Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • NRU 929 L-Imħallef Toni Abela jiftakar lil Joe Brincat PAĠNA 8 Jason Micallef, l-attivist Laburista żbukkat li kien ġie imwarrab minn Joseph Muscat meta sar mexxej tal-Partit Laburista, ta bidu għal terremot sħiħ fil-Partit Laburista wara d-deċiżjoni tiegħu li jpoġġi ismu bħala kandidat għall-kariga ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. L-Istatut kien inbidel fl-2020 biex il-kariga ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit timtela biss minn persuni li mhumiex ministri jew deputati parlamentari. Issa hemm il-ħsieb li l-istatut jerġa' jinbidel għal darb'oħra biex iħalli persuni mill-grupp parlamentari li jkunu jistgħu jkunu f 'din il- kariga. Minkejja kollox hemm il-konvinzjoni ta' ħames ministri tal-Gvern ta' Robert Abela li tkellmu mal-gazzetta Illum li l-preżenza ta' Jason Micallef fil-Partit bħala Deputat Mexxej tista' twassal għal telfa żgura u kbira għall-PL fl-elezzjoni parlamentari li jmiss. Apparti li huwa fatt magħruf li Micallef ma jarax għajn m'għajn ma' Robert Abela. F'intervista mal-ġurnalista Tim Diacono, Abela għamilha ċara li l-Partit irid nies li jmexxuh 'il quddiem u mhux lura. Micallef jidher li għandu l-appoġġ ta' Joseph Muscat, l-Eks Prim Ministru Laburista li bħalissa għaddej minn proċeduri kriminali minħabba akkużi serji ta' korruzzjoni fil- konfront tal-każ tal-Isptarijiet Pubbliċi mogħtija lil Vitals u Stewards. Dan biss ikompli jikkontribwixxi għall-kriżi fil-PL, u jagħti aktar enerġija lill-PN li jaqblilhom li Micallef jieħu din il-kariga. Micallef hu wieħed mill-iktar Laburisti voċiferi u kkunsidrat bħala 'old labour' u li jiddefendi apertament lill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, minkejja li l-akkużi li qed isiru fil-konfront ta' Muscat li jikxfu l-moħħ makakk ta' Muscat u oħrajn li kienu qed jaġevolaw barranin bħal Vitals u Stewards fl- akkwist tal-isptarijiet pubbliċi, biex fl-aħħar mill-aħħar skont l-akkużi li hemm kontra Muscat jakkwista hu personalment flimkien ma' ħaddieħor. Ironikament kien Muscat stess li fl-2008 beda jwarrab nies bħal Micallef u Manwel Cuschieri li kienu f 'għajnejh problema għall- vot moderat. F'għajnejn Abela u l-ħafna moderati, il- preżenza ta' Micallef hija garanzija li l-PL lanqas jibda mal-PN, li minkejja l-limitazzjonijiet tiegħu qed javvanza fis-sondaġġi li qed isiru wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fejn rajna tnaqqis serju fl-appoġġ elettorali għall-PL. Meta mistoqsi f 'intervista mal-gazzetta Illum fuq il-fatt li hawn min qed jgħid li l-kandidatura tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista twassal għal telfa sikura għall-PL, Micallef stqarr: "B'kull rispett. Jien għal kariga waħda qed nikkontesta ta, mhux għall-karigi kollha f 'daqqa tal-PL." Fl-intervista ppublikata llum, Micallef jgħid fost oħrajn li għandu relazzjoni tajba ma' Abela. 'B'Micallef bħala Deputat Mexxej, il-PL jitlef l-elezzjoni żgur' – Ministri tal-Gvern ARA L-INTERVISTA PAĠNA 6 Jason Micallef IL-GAZZET TA ILLUM TERĠA' TIRRITORNA GĦALL-BE JGĦ FIL-ĦWIENET EWLENIN NHAR IL-ĦADD 1 TA' SET TEMBRU Il-PN ħerqana li Jason Micallef isir Deputat Mexxej