MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 August 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

Edwin Vassallo huwa opinjonista politiku Albert Buttigieg, Deputat Nazzjonalista u kelliem għall-familja u s-solidarjetà soċjali 09 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum Edwin Vassallo Albert Buttigieg I l-ġlieda politika – ukoll f 'pajjiżna – bejn il-liberali, li jemmnu li huma biss għandhom raġun, u dawk li ma jaqblux magħhom għandha tkun ikkanċellata mill-eżistenza politika. Din il-ġlieda hija kon- tra dawk li huma meqjusa konservattivi, dawk li għandhom fehma kuntrarja, jiġifieri dawk li jemmnu l-liberali jew aħjar dawk tal-politika tax-xellug. Il-konservattivi llum qed ikunu wkoll magħrufa bħala ċentru lemin li ġew maħluqa bħala by product tax-xellug, risposta għall- politika tax-xellug. Għal-liberali li jsostnu l-politika ċentru xellug jew ukoll xellug estrem, jispiċċaw jagħmlu minn kollox biex joħonqu u jġibu fix-xejn il-politika tal-lemin li ma taqbilx magħhom u saħansitra huma opposti għal xulxin. Fi kliem ieħor, il-politika xellugija, li llum hija ċ-champion, il-katalista tal-Green deal, hija meqjusa politika ambjentali iżda fir-realtà hija politika li timponi għażliet ta' prodotti li bihom taħkem fuq l-għażliet tal-konsumatur u qed tispiċċa timponi żieda fl-għoli tal-ħajja għall-konsumatur Ewropew. Hija wkoll il-katalista għall-politika tax-xellug fl-Unjoni Ewropea (UE). Hija wkoll favur Ewropa ċentralista fejn l-UE hija ħakma politika li ġgib fix-xejn is-sovranità tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri fl-istess UE. Il-politika tax-xellug hija wkoll favur l-ideoloġija tal-ġeneru li jġib fix-xejn id-differenza fis-sesswalità maskili u femminili u tqis il-ġeneru li hu deċiż skont xi jħoss il-bniedem li hu. Il-politika tax-xellug issostni l-għażla favur l-abort u l-hekk imsejħa drittijiet soċjali li jkissru u jġibu fix-xejn il-familja. Min-naħa l-oħra, il-politika tal-lemin hija r-risposta ta' dawk li jopponu din il-politika tax-xellug. Aktar ma jkollna politika tax-xellug estrema, aktar ikollna risposta ta' konservattivi li joffru reazzjoni ta' politika tal-lemin biex joħolqu alternattiva u alternanza għal dak li jkun qed jigi imponut fuqhom mix-xellug. Dan qiegħed iseħħ ukoll f 'pajjiżna. Illum fil-Parlament Malti għandna żewġ partiti tal-politika ċentru xellug. Jidhru li ma jaqblux biss fuq kwistjonijiet ta' korruzzjoni, u dan kollu grazzi għar-rebħa fil-Qorti li għamel l-Onor. Adrian Delia fil-kawża kontra l-Vitals. Kawża li l-Onor. Membri avukati sħabu ma kinux qablu li għandha ssir f 'isem il-PN. Mingħajr din ir-rebħa fil-Qorti, il-PN illum ma kienx ikollu l-kredenzjali li jitkellem kontra l-korruzzjoni fil-każ tal-Vitals. Għalhekk il-PN u l-PL, filwaqt li dwar politika liberali jaqblu flimkien, jidhru li ma jaqblux fuq kwistjonijiet ta' korruzzjoni. Il-bqija, il-PL u l-PN spiċċaw żewġ partiti liberali, żewġ partiti taċ-ċentru xellug, u dan kien intqal ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Bernard Grech lill-ġurnalista tat-Times of Malta l-għada tal-aħħar Kunsill Ġenerali. Illum pajjiżna jeħtieġ il-partit taċ-ċentru lemin, partit konservattiv li joffri risposta, alternattiva u alternanza għall-politika taċ-ċentru xellug li qed iwettqu l-PL u l-PN flimkien. Illum f 'pajjiżna wkoll neħtieġu impenn politiku li jirrispondi