MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 August 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M 'hemm ebda dubju li l-Partit Laburista għandu kriżi eżistenzjali. Fl-isfond tar-riżultat tal-Parlament Ewropew il-PL kellu jirrispondi mill-eww- el. L-ewwel analiżi tagħna kien li l-akkużi kriminali kontra Joseph Muscat li kien mexxej u Eks Prim Ministru kien il-kaġun ewlieni tat-tnaqqis kbir fl-appoġġ eletto- rali. Muscat ma wera l-ebda rimors. Anzi insista li huwa innoċenti u sab l-appoġġ minn żewġ persuni li fi żmienu kien warrab għax kien jaf li ma kinux denji biex jidhru f 'kampanja elettorali. Issa Emanuel Cuschieri u Jason Micallef huma l-iktar żewġ telleriti li jiddefendu lil Muscat. Li jonqoshom jagħmluh qaddis. Imma l-ikbar inkwiet għal Robert Abela mhux Muscat bħalissa imma Jason Micallef, li ċertament għandu l-benedizzjoni ta' Muscat. Micallef huwa iktar minn sempliċement dinosawru. Huwa bniedem li jemmen li politiku huwa iswed jew abjad. Fejn il-Laburist jiġi l-ewwel u ħaddieħor it-tieni. Fejn ħafna drabi d-diskors tiegħu huwa mnebbaħ minn stil antikwat, xprunat minn attitudni politika dejqa. It-tmexxija tal-Labour illum taf li b'Jason Micallef fit-tmun bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, il-PL huwa assigurat telfa garantita fl- elezzjonijiet nazzjonali. Kulħadd jafu dan anke Joseph Muscat li llum qiegħed wara Micallef. Abela għandu żewġ toroq quddiemu. Jew isib jew iħajjar kandidat ta' stoffa kontra Jason Micallef, jew inkella li jbiddel l-istatut biex iħalli deputati parlamentari jew ministri jikkontestaw. Imbagħad biss hemm ċans li Micallef jitlef. Imma din mhux xi triq faċli. Hemm min hu kontra tibdil fl-Istatut. Għall-PN jaqbel li Jason Micallef jiġi elett u jkun il-wiċċ tal-PL. Biss biss kull darba li jiftaħ ħalqu jwassal ħafna nies jirrinunzjaw il-Labour u jikkunsidraw il-PN. Min-naħa l-oħra, fil-politika llum jeħtieġ politiċi aktar serji u friski, mhux personalitajiet mill-passat li jħarsu lejn il-politika minn ottika diluvjana u preistorika. Għalfejn Jason Micallef mhux denju jkun Deputat Mexxej tal-PL

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 August 2024