġa bħal din tfisser biss li l-qasam partikolari jkompli jistagħna. Ikompli jistagħna għax l-esperjenzi li jgħaddi minnhom ħaddieħor jistgħu jservu ta' mudell li fuqu wieħed ikun jista' jifrex aktar ħidmietu. Imma mhux biss. Pajjiżna għandu x'joffri wkoll, ħidmet l-għaqdiet volontarji tagħna wkoll tista' sservi ta' mudell għal ħaddieħor. Għax konxji minn dan u għax nafu li lill- qasam tal-volontarjat parteċipazzjoni bħal din titfagħlu piż finanzjarju, il-Gvern kien, u se jkompli jkun ta' spalla biex opportunitajiet bħal dawn, mhux talli ma jintilfux, imma talli jinħatfu biex minnhom isir l-akbar gwadann possibbli. Disa' snin ilu, permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, illum fi ħdan il-Ministeru tagħna, kien tnieda fond speċifikament għal tali għajnuna, il-Fond għas-Soċjetà Ċivili (Civil Society Fund). Fond li permezz tiegħu tkun offruta għajnuna finanzjarja lil dawk l-għaqdiet volontarji reġistrati biex tkun inkoraġġuta l-parteċipazzjoni tagħhom f 'fora Ewropej u internazzjonali. Parteċipazzjoni li tinkludi kollaborazzjoni ma' għaqdiet barranin, inkluż sħubija f 'assoċjazzjonijiet, networks u konfederazzjonijiet, attendenza f 'konferenzi u laqgħat, kif ukoll taħriġ fuq dimensjoni Ewropea. Tul dawn l-aħħar disa' snin, il-Gvern alloka lil dan il-fond aktar minn miljun ewro. Fil-jiem li għaddew nedejna l-Fond għal din is-sena u allokajna €150,000. Iż- żmien li matulu jistgħu jkunu sottomessi applikazzjonijiet huwa miuħ u jibqa' hekk sa nhar l-Erbgħa, 28 ta' Awwissu. Kull applikazzjoni sottomessa tista' tieħu sa massimu ta' €6,000 li jkunu jistgħu jkopru sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż eleġibbli. L-esperjenza wrietna li din l-iskema serviet ta' għodda tajba ħafna biex l-għaqdiet volontarji jkunu f 'pożizzjoni b'saħħitha li jkollhom bdil ta' ideat mas- sħab internazzjonali tagħhom. Ir-riżultati miksuba ġġustifikaw din l-għajnuna u kien għalhekk li l-Fond għas-Soċjetà Ċivili ssaħħaħ kull sena. Bħala poplu għandna għalfejn inkunu kburin bl-impenn, bid-determinazzjoni tal-għaqdiet volontarji tagħna. Qasam li għandna nibżgħu għalih, nikkultivawh u ninkoraġġuh. Hekk għamilna bħala gvern, hekk qegħdin nagħmlu u hekk se nkomplu nagħmlu. Insaħħu lis-settur tal-volontarjat Julia Farrugia Portelli