u joffri alternanza għall- politika tax-xellug. Il-Green deal kif impost fuqna mill-UE qed joħloq żieda fl-għoli tal-ħajja u burokrazija ġdida speċjalment fil-qasam tal-bini u l-agrikoltura. Neħtieġu risposta għall-ideoloġija tal-ġeneru kif mgħallma fl-iskejjel tagħna li qed tkisser għalkollox il-familja u ddaħħal dubju fl- identità sesswali tat-tfal tagħna. L-UE jeħtieġ tieqaf toħnoq u ġġib fix-xejn is-sovranità ta' pajjiżna. Le għall-abort u liġijiet oħra hekk imsejħa favur ugwaljanza li qed iġibu fix-xejn il- libertà tal-kelma, b'ideoloġija li hi favur biss l-uniformità. Jeħtieġ niġgieldu l-ħakma tal-WHO fuq is- sovranità ta' pajjiżna f 'każ ta' pandemija. Għandna nżommu sħiħ u b'saħħitha l-identità ta' pajjiżna u t-tisħiħ tal-familja mil- lat soċjali, legali, fiżiku, u ambjentali. L-għażla li pajjiżna jkollu ekonomija li tikber aktar ma jkollna barranin jgħixu fostna trid tinbidel. L-għażla ta' newtralità u l-paċi minflok il- gwerra li trid l-UE trid tiġi msaħħa. Pajjiżna jeħtieġ iserraħ moħħu li kapaċi jgħix fil-paċi, igawdi mill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku mhux marbut ma' numri. Ikollna servizzi ta' saħħa bħal Mater Dei li jaħdmu u mhux servizz staġnat li ma jistax ilaħħaq mad-domanda. Inserrħu rasna li kapaċi nrażżnu l-għoli tal- ħajja u mhux nibqgħu naraw żieda ta' barranin fostna li minħabba din il-politika, il-paga minima tibqa' fost l-aktar baxxa fl-UE. Ma jistax jibqa' jkollna pajjiż maħkum minn negozji kbar ta' żviluppaturi. Ma jistax jibqa' jkollna pajjiż li jġib fix-xejn id-dinjità tal-ħajja umana u d-dinjità tal- familja u l-libertà. Neħtieġu nifs ġdid f 'politika tassew differenti milli għandna. Impenn ġdid politiku li kapaċi jagħmel differenza u li l-qofol tal- politika tiegħu hija t-tisħiħ tal-familja, tal-valur tal-ħajja u tal-libertà. Dan huwa l-bidu ta' politika ġdida li neħtieġu f 'pajjiżna biex inkunu nistgħu ngħidu, "kapaċi ngħixu komdi f 'pajjiżna". B il-Malti għandna espressjoni li tgħid li l-għajn l-ewwel ma tiekol. Din l-espressjoni tfisser li l-ewwel impressjonijiet ta' kif wieħed jidher jew kif jiġi ppreżentat xi oġġett għall-bejgħ, jagħmel differenza kbira. Pereżempju, persuna liebsa pulit u b'xagħar tal-moda, żgur li tagħmel differenza. Għalhekk isiru r-riklami. Għalhekk jintefqu eluf ta' ewro f 'marketing, jiġifieri strateġiji jew pjanijiet ta' kif wieħed jista' jbigħ. Fil-marketing jitwasslu l-aspetti kollha pożittivi tal- persuna jew tal-oġġett u kemm wieħed jaqbillu li jixtri jew ilqa' dik il-persuna. Dan għaliex kif jgħid il-Malti wkoll, 'l-għajta nofs il-bejgħ'. Aktar ma tgħajjat u tidher, aktar se tbigħ u tasal biex tikkonvinċi lil nies jixtru dak il-prodott partikolari. Dan kollu jgħodd għall-ħidma fil- politika. Fil-politika hemm dan l-aspett ukoll ta' bejgħ. Fil-politika hemm l-importanza tad-dehra u tal-impressjoni. Fil-fatt, ilkoll nafu li l-marketing tal- partit u l-messaġġi li jrid iwassal huwa importanti. Jintefqu eluf ta' ewro fi propoganda. Dan ma jiġrix biss barra minn Malta. Infatti l-partiti politiċi Amerikani jonfqu miljuni sħaħ f 'riklami. Għal min għandu ċerta età, jiakar li qabel, il-propoganda li kienet issir mill- kandidati u mill-partit, kienet tinkludi twaħħil ta' posters bil-kolla ma' kull ħajt vojt li jsibu! Xi drabi anke jiktbu slogans biż-żebgħa! Illum dan ma baqax isir għaliex il-media, jiġifieri