Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526109
02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' SETTEMBRU 2024 • illum VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Virgo, għalik, l-istess Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex waħda li int tixtieq. Jista' jkun wasal il-mument għall-bidla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tieħu pawsa minn dak li hemm madwarek; pawsa sabiex grazzi għaliha, tkun kapaċi tippjana. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Libra. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa fejn trid tagħti ħarsa madwarek sabiex tagħraf xi trid u x'hemm bżonn għalik. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Libra. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Taurus se jkun il- bidu ta' fażi fejn issa għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattar lilek innifsek. B'hekk ittejjeb futurek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Libra. Namaste. LEO (ID-DURBIES) MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Virgo, għalik, Leo se tkun ġimgħa ta' determinazzjoni, u għalkemm fil-preżent qed tesperjenza xi intoppi, dan m'għandux iżommok milli tkompli tavvanza lejn futurek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aries. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon It-tieni ġimgħa waqt is-sitt żodjaku ta' Virgo (l-Għodra) Mill-Ħadd 25 ta' Awwissu sas-Sibt 31 ta' Awwissu AVVIŻ Seminar ta' Taħriġ dwar ir-Reżistenza Klimatika ta' Infrastruttura għal proġetti ffinanzjati mill-UE ERDF/CF/JTF (2021-2027) Fil-kuntest tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirregola proġetti ffinanzjati mill-UE, li jitlob li l- Awtoritajiet ta' Ġestjoni għandhom jiżguraw ir-reżistenza klimatika ta' investimenti fl-infrastruttura li għandhom ħajja mistennija ta' mill-inqas 5 snin, id-Diviżjoni tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il- Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropej, tixtieq tħabbar Seminar ta' Taħriġ ta' jum sħiħ dwar ir-Reżistenza Klimatika tal-Infrastruttura għal proġetti ffinanzjati mill-UE. Data tat-Taħriġ: It-Tlieta, 10 ta' Settembru (ġurnata sħiħa) Post: The Oaks Business Centre, Blokk B, Triq Farsons, Ħamrun. Din is-Sessjoni ta' Taħriġ dwar ir-Reżistenza Klimatika tal-Infrastruttura u l-metodoloġija applikabbli skont il- Kummissjoni Ewropea u l-Linji Gwida Nazzjonali, se tingħata minn konsulenti mill-JASPERS. Il-JASPERS tappoġġja lil bosta Stati Membri tal-UE sabiex jimplimentaw, b'mod konkret, ir-rekwiżiti tar-reżistenza klimatika fil-livell nazzjonali u reġjonali u tipprovdilhom ukoll tisħiħ tal-kapaċità teknika u pariri f'dan il-qasam. Il-Konsulenti u l-Esperti Tekniċi involuti fit-tħejjija tar-Rapporti fuq ir-Reżistenza Klimatika huma mistednin jattendu għal din is-Sessjoni ta' Taħriġ billi jirreġistraw fuq il-link indikat hawn taħt. Link għar-reġistrazzjoni: htps://forms.office.com/e/dc8McJMjCx Ir-reġistrazzjoni għas-Sessjoni ta' Taħriġ tista' ssir ukoll billi tiskennja l-kodiċi QR t'hawn taħt. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fis-6 ta' Settembru 2024, f'nofsinhar. Aktar informazzjoni dwar il-Proċess tar-Reżistenza Klimatika tista' tinkiseb permezz tal-Linji Gwida Nazzjonali li jinsabu fuq: htps://fondi.eu/: Guidance on Climate Proofing of Infrastructure in the EU Programming period 2021-2027 for Malta Il-Qorti talbet lill-editur ta' Lovin Malta, u lill-avukat Jason Azzopardi biex ineħħu mill-midja soċjali u s-siti respettivi tagħhom parti minn intervista li saret bejnithom fl-aħħar ġimgħa ta' Awwissu. F'rikors imressaq mill-avukati ta' Yorgen Fenech, intalab li minnufih titneħħa silta ta' 10 minuti u 21 sekonda mill-intervista. Skont l-avukati, dan għaliex il-kummenti ta' Azzopardi jistgħu jinterferixxu fil- kors tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Fl-intervista msemmija Jason Azzopardi jidħol f 'dettal ta' kawża pendenti kontra Yorgen Fenech, il-persuna primarja akkużata bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Tilqa' ir-rikors, il-Qorti spjegat li Azzopardi għamel dikjarazzjoni fuq persuna preżunta innoċenti u li għadha se taffaċċja il-proċċess ġudizzjarju. Hija qalet li dan kollu jista' jinfluwenza ġudizzju li għad irid jittieħed mill-ġurija popolari u li għadha trid tintagħżel. Talbet ukoll lill-avukat Jason Azzopardi sabiex minufih ineħħi min-naħa tiegħu l-istess silta mill- filmat ippubblikat fuq il-paġna personali tiegħu ta' Facebook. Il-Qorti għamlitha ċara li lesta tieħu passi ulterjuri. Intervista ta' Lovin Malta ma' Jason Azzopardi tineħħa minn midja soċjali