l-leaflets, it-TV, il- Facebook, l-Instagram, it-Tik tok, u diversi media soċjali oħra ħadulhom posthom. Dan kollu tajjeb u bżonjuż li jsir imma xi drabi huma diversi li jispiċċaw jibbażaw il-fehma politika tagħhom biss fuq kif wieħed jidher jew kemm il-partit jimpressjona bl-islogans, bil-Facebook posts, jew kemm wieħed ġab likes. Hemm ir-riskju allura li nagħmlu politika biss fuq kif wieħed jidher, jiġifieri fuq l-apparenza aktar milli fuq is-sustanza, fuq il-valuri jew il-proposti li l-partit jew il-kandidat ikun qiegħed jagħmel! B'hekk nispiċċaw nagħmlu politika mibnija biss fuq id-dehra u l-faċċata! Dan diġà narawh li sar u jsir mill-Partit Laburista. Matul il-kampanja elettorali u matul dawn l-10 snin, il-Partit Laburista nefaq miljuni ta' ewro fi propoganda, f 'leaflets mibgħuta fid-djar, fil-media soċjali u fuq it-TV, anke dak tal-PBS! Imma jista' jiġri (u nemmen li hekk qiegħed jiġri) li bħal meta wieħed jixtri xi oġġett jew inkella xi ħwejjeġ tad-ditta, jgħaddi it taż-żmien u dak li deher tajjeb u sabiħ ma jkunx fir-realtà! Dan iwassal mhux biss għal diżappunt imma wkoll rabja u żgur li ma terġax tixtri dak l-oġġett jew minn dik id-ditta! Dan għaliex tħossok li daħku bik! Inħoss li dan qiegħed jiġri wkoll fil- politika. Għaliex forsi qiegħed ikun hemm enfasi żejda fuq id-dehra u mhux fuq is-sustanza, diversi ċittadini jinsabu, mhux biss diżappuntati bil-politika taż-żewġ partiti prinċipali, imma jinsabu rrabjati. U qegħdin juru din ir-rabja billi ma jivvutawx jew ma jridux jisimgħu aktar dwar il-politika! Fil-fatt, fl-aħħar elezzjoni ġenerali madwar 80 elf għażlu li ma jivvutawx. Kollox jindika li fl-elezzjonijiet li ġejjin għal Kunsilli Lokali u għall-MEP, dan l-ammont se jkompli jikber! Dan huwa periklu kbir għad- demokrazija ta' pajjiżna. Għaldaqstant ilkoll kemm aħna għandna r-responsabbiltà li nimu li filwaqt li d-dehra u l-marketing u s-selfies huma tajbin, is-sustanza, il-proposti u l-valuri huma ferm aktar importanti. Filwaqt li tajjeb li wieħed jieħu selfies quddiem xi statwa, quddiem xi murtal jew man-nies fil-marċ ta' filgħodu, huwa ferm u ferm aktar importanti li nkunu kapaċi nkunu politiċi li jkollna fehmiet u valuri ta' sustanza! Nippreferi li jkolli kandidati jew partit politiku li ma jidhrux daqshekk tajjeb fid-dehra jew inkella għandhom ċerta età imma mbagħad kapaċi jieħdu stand u kapaċi joħorġu għonqhom għall- verità u s-sewwa! X'jiswa li partit jidher sabiħ biex wara dik is-sbuħija ma jkun hemm xejn ħlief qoxra? X'jiswa li wieħed ikun fil-politika u kontinwament jieħu selfies ma' dak u mal- oħra imma mbagħad qatt ma jitkellem fuq numru ta' kwistjonijiet li għandu l-pajjiż, jew ma jgħid xejn biex jintgħoġob ma' kulħadd? L-esperjenza tal-ħajja turina li meta wieħed jipprova jintgħoġob ma' kulħadd, jispiċċa ma jintgħoġob ma' ħadd! Nemmen f 'politka mhux biss tad- dehra imma anke tas-sustanza. Nemmen f 'politika li ma tibżax titkellem fejn hemm bżonn mingħajr biża' jew kompromessi. Nemmen f 'politika li twassal proposti konkreti ta' kif nistgħu ngħixu aħjar milli politika ta' tgħajjir u insulti. Nemmen f 'politika li toħroġ għonqha għaċ-ċittadini. Nemmen f 'politika li tħares u tippromovi l-ġid komuni. Ma nemminx f 'politika tas-selfies! Għaliex il-biża' mill-politiċi taċ-ċentru lemin? Politika tas-selfies?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 August 2024